LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w23 Novembru pp. 2-7
  • Ġeħova Tana Garanzija li Se Jagħmel l-Art Ġenna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova Tana Garanzija li Se Jagħmel l-Art Ġenna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ĠEĦOVA X’WIEGĦED?
  • ĠEĦOVA JAGĦTINA GARANZIJA LI L-WEGĦDA TIEGĦU SE TITWETTAQ
  • “ARA! QED NAGĦMEL KOLLOX ĠDID”
  • “DAN IL-KLIEM HU ŻGUR U VERU. . . . DAN SEĦĦ!”
  • “JIEN L-ALFA U L-OMEGA”
  • KIF NISTGĦU NSAĦĦU L-FIDI TAGĦNA FIL-ĠENNA TAL-ART LI WEGĦEDNA ĠEĦOVA
  • Min hu jew x’inhu “l-Alfa u l-Omega”?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • X’inhu l-iskop t’Alla għall-bnedmin?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’Inhu l-​Iskop t’Alla għall-​Art?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
w23 Novembru pp. 2-7

ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 46

Ġeħova Tana Garanzija li Se Jagħmel l-Art Ġenna

“Kulmin ibierek lilu nnifsu fl-art ibierek lilu nnifsu bl-Alla taʼ fidi [jew verità].”—IS. 65:16.

GĦANJA 3 Ġeħova jqawwina, ifarraġna, u jtina tama

ĦARSA BIL-QUDDIEMa

1. Il-profeta Isaija x’qalilhom lill-Iżraelin?

IL-PROFETA ISAIJA ddeskriva lil Ġeħova bħala “l-Alla taʼ fidi [jew, verità].” Il-kelma tradotta “verità” tfisser “ammen.” (Is. 65:16) “Ammen” tfisser “hekk ikun,” jew “żgur.” Fil-Bibbja, il-kelma “ammen” spiss tintuża biex tagħti garanzija li dak li jgħidu jew jagħmlu Ġeħova u Ġesù hu veru. Għalhekk, dak li Isaija ried jgħid lill-Iżraelin kien dan: Meta Ġeħova jgħid li se jagħmel xi ħaġa, dak li jgħid dejjem jiġri. Fil-fatt, Ġeħova dejjem żamm il-wegħdi tiegħu.

2. Għala nistgħu nafdaw dak li wegħedna Ġeħova għall-futur, u x’mistoqsijiet se nikkunsidraw?

2 Nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova se jwettaq il-wegħdi tal-futur? Kważi 800 sena wara Isaija, l-appostlu Pawlu spjega għala l-wegħdi taʼ Ġeħova huma taʼ min jafdahom. Hu qal: “Hu impossibbli li Alla jigdeb.” (Ebr. 6:18) Aħseb dwar dan l-eżempju: Siġra tal-larinġ qatt ma tistaʼ tagħmel bajtar. B’mod simili, minħabba li Ġeħova hu l-Alla tal-verità, hu ma jistax jigdeb. Għalhekk, aħna nistgħu nafdaw dak kollu li jgħidilna, anki l-wegħdi li għamel magħna għall-futur. F’dan l-artiklu se nikkunsidraw dawn il-mistoqsijiet: Ġeħova x’wiegħed li ħa jtina fil-futur? U Ġeħova x’garanzija tana li l-wegħda tiegħu se ssir żgur?

ĠEĦOVA X’WIEGĦED?

3. (a) Il-qaddejja taʼ Ġeħova liema wegħda jħobbu? (Rivelazzjoni 21:​3, 4) (b) Xi nies kif iħossuhom meta naqsmu magħhom din il-wegħda?

3 Il-wegħda li se niddiskutu hi importanti ħafna għall-qaddejja kollha taʼ Ġeħova. (Aqra Rivelazzjoni 21:​3, 4.) Ġeħova jwiegħed żmien meta “ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.” Ħafna minna nużaw dawn il-versi fil-ministeru biex ninkuraġġixxu lin-nies li nkunu qed nitkellmu magħhom, u biex nuruhom kif se tkun il-ħajja fid-dinja l-ġdida. Xi nies kif iħossuhom meta naqsmu magħhom din il-wegħda? Huma forsi jgħidu, “Kieku sew! Imma diffiċli biex tiġri vera.”

4. (a) Meta Ġeħova wiegħed li se jagħmel l-art Ġenna, x’kien jaf? (b) Minbarra li għamel il-wegħda, Ġeħova x’għamel iktar?

4 Meta Ġeħova qal lil Ġwanni biex jikteb din il-wegħda dwar il-Ġenna tal-art, kien jaf li llum aħna se naqsmu din it-tama m’oħrajn meta nippritkaw il-messaġġ tas-Saltna. Ġeħova kien jaf ukoll li ħafna nies kienu se jsibuha diffiċli biex jemmnu li dawn il-bidliet se jiġru. (Is. 42:9; 60:2; 2 Kor. 4:​3, 4) Allura kif nistgħu ngħinu lil oħrajn ikunu konvinti li dawn l-affarijiet sbieħ li jissemmew f’​Rivelazzjoni 21:​3, 4 se jiġru vera? U kif nistgħu nafdaw iktar lil Ġeħova u l-wegħdi tiegħu? Ġeħova tana raġunijiet tajbin ħafna għala aħna nistgħu nemmnu li hu ħa jżomm il-wegħda tiegħu. Liema raġunijiet tana?

ĠEĦOVA JAGĦTINA GARANZIJA LI L-WEGĦDA TIEGĦU SE TITWETTAQ

5. Liema versi jagħtuna raġunijiet tajbin biex nafdaw fil-wegħda t’Alla?

5 Fil-versi li ġejjin, aħna nsibu raġunijiet tajbin biex inkunu ċerti għala l-wegħda taʼ Ġenna tal-art se titwettaq. Hemmhekk naqraw: “Dak li kien bil-qiegħda fuq it-tron qal: ‘Ara! Qed nagħmel kollox ġdid.’ Qalli wkoll: ‘Ikteb, għax dan il-kliem hu żgur u veru.’ U qalli: ‘Dan seħħ! Jien l-Alfa u l-Omega, il-bidu u t-tmiem.’”—Riv. 21:​5, 6a.

6. It-tama li nsibu f’​Rivelazzjoni 21:​5, 6 kif issaħħaħ il-fidi tagħna fil-wegħda taʼ Ġeħova?

6 Dan il-kliem għala jsaħħilna l-fidi fil-wegħda t’Alla? F’dawn il-versi hu bħallikieku Ġeħova nnifsu qiegħed jiffirma kuntratt biex juri li żgur se jżomm il-wegħda tiegħu.b F’​Rivelazzjoni 21:​3, 4 nistgħu naraw x’wiegħed Alla. Imma mbagħad f’versi 5 u 6, Ġeħova qisu ffirma l-kuntratt biex inkunu ċerti li dak li wegħedna se jiġri żgur. Issa ejja nikkunsidraw il-kliem li Ġeħova uża f’dan il-kuntratt.

7. Min qiegħed jitkellem fil-vers 5, u dan għala hu speċjali?

7 Vers 5 jibda b’dan il-kliem: “Dak li kien bil-qiegħda fuq it-tron qal.” (Riv. 21:5a) Din hi waħda mit-tliet darbiet li Ġeħova nnifsu tkellem fil-ktieb taʼ Rivelazzjoni. Għalhekk dan il-kliem hu speċjali. Ma tkellimx anġlu u lanqas Ġesù, imma Ġeħova nnifsu! Dan juri li aħna nistgħu nafdaw kompletament f’dak li jkompli jgħid wara. Għala? Għax Ġeħova “ma jistax jigdeb.” (Titu 1:2) Għalhekk, il-kliem li naqraw f’​Rivelazzjoni 21:​5, 6 nistgħu nkunu ċerti li żgur ħa jiġri.

“ARA! QED NAGĦMEL KOLLOX ĠDID”

8. Ġeħova x’jgħid biex jurina li l-wegħda tiegħu se titwettaq żgur? (Isaija 46:10)

8 Imbagħad Ġeħova jgħid “Ara!” (Riv. 21:5) Il-kelma bil-Grieg tradotta “ara!” hi użata taʼ spiss fil-ktieb taʼ Rivelazzjoni. Referenza tgħid li din il-kelma tintuża biex tfakkar lill-qarrej li għandu joqgħod attent għal dak li ġej. Imbagħad wara x’qal Ġeħova? Hu qal: “Qed nagħmel kollox ġdid.” Ġeħova ħa jagħmel dawn il-bidliet fil-futur, imma tant hu ċert li se jwettaq il-wegħda tiegħu li qisu diġà qed jagħmilhom.—Aqra Isaija 46:10.

9. (a) Il-kliem “qed nagħmel kollox ġdid” għal xiex jirreferi? (b) X’se jiġri mis-“sema” u “l-art” t’issa?

9 F’​Rivelazzjoni 21:5 Ġeħova qal: “Qed nagħmel kollox ġdid.” Xi jfisser dan? F’dan il-kapitlu, dik is-sentenza tirreferi għal żewġ affarijiet li ħa jagħmel Ġeħova—ibiddel u jirranġa. L-ewwel, Ġeħova x’ħa jbiddel? F’​Rivelazzjoni 21:1 naqraw: “Is-sema taʼ qabel u l-art taʼ qabel kienu għaddew.” Il-frażi “s-sema taʼ qabel” qed tirreferi għall-gvernijiet immexxijin minn Satana u d-demonji tiegħu. (Mt. 4:​8, 9; 1 Ġw. 5:19) Fil-Bibbja, il-kelma “art” tistaʼ tirreferi għan-nies li jgħixu fiha. (Ġen. 11:1; Salm 96:11) Għalhekk, “l-art taʼ qabel” tirreferi għan-nies ħżiena. Ġeħova mhux ħa jirranġa “s-sema” u “l-art” t’issa, imma ħa jeqridhom kompletament. Imbagħad ħa jbiddilhom ma’ “sema ġdid u art ġdida.” Dan ifisser li gvern ġdid ħa jmexxi fuq nies tajbin.

10. Ġeħova x’se jagħmel ġdid?

10 Ġeħova b’liema mod ieħor se jagħmel kollox ġdid? (Riv. 21:5) Hu se jirranġa l-ħsara fid-dinja u jfejjaq lin-nies biex isiru perfetti. Bħalma qal Isaija, Ġeħova ħa jbiddel id-dinja kollha f’post sabiħ, eżatt bħalma kien il-ġnien tal-Għeden. Hu se jagħmilna ġodda billi jfejjaqna minn kollox. In-nies li ma jistgħux jimxu, dawk li neqsin mid-dawl, u neqsin mis-smigħ se jiġu mfejqin. U anki n-nies li huma mejtin ħa jerġgħu jingħataw il-ħajja.—Is. 25:8; 35:​1-7.

“DAN IL-KLIEM HU ŻGUR U VERU. . . . DAN SEĦĦ!”

11. Ġeħova x’qabbdu jagħmel lil Ġwanni, u għala?

11 Ġeħova x’qal iktar biex jaċċertana li nistgħu nafdawh? Ġeħova qal lil Ġwanni: “Ikteb, għax dan il-kliem hu żgur u veru.” (Riv. 21:5) Imma Ġeħova ma qalx lil Ġwanni biex ‘jikteb’ biss, hu tah raġuni wkoll. Ġeħova qallu: “Għax dan il-kliem hu żgur u veru.” Aħna żgur napprezzaw li Ġwanni obda l-kmand biex jikteb. Minħabba dan, aħna nistgħu naqraw dwar il-Ġenna tal-art li wegħedna Alla, u b’hekk nistgħu nimmeditaw dwar il-barkiet li se jkollna.

12. Ġeħova għala qal: “Dan seħħ!”?

12 X’qal iktar Ġeħova? “Dan seħħ!” (Riv. 21:6) Ġeħova għala qal li dawn il-wegħdi diġà seħħew? Għax xejn ma jistaʼ jwaqqfu milli jwettaq l-iskop tiegħu. Imbagħad Ġeħova qal xi ħaġa oħra biex jurina li l-wegħda tiegħu żgur se tiġri. X’inhi?

“JIEN L-ALFA U L-OMEGA”

13. Ġeħova għala qal li hu “l-Alfa u l-Omega”?

13 Kif semmejna qabel, fil-viżjoni li kellu Ġwanni, Ġeħova tkellem tliet darbiet b’kollox. (Riv. 1:8; 21:​5, 6; 22:13) Kull darba, Ġeħova qal: “Jien l-Alfa u l-Omega.” Alfa hija l-ewwel ittra tal-alfabett Grieg, u omega hija l-aħħar ittra. Billi qal li hu “l-Alfa u l-Omega,” Ġeħova qed jurina li meta jibda xi ħaġa, hu ħa jlestiha.

Grupp taʼ stampi: Kif qed isir l-iskop taʼ Ġeħova. 1. “Alfa.” Adam u Eva fil-ġnien tal-Għeden. 2. Dak li ġara minħabba li rribellaw kontra Ġeħova; Satana bħala anġlu ħażin, Adam u Eva xjuħ, it-torri taʼ Babel, ċimiterju, suldati, tank u ajruplani tal-gwerra, fabbriki jħammġu l-arja u nies jipprotestaw. Stampi oħra juru kif qed isir l-iskop taʼ Ġeħova: Ġesù fuq iz-zokk tat-tortura biex jagħti ħajtu bħala sagrifiċċju, u qaddejja taʼ Ġeħova mill-passat u mil-lum, li huma dixxendenti tajbin t’Adam u Eva. 3. “Omega.” Nies jaħdmu flimkien u jieħdu pjaċir fil-Ġenna.

Meta Ġeħova jibda xi ħaġa, jibqaʼ sakemm ilestiha (Ara paragrafi 14, 17)

14. (a) Agħti eżempju taʼ meta Ġeħova qisu qal “Alfa,” u meta qisu ħa jgħid “Omega.” (b) X’garanzija nsibu f’​Ġenesi 2:​1-3?

14 Ġeħova qal lil Adam u Eva x’kien l-iskop tiegħu għan-nies u għall-art. Il-Bibbja tgħid: “Alla berikhom u qalilhom: ‘Ħa jkollkom it-tfal u siru ħafna, imlew l-art u ħudu ħsiebha.’” (Ġen. 1:28) Meta qal dak il-kliem, Ġeħova qisu qal “Alfa,” għax kien qed jgħid x’inhu l-iskop tiegħu. Meta jitwettaq l-iskop tiegħu, u d-dixxendenti ubbidjenti t’Adam u Eva jagħmlu l-art ġenna, se jkun qisu qed jgħid “Omega.” Wara li Ġeħova lesta “s-sema u l-art u kulma fihom,” hu tana garanzija. Din insibuha f’​Ġenesi 2:​1-3. (Aqra.) Ġeħova qal li s-sebaʼ ġurnata kienet qaddisa. Dan juri li l-iskop taʼ Ġeħova għan-nies u għad-dinja se jitwettaq fl-aħħar tas-sebaʼ ġurnata.

15. Għala jistaʼ jkun li Satana ħaseb li rnexxielu jfixkel l-iskop taʼ Ġeħova għan-nies?

15 Wara li Adam u Eva m’obdewx lil Ġeħova, huma saru midinbin u għaddew id-dnub u l-mewt lid-dixxendenti tagħhom. (Rum. 5:12) Minħabba f’hekk, setgħet dehret impossibbli li nies perfetti jobdu lil Ġeħova u jimlew l-art. Irnexxielu Satana jwaqqaf lil Ġeħova milli jżomm il-wegħda li għamel? Jistaʼ jkun li Satana ħaseb li Ġeħova ma kienx ħa jirnexxilu jżomm il-wegħda tiegħu. Forsi ħaseb li Ġeħova kien se joqtol lil Adam u Eva u joħloq koppja perfetta oħra biex jilħaq l-iskop tiegħu. Imma li kieku Ġeħova għamel hekk, Satana kien se jakkużah li hu giddieb. Għala? Għax bħalma naraw f’​Ġenesi 1:​28, Ġeħova kien qal lil Adam u Eva li t-tfal tagħhom kienu ħa jimlew l-art.

16. Satana kif setaʼ qal li Ġeħova ma żammx il-wegħda tiegħu?

16 Satana x’setaʼ ħaseb iktar li se jagħmel Ġeħova? Jistaʼ jkun ħaseb li Ġeħova se jħalli lil Adam u Eva jkollhom it-tfal, imma dawn qatt ma kienu ħa jkunu perfetti. (Ekk. 7:20; Rum. 3:23) U jekk it-tfal t’Adam u Eva qatt ma kienu se jkunu perfetti, Satana setaʼ jgħid li Ġeħova ma rnexxilux iwettaq l-iskop tiegħu. Id-dinja ma kinitx ħa tkun mimlija b’nies perfetti.

17. Ġeħova x’għamel minħabba li Satana, Adam u Eva m’obdewhx, u x’se jiġri? (Ara l-istampa.)

17 Satana żgur li qatt ma immaġina x’kien se jagħmel Ġeħova. Avolja Satana, Adam u Eva m’obdewx, Ġeħova kellu l-aqwa soluzzjoni biex l-iskop tiegħu xorta jitwettaq. (Salm 92:5) Ġeħova ħalla lil Adam u Eva jkollhom it-tfal, u b’hekk dak li qal ġara. Għalhekk hu wera li ma kienx giddieb. Dan wera li jekk jgħid li ħa jagħmel xi ħaġa, xejn mhu ħa jwaqqfu. Hu għamel ċert li jsir l-iskop tiegħu billi pprovda “dixxendent” li kien se jsalva lit-tfal ubbidjenti t’Adam u Eva. Dan id-dixxendent kien ħa jagħti ħajtu bħala fidwa biex isalva lin-nies. (Ġen. 3:15; 22:18) Satana żgur li qatt ma immaġina dan! Għala? Għax dan is-sagrifiċċju huwa bbażat fuq imħabba vera. (Mt. 20:28; Ġw. 3:16) Satana m’għandux din il-kwalità. Hu egoist. Allura, x’se jiġri grazzi għas-sagrifiċċju tal-mewt taʼ Ġesù? Fl-aħħar tal-Elf Sena, dixxendenti perfetti u ubbidjenti t’Adam u Eva ħa jgħixu f’dinja magħmula ġenna eżatt bħalma kien l-iskop taʼ Ġeħova fil-bidu. Imbagħad, Ġeħova se jkun bħallikieku qed jgħid, “Omega.”

KIF NISTGĦU NSAĦĦU L-FIDI TAGĦNA FIL-ĠENNA TAL-ART LI WEGĦEDNA ĠEĦOVA

18. Liema tliet raġunijiet juruna li Alla se jwettaq il-wegħda tiegħu? (Ara l-kaxxa “Tliet Raġunijiet Għala Nistgħu Nafdaw il-Wegħda taʼ Ġeħova.”)

18 F’dan l-artiklu rajna raġunijiet differenti għala nistgħu nkunu ċerti li d-dinja se ssir ġenna. X’nistgħu ngħidu lil oħrajn biex ngħinuhom ikunu ċerti li dan se jiġri? L-ewwel, Ġeħova nnifsu għamel din il-wegħda. Il-ktieb taʼ Rivelazzjoni jgħid: “Dak li kien bil-qiegħda fuq it-tron qal: ‘Ara! Qed nagħmel kollox ġdid.’” Hu għandu l-għerf, il-qawwa, u x-xewqa biex iwettaq il-wegħda tiegħu. It-tieni, Ġeħova jaf li dak li qal ħa jsir żgur. U għalhekk qal: “Dan il-kliem hu żgur u veru. . . . Dan seħħ!” It-tielet, xejn ma jistaʼ jwaqqaf lil Ġeħova milli jlesti xi ħaġa li beda. U għalhekk qal: “Jien l-Alfa u l-Omega.” Ġeħova se juri li Satana falla u hu giddieb.

Tliet Raġunijiet Għala Nistgħu Nafdaw il-Wegħda taʼ Ġeħova

Tron jiddi b’dawl jgħajjat li jirrappreżenta lil Ġeħova.
  • “Dak li kien bil-qiegħda fuq it-tron qal: ‘Ara! Qed nagħmel kollox ġdid.’”—Riv. 21:5

L-appostlu Ġwanni jikteb fuq karta tal-papiru.
  • “Qalli wkoll: ‘Ikteb, għax dan il-kliem hu żgur u veru. . . . Dan seħħ!’”—Riv. 21:​5, 6

L-ittri Griegi alfa u omega.
  • “Jien l-Alfa u l-Omega.” —Riv. 21:6

19. X’tistaʼ tagħmel meta n-nies isibuha diffiċli biex jemmnu l-wegħda t’Alla?

19 Ftakar li kull darba li titkellem man-nies dwar il-wegħdi taʼ Ġeħova u kif se jwettaqhom, int tkun qed issaħħaħ il-fidi tiegħek stess. Għalhekk, meta taqra l-wegħda inkuraġġanti dwar il-Ġenna tal-art li nsibu f’​Rivelazzjoni 21:4 u xi ħadd jgħidlek, “Kieku sew! Imma diffiċli biex jiġru vera,” x’tistaʼ tagħmel? Int tistaʼ taqra u tispjega versi 5 u 6 lill-persuna li tkun tkellimt magħha. Uri kif Ġeħova bħallikieku ffirma l-garanzija li tana li hu se jwettaq din il-wegħda.—Is. 65:16.

INT KIF TWIEĠEB?

  • Għala hu inkuraġġanti li Ġeħova nnifsu wegħedna Ġenna tal-art?

  • Alla x’qal biex aħna nkunu ċerti li din il-wegħda se ssir żgur?

  • Kif nistgħu nsaħħu l-fidi tagħna fil-wegħda t’Alla?

GĦANJA 145 Alla jwiegħed Ġenna tal-art

a F’dan l-artiklu se nikkunsidraw kif Ġeħova jaċċertana li l-wegħda taʼ Ġenna tal-art se ssir żgur. Kull darba li naqsmu din it-tama sabiħa ma’ oħrajn, aħna se nsaħħu l-fidi tagħna fil-wegħdi taʼ Ġeħova.

b Ara l-ktieb Revelation—Its Grand Climax At Hand! pp. 303-304, para. 8-9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja