LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Dak li twiegħed, roddu”
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2017 | April
    • 7. (a) X’wiegħdet Ħanna u għala? X’ġara wara? (b) Il-​wegħda taʼ Ħanna x’kienet tfisser għal Samwel? (Ara n-​nota taʼ taħt.)

      7 Ħanna wkoll għamlet wegħda lil Ġeħova matul żmien stressanti f’ħajjitha. Kienet qalbha sewda għax ma setax ikollha tfal, u kienet qed tiġi intimidata u mwaqqgħa għaċ-​ċajt minħabba f’hekk. (1 Samwel 1:4-​7, 10, 16) Hi qalet lil Ġeħova kif ħassitha, u għamlet din il-​wegħda: “O Ġeħova taʼ l-​armati, jekk int bla dubju tħares lejn is-​sofferenza taʼ l-​ilsira tiegħek u tiftakar fija, u ma tinsiex l-​ilsira tiegħek u tagħti lill-​ilsira tiegħek tarbija tifel, jien nagħtih lil Ġeħova l-​jiem kollha taʼ ħajtu, u ebda mus ma jgħaddi minn fuq rasu.”a (Ara n-​nota taʼ taħt.) (1 Samwel 1:11) Ġeħova ta widen għat-​talba taʼ Ħanna, u s-​sena taʼ wara wildet tifel, Samwel. Kemm kienet ferħana Ħanna! Imma ma nsietx il-​wegħda tagħha lil Alla. Meta twieled binha, hi qalet: “Mingħand Ġeħova tlabtu.”—1 Samwel 1:20.

      Ħanna kienet lesta li tibqaʼ mingħajr ċerti affarijiet li kienu importanti għaliha sabiex iżżomm il-​wegħda tagħha lil Alla

  • “Dak li twiegħed, roddu”
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2017 | April
    • a Ħanna wiegħdet lil Ġeħova li jekk ikollha tifel, hu kien se jkun Nażirit għal ħajtu kollha. Dan kien ifisser li binha kien se jkun dedikat u mwarrab apparti għas-​servizz taʼ Ġeħova.—Numri 6:2, 5, 8.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja