Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2024 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
6-12 TAʼ MEJJU
Ġawhar Spiritwali
it-2 445
Muntanji
Ma jiċċaqalqux u għoljin. Meta s-salmista qal li l-ġustizzja taʼ Ġeħova hi “bħall-muntanji,” (Sa 36:6) setaʼ ried ifisser li Hu dejjem ġust. Jew peress li l-muntanji huma għoljin, forsi ried joħroġ il-punt li l-ġustizzja taʼ Ġeħova hi superjuri għal tal-bnedmin.
20-26 TAʼ MEJJU
Ġawhar Spiritwali
it-2 16
Ġeħova
It-talba taʼ David li nsibu f’Salm 40:5-10 turina li l-qaddejja taʼ Ġeħova, fis-sema u fuq l-art, jirrispettaw u jaċċettaw lil Ġeħova bħala l-Mexxej tagħhom. Huma jieħdu pjaċir jaqduh u jagħmlu dak li jrid hu għax iħobbuh. B’hekk huma jgħinu biex isem Ġeħova jiġi mqaddes.
3-9 TAʼ ĠUNJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 45-47
Għanja Dwar iż-Żwieġ taʼ Re
it-2 1169
Gwerra
Wara li Kristu se jegħleb lil dawk li se jiġġieldu kontrih fil-gwerra t’Armageddon, id-dinja kollha se tkun fil-paċi. (Sa 46:8-10) Dawk li “jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet u l-lanez tagħhom fi skieken taż-żabra” u li “ma jitħarrġux iktar għall-gwerra” se jirċievu l-premju taʼ ħajja taʼ dejjem fuq l-art. “Għax dan qalu fomm Ġeħova taʼ l-armati.”—Is 2:4; Mik 4:3, 4.
10-16 TAʼ ĠUNJU
Ġawhar Spiritwali
it-2 805
Ġid
L-Iżraelin kellhom jiftakru li l-ġid tagħhom ma kienx se jibqaʼ għal dejjem. (Pr 23:4, 5) Alla ma setax jeħlishom mill-mewt minħabba l-affarijiet materjali li kellhom. (Sa 49:6, 7) U wara li jmutu dan il-ġid ma kien se jkun jiswa xejn għalihom. (Sa 49:6, 7, 16, 17; Ek 5:15) Ġeħova fakkarhom li jekk huma jorbtu qalbhom mal-ġid materjali li kellhom setgħu jaslu biex jagħmlu affarijiet diżonesti u jitilfu l-ħbiberija tagħhom miegħu. (Pr 28:20) Barra minn hekk, huma ġew inkuraġġiti biex jonoraw lil Ġeħova bl-affarijiet prezzjużi tagħhom.—Pr 3:9.
17-23 TAʼ ĠUNJU
Ġawhar Spiritwali
it-1 644
Duweg
Duweg l-Edomi kien kap fuq il-qaddejja taʼ Sawl. (1Sa 22:9) F’Nob hu kien ra lill-Qassis il-Kbir Aħimelek jagħti lil David xi provvisti u x-xabla taʼ Gulija. Iktar tard, meta Sawl qal lill-qaddejja tiegħu li kienu qed jikkonfoffaw kontrih, Duweg qal dak li kien ra. Wara li Sawl iċċekkja mal-qassis il-kbir u mal-qassisin l-oħra, Sawl ordna lill-gwardji biex joqtlu lill-qassisin kollha taʼ Ġeħova. Meta ma ridux joqtluhom, Sawl ikkmanda lil Duweg biex joqtolhom hu u mingħajr ma qagħad jaħsibha qatel 85 qassis. Wara, Duweg attakka l-belt taʼ Nob u qatel kemm l-irġiel, in-nisa, it-tfal, it-trabi, u kif ukoll il-barrin, il-ħmir, u n-nagħaġ.—1Sa 22:6-20.
Kif turina s-superskrizzjoni f’Salm 52, David kiteb hekk dwar Duweg: “Ilsienek jaqtaʼ daqs xafra; Int tippjana l-ħsara u titkellem bil-qerq. Int tħobb il-ħażin iktar mit-tajjeb, u tigdeb minflok ma tgħid dak li hu sew. Int tħobb kull kelma taʼ ħsara, ja qarrieq!”—Sa 52:2-4.
24-30 TAʼ ĠUNJU
Ġawhar Spiritwali
nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 6:64
Ġesù kien jaf . . . min kien se jittradih
Qabel ma għażel it-12-il appostlu, Ġesù għamel lejl jitlob lil Missieru. (Lq 6:12-16) Allura, għall-bidu Ġuda kien leali lejn Alla. Però, mill-profeziji tal-Iskrittura, Ġesù kien jaf li ħabib tal-qalb kien se jittradih. (Sa 41:9; 109:8; Ġw 13:18, 19) Peress li Ġesù setaʼ jara x’kellhom f’qalbhom in-nies u l-ħsibijiet tagħhom, hu nduna meta Ġuda beda jdur kontrih. (Mt 9:4) Min-naħa l-oħra, Ġeħova kien jaf minn qabel li wieħed mill-ħbieb taʼ Ġesù kien se jittradih. Però, Alla la ppjana u lanqas ma ġiegħel lil Ġuda jittradixxi lil Ġesù. Kieku għamel hekk, dan kien imur kontra l-kwalitajiet tiegħu u l-mod kif tratta man-nies fil-passat.