LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 5 pp. 8-9
  • Għallem lil uliedek dwar is-​sess

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għallem lil uliedek dwar is-​sess
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • X’GĦANDEK TKUN TAF
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Kellem lil Uliedek Dwar is-Sess
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Il-Ġenituri Kif Jistgħu Jgħallmu lil Uliedhom Dwar is-Sess?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Kif Nistaʼ Ma Nċedix Biex Nagħmel is-​Sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Ġenituri—Issalvagwardjaw lil Uliedkom!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 5 pp. 8-9
Omm tonxor il-ħwejjeġ u titkellem mat-tifla tagħha

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | L-​IRWOL TAL-​ĠENITURI

Għallem lil uliedek dwar is-​sess

L-​ISFIDA

Tifel iħares lejn modi differenti minn fejn jikseb informazzjoni—il-​Bibbja, ktieb, u apparati elettroniċi

Daqs ftit għaxriet taʼ snin ilu biss, għall-​inqas il-​ġenituri kellhom ċans tajjeb li jkunu huma l-​ewwel li jkellmu lil uliedhom dwar is-​sess. U setgħu jispjegaw l-​affarijiet bil-​mod il-​mod, skont l-​età u l-​bżonn tat-​tfal.

Dan kollu nbidel. “It-​tfal qed jiġu esposti għal messaġġi sesswali f’età iżgħar iktar ma jgħaddi ż-​żmien, u s-​sesswalità li tidher fuq il-​programmi tat-​tfal qed tiżdied,” jgħid il-​ktieb The Lolita Effect. Din ir-​realtà ġdida tgħin jew tweġġaʼ lit-​tfal?

X’GĦANDEK TKUN TAF

Materjal espliċitu jinsab kullimkien. Deborah Roffman fil-​ktieb tagħha Talk to Me First tikteb li “l-​konversazzjonijiet, ir-​reklami, il-​films, il-​kotba, il-​lirika tal-​kanzunetti, il-​programmi fuq it-​televixin, il-​messaġġi, il-​logħob, il-​kartelluni, u l-​iskrins tal-​mowbajls u l-​kompjuters tant huma mimlijin stampi, kliem, u insinwazzjonijiet sesswali li ħafna [adoloxxenti, tfal taħt it-​13-​il sena, u anke tfal żgħar] jikkonkludu, għall-​inqas mingħajr ma jkunu jafu, li s-​sess bilfors li hu .  . . assolutament l-​iktar ħaġa importanti.”

Ir-​reklami għandhom parti mill-​ħtija. Il-​ħwienet u dawk li jirreklamaw jippromwovu u jbigħu ħwejjeġ senswali għat-​tfal, u b’hekk dawn jidraw minn età żgħira jagħmlu enfasi bla bżonn fuq id-​dehra. “L-​industrija tar-​reklamar taf li t-​tfal ikunu jridu jiġu aċċettati minn dawk tamparhom, u tipprofitta ruħha minnhom,” jgħid il-​ktieb So Sexy So Soon. “Mhux intenzjonat li dawn l-​istampi sesswali u l-​prodotti kollha jħajru t-​tfal għas-​sess” imma li jħajruhom “jixtru affarijiet ġodda.”

L-​informazzjoni mhix biżżejjed. Bħalma hemm differenza bejn li tkun taf kif taħdem karozza u li tkun sewwieq responsabbli, hemm differenza bejn li tkun taf dwar is-​sess u li tuża dak li taf biex tieħu deċiżjonijiet għaqlin.

L-​iktar ħaġa importanti: Illum, iżjed minn qatt qabel, ikollok bżonn tgħin lit-​tfal tiegħek iħarrġu “s-​sensi tagħhom” biex ikunu jistgħu “jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.”—Ebrej 5:14.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Involvi ruħek. Li titkellem maʼ wliedek dwar is-​sess hi responsabbiltà tiegħek, hi kemm hi diffiċli. Aċċettaha.—Prinċipju Bibliku: Proverbji 22:6.

Diskussjonijiet żgħar. Minflok konversazzjoni waħda twila dwar is-​sess, ħu vantaġġ minn mumenti rilassati biex tikkomunika, forsi waqt li t-​tnejn li intom tkunu tivvjaġġaw fil-​karozza jew tagħmlu l-​faċendi flimkien. Biex tgħin lit-​tifel jew lit-​tifla tiftaħ qalbha miegħek, staqsi mistoqsijiet li jitolbu l-​opinjoni tagħha. Pereżempju, minflok tgħid, “Tinġibed int lejn reklami senswali?” tistaʼ tgħid, “Għala taħseb li dawk li jagħmlu r-​reklami jużaw dan it-​tip taʼ stampi biex ibigħu ċerti prodotti?” Wara li t-​tifel jew it-​tifla tiegħek twieġeb, tistaʼ tistaqsi, “Kif tħossok int dwar dan?”—Prinċipju Bibliku: Dewteronomju 6:6, 7.

Addatta skont l-​età. Tfal li għadhom ma bdewx imorru l-​iskola jistgħu jiġu mgħallmin l-​ismijiet proprji tal-​organi sesswali, kif ukoll kif jipproteġu lilhom infushom minn dawk li jabbużaw mit-​tfal sesswalment. Huma u jikbru, it-​tfal jistgħu jiġu mgħallmin dwar ir-​riproduzzjoni. Sa ma jilħqu l-​pubertà, suppost ikunu fehmu iżjed b’mod sħiħ l-​aspetti fiżiċi u morali dwar is-​sess.

Tkellem dwar il-​valuri. Ibda għallem lit-​tifel jew lit-​tifla—minn età żgħira—dwar l-​onestà, l-​integrità, u r-​rispett. Imbagħad, meta attwalment titkellem dwar is-​sess, ikollok pedament fuqiex tibni. Ukoll, esprimi l-​valuri tiegħek b’mod ċar. Pereżempju, jekk tħares lejn is-​sess qabel iż-​żwieġ bħala xi ħaġa mhix xierqa, hekk trid tgħid. U spjega għala hu ħażin u taʼ ħsara. “L-​adoloxxenti li jgħidu li jafu li l-​ġenituri joġġezzjonaw li l-​adoloxxenti jkollhom x’jaqsmu sesswalment x’aktarx ikollhom inqas ċans li jinvolvu ruħhom fis-​sess,” jgħid il-​ktieb Beyond the Big Talk.

Kun taʼ eżempju. Applika l-​valuri li tgħallem. Pereżempju, int tidħaq b’ċajt oxxen? tilbes b’mod provokattiv? tifflertja? Azzjonijiet bħal dawn jistgħu jdgħajfu l-​valuri morali li qed tipprova tgħallem lil uliedek.—Prinċipju Bibliku: Rumani 2:21.

Kun pożittiv. Is-​sess hu rigal mingħand Alla, u fiċ-​ċirkustanza t-​tajba—fiż-​żwieġ—jistaʼ jkun sors taʼ ħafna pjaċir. (Proverbji 5:18, 19) Ħalli lil ibnek jew lil bintek tkun taf li maż-​żmien tkun tistaʼ tgawdi dan ir-​rigal, mingħajr l-​uġigħ taʼ qalb u l-​inkwiet li jiġu minn sess qabel iż-​żwieġ.—1 Timotju 1:18, 19.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Ħarreġ tifel skond it-​triq xierqa għalih; lanqas meta jixjieħ ma jwarrab minnha.”—Proverbji 22:6.

  • ‘Daħħal [il-​kmandamenti t’Alla] sew f’qalb ibnek.’—Dewteronomju 6:6, 7.

  • “Int, mela, li tgħallem lil ħaddieħor, ma tgħallimx lilek innifsek?”—Rumani 2:21.

L-​IRWOL TAL-​ĠENITUR

Minkejja opinjonijiet komuni, it-​tfal—inkluż l-​adoloxxenti—ikunu iżjed influwenzati mill-​ġenituri tagħhom milli minn dawk tamparhom. “Fil-​ħajja tagħhom, it-​tfal dejjem imorru l-​ewwel għand l-​adulti tal-​familja tagħhom għall-​gwida u biex jispjegawlhom x’inhi d-​dinja b’mod li jistgħu jifhmu. Huma jmorru għand ħaddieħor biss meta jkunu jafu jew iħossu li aħna ma rridux inkunu hemm għalihom jew disponibbli. . . . Dak li turi r-​riċerka taʼ għaxriet taʼ snin m’għandux jiħodna b’sorpriża kbira: familji li jikkomunikaw dwar suġġetti bħas-​sesswalità jtellgħu tfal iżjed f’saħħithom li jieħdu deċiżjonijiet aħjar, li jkunu iżjed responsabbli għall-​azzjonijiet tagħhom, u forsi l-​iżjed importanti, li ma jinvolvux ruħhom qabel il-​waqt f’dak li jistaʼ jkun taʼ periklu għalihom.”—Talk to Me First.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja