LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Fetħet Qalbha m’Alla bit-Talb
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • 15, 16. (a) It-​talba taʼ Ħanna li fiha fetħet qalbha maʼ Ġeħova u l-​qima tagħha fit-​tabernaklu tiegħu, x’effett ħallew fuqha? (b) Kif nistgħu nsegwu l-​eżempju taʼ Ħanna meta nissieltu maʼ sentimenti negattivi?

      15 It-​talba taʼ Ħanna li fiha fetħet qalbha maʼ Ġeħova u l-​qima tagħha fit-​tabernaklu tiegħu, x’effett ħallew fuqha? Ir-​rakkont jgħid: “Il-​mara marret għal triqitha u kielet, u wiċċha ma baqax jidher imħasseb bħal qabel.” (1 Sam. 1:18) F’The Jerusalem Bible dan il-​vers jgħid: “Ma baqgħetx tidher imnikkta.” Ħanna ħasset serħan għax neħħiet balla minn fuq l-​istonku. Hi kienet bħallikieku xeħtet it-​toqol tal-​piż emozzjonali tagħha fuq xi ħadd bil-​wisq iktar setgħan minnha—Missierha tas-​sema, Ġeħova. (Aqra Salm 55:22.) Hemm xi problema li hi tqila wisq għalih? Le—la qatt kien hemm, u lanqas qatt se jkun hemm!

      16 Meta nħossuna mtaqqlin, magħkusin, u mifnijin bin-​niket, nagħmlu tajjeb li nsegwu l-​eżempju taʼ Ħanna u nitkellmu bil-​miftuħ mal-​Wieħed li l-​Bibbja ssejjaħlu “Semmiegħ it-​talb.” (Salm 65:2) Jekk nagħmlu hekk bil-​fidi, anki aħna nistgħu naraw li “l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb” tieħu post in-​niket li nġarrbu.—Flp. 4:6, 7.

  • Fetħet Qalbha m’Alla bit-Talb
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • 18 Peninna meta rrealizzat li l-​inkejja tagħha ma baqgħetx tnikket lil Ħanna? Ir-​rakkont ma jgħidx, imma l-​espressjoni ‘ma baqgħetx tidher imħassba bħal qabel’ tagħti x’tifhem li Ħanna kienet iktar ferħana u ma baqgħetx inkwetata minn dakinhar ’l hemm. Dak li nafu hu li Peninna malajr intebħet li l-​kondotta mill-​agħar tagħha ma kienet qed tħalli ebda effett. Il-​Bibbja qatt ma reġgħet semmiet isimha.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja