Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
5-11 TA’ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 11-12
“Kif Għandna Naqdu lil Ġeħova?”
it-1 84 ¶3
Artal
L-Iżraelin intqalilhom biex iwaqqgħu l-artali pagani kollha u jeqirdu l-pilastri u l-arbli sagri li kienu jkunu mibnijin ħdejhom. (Eżo 34:13; Dt 7:5, 6; 12:1-3) Iżrael kellu jkollu artal wieħed biss għall-qima tal-uniku Alla veru, u dan kellu jkun fil-post li Ġeħova kien jagħżel.—Dt 12:2-6, 13, 14, 27.
Ġawhar Spiritwali
it-1 925-926
Geriżim, Muntanja
It-tribujiet taʼ Iżrael inġabru ħdejn il-Muntanji Geriżim u Għebal. Din l-istruzzjoni ngħatat minn Mosè taħt id-direzzjoni taʼ Ġożwè ftit wara li rebħu lil Għaj. Kien hawnhekk li n-nies semgħu l-qari tal-barkiet li kellhom jirċievu jekk jobdu lil Ġeħova u s-saħtiet li kellhom jiġu fuqhom jekk ma jobduhx. It-tribujiet taʼ Simegħon, Levi, Ġuda, Issakkar, Ġużeppi u Benjamin kienu quddiem il-Muntanja Geriżim. Il-Leviti u l-arka tal-patt kienu fil-wied, u-sitt tribujiet l-oħrajn kienu quddiem il-Muntanja Għebal. (Dt 11:29, 30; 27:11-13; Ġoż 8:28-35) Milli jidher, it-tribujiet li kienu quddiem il-Muntanja Geriżim wieġbu għall-barkiet li nqraw lilhom, filwaqt li t-tribujiet l-oħrajn li kienu quddiem il-Muntanja Għebal wieġbu għas-saħtiet li nqraw lilhom. Il-Liġi nqrat b’vuċi għolja “quddiem il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel, flimkien man-nisa u ċ-ċkejknin u r-residenti barranin li kienu jimxu f’nofshom.” (Ġoż 8:35) Din il-folla kbira setgħet tismaʼ l-kliem kollu minn ħdejn iż-żewġ muntanji. Probabbilment, dan kien għaliex il-ħsejjes f’dan il-wied imdawwar bil-muntanji kienu jinstemgħu b’mod eċċellenti.
12-18 TAʼ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 13-15
“Il-Liġi Turi li Ġeħova Jimpurtah mill-Foqra”
it-2 1110 ¶3
Għexur
Minbarra l-għexur li s-soltu kienu jagħtu l-Iżraelin biex jappoġġjaw is-saċerdozju Levitiku, kull sena l-Iżraelin kellhom jagħtu t-tieni għexur. Normalment dawn kienu jintużaw u jitgawdew mill-familji Iżraelin meta jinġabru flimkien għall-festi tagħhom. F’każi fejn id-distanza sa Ġerusalemm kienet kbira, dak li kienu jagħtu kien jissarraf fi flus u dawn kienu jintużaw f’Ġerusalemm biex imantnu l-familji u jitgawdew fil-konvenzjoni qaddisa. (Dt 12:4-7, 11, 17, 18; 14:22-27) L-Iżraelin kienu jiċċelebraw sena tas-Sabat kull sebaʼ snin. Fi tmiem kull tielet u sitt sena taʼ dan il-perjodu taʼ sebaʼ snin, l-Iżraelin kienu jużaw dawn l-għexur biex jgħinu lil-Leviti, lir-residenti barranin, lir-romol, u lit-tfal bla missirijiet minflok jintużaw biex jitħallsu l-ispejjeż fl-assembleat nazzjonali.—Dt 14:28, 29; 26:12.
it-2 833
Sena tas-Sabat
Is-sena tas-Sabat kienet tissejjaħ “is-sena tal-ħelsien.” (Dt 15:9; 31:10) Matul dik is-sena, l-art gawdiet mistrieħ sħiħ, jew ħelsien, u ma kinitx tiġi maħduma. (Eżo 23:11) Kellu jkun hemm mistrieħ, jew ħelsien, mid-dejn. Dan kien “ħelsien f’ġieħ Ġeħova.” Għalkemm xi wħud iqisuha b’mod differenti, xi kummentaturi jgħidu li d-djun ma kinux tassew maħfurin, imma pjuttost, min jislef ma kellux jagħmel pressjoni fuq Ebrew biex iħallas id-dejn. Dan għaliex il-bidwi matul dik is-sena ma kellux dħul taʼ flus. Madankollu, setgħet issir pressjoni fuq barrani biex iħallas id-dejn.—Dt 15:1-3.
it-2 978 ¶6
Ilsir
Il-liġijiet għal ilsir Ebrew kienu differenti minn dawk għal ilsir u resident barrani. L-ilsir Ebrew kellu jinħeles fis-sebaʼ sena taʼ servizz jew fis-sena tal-Ġublew, skont liema waħda ġiet l-ewwel. Matul iż-żmien taʼ servizz tiegħu, l-ilsir Ebrew kellu jiġi trattat bħala ħaddiem. (Eżo 21:2; Le 25:10; Dt 15:12) Raġel Ebrew li biegħ lilu nnifsu bħala lsir lil resident barrani jew lil membru taʼ familja taʼ resident barrani seta’ jifdi lilu nnifsu jew jiġi mifdi minn xi ħadd li kellu d-dritt jagħmel dan fi kwalunkwe żmien. Il-prezz tal-fidwa kien jiġi kkalkulat skont is-snin li jkun għad fadal sas-sena tal-Ġublew jew sas-sebaʼ sena taʼ servizz. (Le 25:47-52; Dt 15:12) Meta xi ħadd kien jagħti l-ħelsien lil ilsir Ebrew, hu kellu jagħtih rigal biex jgħinu jibda ħajja ġdida bħala raġel ħieles. (Dt 15:13-15) Jekk ilsir kien iġib lill-mara miegħu, din kienet tinħeles miegħu.
19-25 TA’ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 16-18
“Prinċipji Biex Tiġġudika Sew”
it-1 343 ¶5
Għama
Li wieħed juża l-korruzzjoni biex jiġġudika kien jitqabbel mal-għama, u l-Liġi tat ħafna twissijiet kontra t-tixħim, ir-rigali, jew il-preġudizzju, għax affarijiet bħal dawn jistgħu jagħmu mħallef u ma jħalluhx jagħmel ġudizzju ġust. “It-tixħim jagħmi lil min jiġġudika bl-għerf.” (Eżo 23:8) “It-tixħim jagħmi għajnejn l-għorrief.” (Dt 16:19) Minkejja kemm imħallef ikun ġust u kapaċi jagħraf it-tajjeb mill-ħażin, kemm jekk ikun konxju jew le, jistaʼ jiġi affettwat b’xi rigal mingħand dawk involuti fil-każ. Il-Liġi t’Alla tikkunsidra mhux biss l-effett ħażin taʼ xi rigal imma wkoll taʼ kif iħossu dak li jkun, għax hi tgħid: “Tittrattax lill-batut bil-parzjalità, u tippreferix lil xi ħadd għax hu kbir.” (Le 19:15) Allura kemm minħabba kif iħossu jew minħabba l-popolarità man-nies, imħallef ma kellux jiġġudika skont kemm kienu sinjuri n-nies.—Eżo 23:2, 3.
it-2 511 ¶7
Numru
Il-qbil bejn żewġ xhieda isaħħaħ ix-xhieda li jagħtu. Żewġ xhieda, jew anke tlieta, kienu meħtiġin biex kwistjoni tiġi stabbilita quddiem l-imħallfin. Dan il-prinċipju jiġi segwit ukoll fil-kongregazzjoni Kristjana.—Dt 17:6; 19:15; Mt 18:16; 2Ko 13:1; 1Ti 5:19; Eb 10:28.
it-2 685 ¶6
Qassisin
Il-qassisin kienu dawk li kellhom il-privileġġ li jispjegaw il-liġi t’Alla, u huma kellhom irwol importanti fil-każijiet ġudizzjali t’Iżrael. Fil-bliet mogħtijin lilhom, il-qassisin kienu disponibbli biex jgħinu lill-imħallfin, u huma qdew ukoll bħala mħallfin f’każijiet diffiċli ħafna biex jiġu deċiżi. (Dt 17:8, 9) Huma kienu meħtiġin li jkunu għal-lest flimkien mal-anzjani tal-belt f’każijiet taʼ qtil mhux solvuti. Fil-każijiet kollha, il-ġudizzju mogħti mill-qassisin jew l-imħallfin kellu jiġi rispettat; li wieħed ma jurix rispett għax irid jew ma jobdix ġab il-piena tal-mewt.—Nu 15:30; Dt 17:10-13.
Ġawhar Spiritwali
it-1 787
Piena tal-Mewt
Skont il-Liġi, biex tiġi segwita l-piena tal-mewt, kellu jkun hemm evidenza taʼ mill-inqas żewġ xhieda. (Dt 19:15) Dawn ix-xhieda kellhom ikunu l-ewwel li jħaġġru lill-ħati. (Dt 17:7) Dan kien juri ż-żelu tagħhom għal-liġi t’Alla u l-indafa tal-kongregazzjoni t’Iżrael u kien iservi wkoll taʼ lezzjoni biex ma tingħatax xhieda bla ħsieb jew mgħaġġla.
26 TAʼ LULJU–1 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 19-21
“Il-Ħajja Tiswa Ħafna għal Ġeħova”
it-1 344
Demm
Il-bniedem ingħata d-dritt li jgawdi l-ħajja li tah Alla, u kull min ċaħħdu minn din il-ħajja kellu jagħti kont lil Alla. Dan intwera meta Alla qal lill-qattiel Kajjin: “Demm ħuk qed jgħajjatli mill-art.” (Ġen 4:10) Anke jekk xi ħadd jobgħod lil ħuh, u b’hekk jixtiequ mejjet, jew jimmalafamah jew jixhed falz kontrih, u b’hekk jipperikolalu ħajtu, dan kien jagħmlu ħati tad-demm taʼ bniedem ieħor.—Le 19:16; Dt 19:18-21; 1Ġw 3:15.
2-8 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 22-23
“Il-Liġi Turi li Ġeħova Jimpurtah mill-Annimali”
it-1 375-376
Tagħbija
Fiż-żminijiet tal-qedem, l-annimali spiss kienu jintużaw biex iġorru tagħbijiet. Skont il-Liġi, l-Iżraelin kellhom ‘jgħinu biex jeħilsuʼ lill-ħmar taʼ xi ħadd li jobgħodhom u li kien ikun taħt it-tagħbija tiegħu.—Eżo 23:5.
it-1 621 ¶1
Dewteronomju
L-annimali ntwerew l-imħabba fil-ktieb tad-Dewteronomju. L-Iżraelin ma setgħux jieħdu għasfur minn fuq il-bejta tiegħu. L-omm kienet titħalla taħrab imma ż-żgħar setgħu jittieħdu. B’hekk l-omm setgħet trabbi iktar frieħ.—Dt 22:6, 7.
Ġawhar Spiritwali
it-1 600
Dejn, Midjun
Il-poplu t’Alla kien ikkmandat biex ikun ġeneruż u mhux egoist meta jislef lil sħabu Iżraelin li kienu fil-bżonn. Ma kellhomx jagħmlu qligħ minn fuqhom billi jitolbuhom l-imgħax. (Eżo 22:25; Dt 15:7, 8; Sa 37:26; 112:5) Imma l-barranin setgħu jiġu mitlubin iħallsu l-imgħax. Normalment il-barranin kienu jkunu f’Iżrael għal ftit żmien biss, spiss bħala negozjanti. Bir-raġun dawn kienu mistennijin li jħallsu l-imgħax, speċjalment għax huma wkoll kienu jisilfu lil oħrajn bl-imgħax.
9-15 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 24-26
“Il-Liġi Turi li Ġeħova Jimpurtah min-Nisa”
it-2 1196 ¶4
Mara
Il-liġi militari kienet favur koppja li għadha kif iżżewġet fis-sens li r-raġel ma jmurx għall-gwerra għal sena. Dan ta l-opportunità lill-koppja biex ikollha t-tfal. Tarbija setgħet tkun taʼ faraġ kbir għall-omm meta r-raġel ma kienx ikun hemm, iżjed u iżjed jekk dan imut fil-gwerra.—Dt 20:7; 24:5.
w11 3/1 23
Kont Taf?
F’Iżrael tal-qedem, jekk raġel imut bla tfal, kien mistenni li ħuh jiżżewweġ l-armla biex ikollu t-tfal, u b’hekk ikompli l-linja tal-familja tal-mejjet. (Ġen 38:8) Dan l-arranġament, li iktar tard ġie miżjud mal-Liġi Mosajka, kien magħruf bħala żwieġ bejn armla u ħu żewġha. (Dt 25:5, 6) Dak li għamel Bogħaż, kif imniżżel fil-ktieb taʼ Rut, juri li dan id-dover kien jgħodd ukoll għal qraba rġiel oħrajn tal-familja tal-mejjet jekk l-aħwa rġiel ikunu mietu kollha.—Rt 1:3, 4; 2:19, 20; 4:1-6.
Iż-żwieġ taʼ armla lil ħu żewġha kien għadu jsir fi żmien Ġesù għaliex is-Sadduċej irreferew għalih, kif imniżżel f’Marku 12:20-22. L-istorjografu Lhudi tal-ewwel seklu Ġużeppi Flavju qal li l-prattika ma servietx biss biex l-isem tal-familja jiġi preservat imma wkoll biex il-propjetà tal-familja tinżamm u sservi għall-ġid tal-armla. F’dak iż-żmien, mara miżżewġa ma kellhiex dritt tiret il-propjetà taʼ żewġha. Madankollu, tarbija li titwieled minn żwieġ bejn armla u ħu żewġha kienet iżżomm il-wirt tal-mejjet.
16-22 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 27-28
“Dawn il-Barkiet Kollha . . . Jilħquk”
Ġawhar Spiritwali
it-1 360
Tarf tar-Rabaʼ
Il-liġi taʼ Ġeħova pprojbiet li wieħed iressaq lura t-trufijiet tar-rabaʼ. (Dt 19:14; ara wkoll Pr 22:28.) Fil-fatt, kien ikun misħut dak li jressaq lura “t-tarf tar-rabaʼ taʼ sieħbu.” (Dt 27:17) Ġeneralment is-sidien tar-rabaʼ kienu jiddependu mill-prodotti tar-rabaʼ tagħhom, u li wieħed iressaq lura t-tarf tar-rabaʼ kien ifisser li jkun qed iċaħħadhom mill-mezz t’għajxien tagħhom. Dan kien meqjus bħala serq.
23-29 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 29-30
“Aħna Nistgħu Naqdu lil Ġeħova”
Ġawhar Spiritwali
it-1 665 ¶3
Widna
Ġeħova tkellem dwar li hu ma kienx fetaħ widnejn l-Iżraelin diżubbidjenti. Ġeħova jagħti widnejn li jifhmu u li jobdu lil dawk li jfittxuh imma jippermetti li s-smigħ spiritwali ma jkunx ċar għal dawk li ma jobdux.—Dt 29:4; Rum 11:8.
30 T’AWWISSU–5 TAʼ SETTEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 31-32
“Għanja li Tgħallimna bl-Eżempji”
Stampi Permezz taʼ Kliem—Tifhimhom Int?
Il-Bibbja tqabbel lil Ġeħova m’affarijiet li ma fihomx ħajja. Hu jiġi deskritt bħala “l-Blata taʼ Israel,” “blat għoli,” u “fortizza.” (2Sa 23:3; Sa 18:2; Dt 32:4) Fejn hu x-xebh? L-istess bħalma blata kbira tkun soda f’postha, ma tiċċaqlaqx, hekk ukoll Alla Ġeħova jistaʼ jkun Sors sod taʼ sigurtà għalik.