LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Naf Tajjeb Kemm Qed Isofru”
    It-Torri tal-Għassa—2009 | Lulju 1
    • Ġurnata waħda, meta Mosè kien qed jieħu ħsieb in-​nagħaġ, hu ra xi ħaġa tassew mhux tas-​soltu—għollieqa kienet qed taqbad bin-​nar imma “ma bdietx tinħaraq.” (Vers 2) Kurjuż minħabba dan, hu resaq lejha biex jara x’kien qed jiġri. Permezz t’anġlu, Ġeħova kellem lil Mosè minn nofs in-​nar: “Tersaqx qrib hawnhekk. Neħħi s-​sandli minn saqajk, għax il-​post fejn int wieqaf hu art qaddisa.” (Vers 5) Aħseb ftit—minħabba li l-​għollieqa taqbad irrappreżentat il-​preżenza t’Alla, l-​art infisha saret qaddisa!

  • “Naf Tajjeb Kemm Qed Isofru”
    It-Torri tal-Għassa—2009 | Lulju 1
    • Il-mogħdrija t’Alla tagħtina raġuni biex nittamaw. Bl-​għajnuna tiegħu, aħna l-​bnedmin imperfetti nistgħu niksbu ammont taʼ qdusija u nsiru aċċettabbli għalih. (1 Pietru 1:15, 16) Mara Kristjana li ilha tissielet mad-​dipressjoni u l-​iskuraġġiment sabet faraġ mir-​rakkont dwar l-​esperjenza taʼ Mosè ħdejn l-​għollieqa. Hi tgħid: “Jekk Ġeħova jistaʼ saħansitra jagħmel it-​trab taʼ l-​art nadif, allura forsi hemm ftit tama għalija. Dan il-​ħsieb kien u għadu t’għajnuna kbira għalija.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja