LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 4/15 p. 32
  • L-Istorja tal-Bibbja—Kemm Hi Eżatta?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Istorja tal-Bibbja—Kemm Hi Eżatta?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 4/15 p. 32

L-​Istorja tal-​Bibbja—Kemm Hi Eżatta?

FIL-​KTIEB tagħhom Battles of the Bible (Il-Battalji tal-​Bibbja), Chaim Herzog, li qabel kien president taʼ l-​Istat taʼ Iżrael, u Mordechai Gichon, professur emeritu taʼ l-​arkeoloġija fl-​Università taʼ Tel Aviv, joħorġu dan il-​punt:

‘Id-​deskrizzjoni tat-​tattiki tal-​battalji tal-​Bibbja ma jistax ikun li ġiet ivvintata iktar tard fiż-​żmien. Per eżempju, huwa biżżejjed li tqabbel il-​kampanja taʼ Gidgħon kontra l-​Midjanin u l-​alleati tagħhom, kif inhuma rakkontati fi Mħallfin, 6-​8, mal-​battalji tal-​Gwerra taʼ Trojja, kif iddeskriviehom Omeru fl-​Ilijade tiegħu. Għal dan taʼ l-​aħħar, ir-​rakkont setaʼ jkun ibbażat fuq kwalunkwe bajja li tistaʼ tintlaħaq faċilment u fuq xi belt fortifikata fil-​viċin. Imma dan ma kienx il-​każ fir-​rakkont Bibliku tal-​kampanja taʼ Gidgħon. Il-​movimenti b’tattika u l-​affarijiet li ltaqgħu magħhom iż-​żewġ naħat tal-​gwerra huma dettaljati ferm. Fihom toħroġ sew ir-​relazzjoni taʼ bejn il-​ġeografija speċifika tal-​post fejn seħħew il-​battalji​—kamp tal-​battalja twil xi 60 kilometru​—u l-​azzjonijiet taʼ dawk involuti fil-​battalja. Minħabba dawn ir-​raġunijiet kollha, il-​movimenti sempliċement ma jistgħux jiġu ripetuti f’xi post ieħor. Għalhekk, kważi bilfors irridu naċċettaw il-​verità tar-​rakkonti mimli tattiki tal-​battalji kif inhuma deskritti fil-​Bibbja.’

Billi tuża l-​browxer “See the Good Land” (“Ara l-​Art Tajba”),a li hu bħal atlas, int tistaʼ tistudja l-​kampanja taʼ Gidgħon permezz tal-​mappa li tinsab f’paġni 18 u 19. L-​istorja bdiet meta “l-​Midjanin ilkoll u l-​Għamalekin u n-​nies tal-​lvant inġabru, u ngħaqdu flimkien, u qasmu l-​Ġordan, u waqqfu l-​kamp fil-​wita taʼ Ġiżragħel.” Gidgħon talab l-​għajnuna tat-​tribujiet li kienu fil-​viċin. Il-​ġrajjiet bdew mill-​bir taʼ Ħarod u baqgħu sejrin sa l-​għolja Mori, imbagħad ’l isfel lejn il-​Wied tal-​Ġordan. Wara li baqaʼ jiġri wara l-​għedewwa minn naħa għal oħra tax-​Xmara Ġordan, Gidgħon rebħilhom.​—Mħallfin 6:​33–​8:​12.

Il-​mappa f’“See the Good Land” turi l-​postijiet prinċipali li jissemmew u l-​karatteristiċi taʼ l-​art li huma involuti. Mappa oħra (f’paġna 15) tidentifika t-​territorji tat-​tribujiet taʼ Iżrael. Iż-​żewġ mapep jistgħu jgħinuk tirrealizza kemm hu tassew eżatt ir-​rakkont tal-​Bibbja.

Dan jaqbel m’osservazzjoni li għamel il-​mejjet Professur Yohanan Aharoni meta qal li tant huma minsuġin fil-​fond il-​ġeografija u l-​istorja, fl-​artijiet imsemmijin fil-​Bibbja, li ma tistax tifhem tassew waħda minnhom mingħajr l-​għajnuna taʼ l-​oħra.

[Nota taʼ taħt]

a Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Sors tal-​Istampa f’paġna 32]

Mappa fl-​isfond: Based on maps copyrighted by Pictorial Archive (Near Eastern History) Est. and Survey of Israel

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja