-
Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla TiegħuImita l-Fidi Tagħhom
-
-
20, 21. (a) Iddeskrivi x’ra Elija fid-daħla tal-għar fuq il-Muntanja Ħoreb. (b) It-turijiet tal-qawwa taʼ Ġeħova x’għallmuh lil Elija?
20 Ġeħova kif ħa ħsieb il-beżgħat u t-tħassib t’Elija? L-anġlu qal lil Elija biex jieqaf fid-daħla tal-għar. Hu obda, avolja ma kienx jaf x’kien ġej. F’daqqa waħda qam riħ qawwi! Żgur li għamel ħoss kbir għax tant kien qawwi li feraq il-muntanji u qasam il-blat. Immaġina lil Elija jipprova jgħatti għajnejh waqt li jiggranfa mal-ilbies sempliċi u oħxon magħmul mix-xagħar hekk kif ir-riħ beda jtajru madwaru. Imbagħad kellu jissielet biex iżomm il-bilanċ għax l-art infisha bdiet titriegħed—terremot heżżeż lir-reġjun! Bilkemm kien ġie f’siktu meta nar kbir għadda minn ħdejh u ġiegħlu jersaq lura fl-għar biex jipproteġi ruħu mis-sħana tikwi.—1 Slat. 19:11, 12.
Ġeħova uża l-qawwa tremenda tiegħu biex ifarraġ u jinkuraġġixxi lil Elija
21 F’kull każ, ir-rakkont ifakkarna li Ġeħova ma kienx f’dawn it-turijiet spettakolari tal-qawwa tan-natura. Elija kien jaf li Ġeħova ma kienx xi alla tan-natura li ma jeżistix bħal Bagħal, li kien meqjum mill-aduraturi mqarrqin bħala r-“rikkieb tas-sħab,” jew dak li jġib ix-xita. Ġeħova hu s-Sors veru tal-qawwa tal-għaġeb kollha li tinsab fin-natura, imma hu wkoll bil-wisq akbar minn kwalunkwe ħaġa li għamel. Saħansitra s-smewwiet fiżiċi ma jistgħux jesgħuh! (1 Slat. 8:27) Dan kollu kif għen lil Elija? Ftakar x’kien il-biżaʼ tiegħu. B’Alla bħal Ġeħova fuq in-naħa tiegħu, b’dik il-qawwa tremenda li Għandu, Elija ma kellu għalfejn jibżaʼ xejn affattu minn Aħab u Ġeżabel!—Aqra Salm 118:6.
22. (a) Il-“leħen kalm u baxx” kif żgura lil Elija li hu kien apprezzat? (b) Min setaʼ kien is-sors tal-“leħen kalm u baxx”? (Ara n-nota taʼ taħt.)
22 Wara li telaq in-nar, waqgħet ħemda u Elija semaʼ “leħen kalm u baxx.” Dan stieden lil Elija jerġaʼ jesprimi ruħu, u hekk għamel billi għat-tieni darba fetaħ qalbu.a Forsi dan għenu jserraħ iktar moħħu. Iżda, mingħajr ebda dubju, Elija sab saħansitra iktar faraġ f’dak li issa qallu “l-leħen kalm u baxx.” Ġeħova żgura lil Elija li hu kien apprezzat u xogħlu kien taʼ siwi. Kif? Alla rrivela ħafna mill-iskop futur tiegħu dwar il-gwerra kontra l-qima taʼ Bagħal f’Iżrael. Jidher ċar li xogħol Elija ma kienx fieragħ għax l-iskop t’Alla kien miexi ’l quddiem u ħadd ma setaʼ jwaqqfu. Barra minn hekk, Elija xorta kellu jkun parti minn dan l-iskop għax Ġeħova bagħtu lura biex jaħdem b’xi istruzzjonijiet speċifiċi.—1 Slat. 19:12-17.
-
-
Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla TiegħuImita l-Fidi Tagħhom
-
-
a Is-sors taʼ dan il-“leħen kalm u baxx” setaʼ kien l-istess spirtu li ntuża biex iwassal “il-kelma taʼ Ġeħova” li nsibu fl-1 Slaten 19:9. F’vers 15, dan l-ispirtu jissemma sempliċement bħala “Ġeħova.” Aħna nistgħu niġu mfakkrin fl-anġlu li uża Ġeħova biex jiggwida lil Iżrael fix-xagħri u li dwaru Alla qal: “Jaġixxi f’ismi.” (Eżo. 23:21) Ovvjament, ma nistgħux inkunu ċerti mija fil-mija dwar dan il-punt imma taʼ min jinnota li fl-eżistenza tiegħu qabel ma sar bniedem, Ġesù qeda bħala “l-Kelma,” il-Kelliemi speċjali għall-qaddejja taʼ Ġeħova.—Ġw. 1:1.
-