LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 10/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • X’inhi l-arka tal-patt?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Tmienja jsalvaw għal ġo dinja ġdida
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 10/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Kif kienu mpoġġijin il-​lasti li bihom kienet tinġarr l-​arka tal-​patt, ladarba l-​1 Slaten 8:8 jindika li setgħu jidhru mill-​Post Qaddis?

Meta Jehovah ta l-​pjanta tat-​tabernaklu lil Mosè fix-​xagħri, fattur prinċipali kien l-​arka tal-​patt. Din il-​kaxxa rettangolari miksija bid-​deheb kien fiha t-​twavel tal-​Liġi u xi affarijiet oħrajn. Kienet tinżamm fil-​parti taʼ ġewwanett, l-​Iktar Qaddis. Fuq l-​għatu taʼ l-​Arka kien hemm żewġ statwi tad-​deheb taʼ kerubini bi ġwenħajhom miftuħin. Fuq kull naħa taʼ l-​Arka, kien hemm il-​ħoloq sabiex tkun tistaʼ tinġarr permezz taʼ żewġ lasti magħmulin mill-​injam taʼ l-​akaċja miksijin bid-​deheb. Loġikament, il-​lasti kienu jiddaħħlu fil-​ħoloq għat-​tul taʼ l-​Arka. B’hekk, bl-​Arka f’postha fl-​Iktar Qaddis tat-​tabernaklu, li kien iħares lejn il-​lvant, il-​lasti kienu jkunu għat-​tul mit-​tramuntana għan-​nofsinhar. L-​istess kien jgħodd iktar tard meta l-​Arka kienet fit-​tempju li bena Salamun.​—Eżodu 25:10-​22; 37:​4-9; 40:17-​21.a

Purtiera kienet tissepara l-​Iktar Qaddis mill-​Post Qaddis (il-kamra taʼ barra). Il-​qassisin fil-​Post Qaddis ma setgħux jittawlu fl-​Iktar Qaddis u jaraw l-​Arka, li fuqha Alla kien jippreżenta lilu nnifsu. (Lhud 9:1-7) Għaldaqstant, l-​1 Slaten 8:8 forsi jikkonfondi xi ftit lil dak li jkun: “Il-​bsaten [jew, lasti] kienu tant twal li rjushom kienu jidhru mill-​post qaddis quddiem is-​santwarju [il-kamra taʼ ġewwanett], imma ma kinux jidhru minn barra.” Dan il-​punt jissemma wkoll fit-​2 Kronaki 5:9. Kif setaʼ xi ħadd jara dawn il-​lasti mill-​Post Qaddis tat-​tempju?

Xi wħud immaġinaw li l-​lasti kienu jmissu mal-​purtiera, u b’hekk kienu jidhru mqabbżin ’il barra. Imma dan ma setax ikun ladarba l-​lasti kienu għat-​tul mit-​tramuntana għan-​nofsinhar, għax il-​purtiera kienet parallela mal-​lasti. (Numri 3:38) Hemm spjegazzjoni iktar raġunevoli. Il-​lasti setgħu kienu jidhru jekk il-​purtiera kienet tkun xi naqra mberrqa minn mal-​ħajt tat-​tempju jew meta l-​qassis il-​kbir kien jidħol fl-​Iktar Qaddis. Il-​purtiera kienet tgħatti għalkollox l-​Arka nfisha, imma l-​lasti, li kienu itwal fuq iż-​żewġ naħat, għandhom mnejn kienu jidhru meta kienet titberraq il-​purtiera. Waqt li din l-​ispjegazzjoni tidher li hi raġunevoli, ma nistgħux inkunu dommatiċi dwarha.

Ovvjament, hemm ħafna dettalji li forsi għad irridu nsiru nafuhom. L-​appostlu Pawlu semma xi ftit aspetti fl-​ittra tiegħu lil-​Lhud. Imbagħad qal: “Fuq dawn mhux il-​waqt issa li nitkellmu ħaġa, ħaġa.” (Lhud 9:5, Saydon) L-​irxoxt li ġej taʼ wħud leali għandu joffrilna opportunitajiet li jqanqluna biex nitgħallmu minn irġiel bħal Mosè, Aron, Besalel, u oħrajn li kienu involuti personalment fix-​xogħol u l-​iskop tat-​tabernaklu.—Eżodu 36:1.

[Nota taʼ taħt]

a Il-​lasti ma kellhomx jitneħħew mill-​ħoloq anki meta l-​Arka kienet tkun f’postha fit-​tabernaklu. B’hekk il-​lasti ma setgħux jintużaw għal xi skop ieħor. Barra minn hekk, l-​Arka setgħet tibqaʼ bla ma tintmess. Imma kieku kellhom jitneħħew il-​lasti mill-​ħoloq, kull darba li kienu jġorruha kien ikollhom imissu l-​Arka sagra biex jerġgħu jdaħħlu l-​lasti fil-​ħoloq. Il-​kumment f’Numri 4:6 dwar li “jdaħħlu l-​lasti f’posthom” jistaʼ jirreferi għal li jirranġaw jew jaġġustaw il-​lasti biex jippreparaw ħalli jġorru l-​Arka għal xi post ieħor li jkunu se jikkampjaw fih.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja