LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w09 7/1 p. 21
  • “Naf Tajjeb Kemm Qed Isofru”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Naf Tajjeb Kemm Qed Isofru”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Materjal Simili
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Is-siġra tal-għollieq taqbad
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • “Il-mogħdrija tenera t’Alla tagħna”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Alla Għandu Isem
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
w09 7/1 p. 21

Ersaq Qrib Lejn Alla

“Naf Tajjeb Kemm Qed Isofru”

Eżodu 3:1-10

“QADDIS, qaddis, qaddis hu Ġeħova.” (Isaija 6:3) Dan il-​kliem ispirat jindika li Alla Ġeħova hu nadif u pur bla paragun. Għandek mnejn tistaqsi, ‘Tagħmlu biered u indifferenti l-​qdusija tiegħu? Jistaʼ Alla qaddis bħal dan tassew jinteressah minni—bniedem midneb u imperfett?’ Ejja neżaminaw il-​kliem rassiguranti li Alla qal lil Mosè, kif inhu mniżżel f’Eżodu 3:1-10.

Ġurnata waħda, meta Mosè kien qed jieħu ħsieb in-​nagħaġ, hu ra xi ħaġa tassew mhux tas-​soltu—għollieqa kienet qed taqbad bin-​nar imma “ma bdietx tinħaraq.” (Vers 2) Kurjuż minħabba dan, hu resaq lejha biex jara x’kien qed jiġri. Permezz t’anġlu, Ġeħova kellem lil Mosè minn nofs in-​nar: “Tersaqx qrib hawnhekk. Neħħi s-​sandli minn saqajk, għax il-​post fejn int wieqaf hu art qaddisa.” (Vers 5) Aħseb ftit—minħabba li l-​għollieqa taqbad irrappreżentat il-​preżenza t’Alla, l-​art infisha saret qaddisa!

L-Alla l-​qaddis kellu raġuni għala kellem lil Mosè. Alla qal: “Bla dubju jien rajt is-​sofferenza tan-​nies tiegħi li qegħdin l-​Eġittu, u smajt l-​għajta tagħhom minħabba dawk li jġegħluhom jaħdmu iebes; għaliex naf tajjeb kemm qed isofru.” (Vers 7) Alla m’għalaqx għajnejh għall-​miżerja tal-​poplu tiegħu; lanqas ma sadd widnejh għall-​ilħna tat-​talb ħerqan tagħhom. Minflok, hu ħass l-​għali tagħhom. Innota li Alla qal: “Naf tajjeb kemm qed isofru.” Dwar il-​kliem “naf tajjeb,” xogħol wieħed taʼ referenza jinnota: “L-​espressjoni turi sentiment persunali, tenerezza, u mogħdrija.” Il-​kliem li Ġeħova qal lil Mosè juri li hu Alla li tassew jinteressah u jħobb.

X’kien se jagħmel Alla? Hu mhux sempliċement ħares lejhom u tħassarhom jew semaʼ b’mogħdrija. Tqanqal biex jaġixxi. Iddeċieda li jeħles lill-​poplu tiegħu mill-​Eġittu u jġibhom “f’art li tnixxi ħalib u għasel.” (Vers 8) Għal dan l-​għan, Ġeħova inkariga lil Mosè billi qallu: “[Oħroġ] il-​poplu tiegħi . . . mill-​Eġittu.” (Vers 10) B’lealtà lejn dak l-​inkarigu, Mosè mexxa lil Israel ’il barra mill-​Eġittu fis-​sena 1513 Q.E.K.

Ġeħova ma nbidilx. L-​aduraturi tiegħu llum jistgħu jkunu ċerti li hu jara l-​għawġ tagħhom u jismaʼ l-​għajta tagħhom għall-​għajnuna. Hu jaf sew kemm qed isofru. Imma Ġeħova mhux biss iħoss mogħdrija lejn il-​qaddejja devoti tiegħu. L-​Alla teneru huwa mqanqal jaġixxi għan-​nom tagħhom “għax hu jimpurtah” minnhom.—1 Pietru 5:7.

Il-mogħdrija t’Alla tagħtina raġuni biex nittamaw. Bl-​għajnuna tiegħu, aħna l-​bnedmin imperfetti nistgħu niksbu ammont taʼ qdusija u nsiru aċċettabbli għalih. (1 Pietru 1:15, 16) Mara Kristjana li ilha tissielet mad-​dipressjoni u l-​iskuraġġiment sabet faraġ mir-​rakkont dwar l-​esperjenza taʼ Mosè ħdejn l-​għollieqa. Hi tgħid: “Jekk Ġeħova jistaʼ saħansitra jagħmel it-​trab taʼ l-​art nadif, allura forsi hemm ftit tama għalija. Dan il-​ħsieb kien u għadu t’għajnuna kbira għalija.”

Tixtieq issir taf iktar dwar l-​Alla l-​qaddis, Ġeħova? Relazzjoni mill-​qrib miegħu hi possibbli, għaliex Ġeħova “jaf tajjeb kif aħna msawrin, u jiftakar li aħna trab.”—Salm 103:14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja