LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwbr22 Settembru pp. 1-2
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2022
  • Sottitli
  • 5-​11 TAʼ SETTEMBRU
  • 26 TAʼ SETTEMBRU–2 T’OTTUBRU
  • 17-​23 T’OTTUBRU
  • 31 T’OTTUBRU–6 TAʼ NOVEMBRU
Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2022
mwbr22 Settembru pp. 1-2

Referenzi għall-​Fuljett għall-​Istudju tal-​Laqgħa tal-​Ħajja u l-​Ministeru Tagħna

5-​11 TAʼ SETTEMBRU

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | 1 SLATEN 9-​10

Ġawhar Spiritwali

w08 11/1 22 ¶4-​6

Kont Taf?

Kemm kellu deheb is-​Sultan Salamun?

L-​Iskrittura tgħid li Ħiram, sultan taʼ Tir, bagħat erbaʼ tunnellati deheb lil Salamun, ir-​reġina taʼ Xeba tatu ammont simili, u l-​flotta taʼ Salamun ġabet ’il fuq minn 14-​il tunnellata deheb minn Ofir. Ir-​rakkont jgħid li “d-​deheb li kien jasal għand Salamun f’sena waħda kien jiżen sitt mija u sitta u sittin talent deheb,” jew iktar minn 22 tunnellata. (1Sl 9:14, 28; 10:10, 14) Nistgħu nemmnuh dan? Fil-​qedem, kemm kienu kbar ir-​riservi tad-​deheb tas-​slaten?

Skrizzjoni tal-​qedem, li l-​iskulari jaqblu li hi taʼ min joqgħod fuqha, tgħid li l-​Fargħun Thutmose III tal-​Eġittu (fit-​tieni millennju qabel Kristu (QK)) ippreżenta 12-​il tunnellata deheb lit-​tempju taʼ Amun-​Ra f’Karnak. Matul it-​tmien seklu QK, is-​sultan Assirjan Tiglat-​pileser III irċieva iktar minn erbaʼ tunnellati deheb minn Tir, u Sargon II ta l-​istess ammont taʼ deheb bħala rigal lill-​allat taʼ Babilonja. Jintqal li s-​Sultan Filippu II tal-​Maċedonja (359-​336 QK) kien jieħu iktar minn 25 tunnellata deheb kull sena mill-​minjieri taʼ Pangaeum fi Traċja.

Meta iben Filippu, Alessandru l-​Kbir, (336-​323 QK) rebaħ il-​belt Persjana taʼ Susa, jintqal li kien ħa xi 1,070 tunnellata deheb minn hemm u kważi 6,000 tunnellata mill-​Persja kollha. Allura, meta nqabblu d-​deskrizzjoni tal-​Bibbja tad-​deheb tas-​Sultan Salamun maʼ dawn ir-​rapporti, din mhix esaġerata.

26 TAʼ SETTEMBRU–2 T’OTTUBRU

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | 1 SLATEN 15-​16

“Asa Aġixxa bil-​Kuraġġ—Tagħmel Hekk Int?”

it-​1 184-​185

Asa

Minkejja n-​nuqqas t’għerf u dehen spiritwali li kultant wera Asa, il-​kwalitajiet tajbin tiegħu u li qagħad ’il bogħod mill-​apostasija milli jidher kienu iktar mill-​iżbalji tiegħu, u hu meqjus bħala wieħed mis-​slaten leali tal-​linja taʼ Ġuda. (2Kr 15:17) Ir-​renju t’Asa, li dam 41 sena, kien fl-​istess żmien tar-​renju taʼ tmien slaten t’Iżrael: Ġerobogħam, Nadab, Bagħsa, Elah, Żimri, Għomri, Tibni (li mexxa parti minn Iżrael f’oppożizzjoni m’Għomri), u Aħab. (1Sl 15:9, 25, 33; 16:8, 15, 16, 21, 23, 29) Wara l-​mewt t’Asa, ibnu Ġeħosafat sar sultan.—1Sl 15:24.

17-​23 T’OTTUBRU

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | 1 SLATEN 21-​22

“Imita l-​Mod Kif Ġeħova Juża l-​Awtorità Tiegħu”

it-​2 21

Ġeħova tal-​Armati

Meta Ġożwè ra anġlu ħdejn Ġeriko u saqsieh jekk kienx man-​naħa t’Iżrael jew mal-​għedewwa, ir-​risposta kienet, “Le, imma jien—bħala prinċep taʼ l-​armata taʼ Ġeħova ġejt issa.” (Ġoż 5:13-​15) Il-​profeta Mikaja qal lis-​Slaten Aħab u Ġeħosafat, “Li qed nara żgur hu lil Ġeħova bil-​qiegħda fuq it-​tron tiegħu u l-​armata kollha tas-​smewwiet wieqfa ħdejh, fuq il-​lemin u fuq ix-​xellug tiegħu,” li b’mod ċar jirreferu għall-​ulied spirti taʼ Ġeħova. (1Sl 22:19-​21) L-​użu tal-​plural fl-​espressjoni “Ġeħova taʼ l-​armati” huwa xieraq, l-​istess bħalma l-​forzi anġeliċi huma deskritti mhux biss f’diviżjonijiet taʼ kerubini, serafini, u anġli (Is 6:2, 3; Ġen 3:24; Ri 5:11) imma wkoll bħala li jifformaw gruppi organizzati biex Ġesù Kristu setaʼ jgħid li għandu “iktar minn tnax-​il leġjun t’anġli” disponibbli. (Mt 26:53) Fit-​talba għall-​għajnuna lil Ġeħova, Ħeżekija sejjaħlu “Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, li qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini,” u milli jidher tirreferi għall-​arka tal-​patt u l-​kerubini fuq l-​għatu tagħha, li jissimbolizzaw it-​tron tas-​sema taʼ Ġeħova. (Is 37:16; qabbel 1Sa 4:4; 2Sa 6:2.) Il-​qaddej t’Eliżew, li kien qed jibżaʼ, kien aċċertat b’viżjoni mirakoluża li fiha ra l-​muntanji madwar il-​belt assedjata taʼ fejn kien qed joqgħod Eliżew. Dawn il-​muntanji kienu “mimlijin żwiemel u karrijiet tal-​gwerra tan-​nar.”—2Sl 6:15-​17.

it-​2 245

Gidba

Alla Ġeħova “jħalli l-​iżball jaħdem” fuq persuni li jippreferu kliem mhux veru “sabiex jaslu li jemmnu l-​gidba” minflok l-​aħbar tajba dwar Ġesù Kristu. (2Te 2:9-​12) Dan il-​prinċipju jidher minn dak li ġara sekli qabel fil-​każ tas-​Sultan Aħab taʼ Iżrael. Profeti li kienu qed jigdbu aċċertaw lil Aħab li kien se jirnexxi fil-​gwerra kontra Ramot-​gilegħad, filwaqt li profeta taʼ Ġeħova, Mikaja, bassar diżastru. Bħalma ġie rivelat f’viżjoni lil Mikaja, Ġeħova ppermetta li anġlu jsir “spirtu qarrieq” f’fomm il-​profeti t’Aħab. Dan ifisser li l-​anġlu uża l-​qawwa tiegħu fuqhom sabiex minflok jitkellmu l-​verità, jgħidu dak li riedu huma u dak li Aħab xtaq li jismaʼ. Minkejja li kien imwissi minn qabel, Aħab ipprefera jiġi mqarraq bil-​gideb tagħhom u minħabba f’hekk ħallas b’ħajtu.—1Sl 22:1-​38; 2Kr 18.

31 T’OTTUBRU–6 TAʼ NOVEMBRU

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | 2 SLATEN 3-​4

Ġawhar Spiritwali

it-​2 697 ¶2

Profeta

Ktieb tal-​grammatika Ebrajka jispjega li l-​kelma Ebrajka ben (it-​tifel taʼ) jew benehʹ (l-​ulied subien taʼ) tistaʼ tfisser membru taʼ soċjetà, tribù, jew klassi. (Qabbel Ne 3:8, fejn “wieħed minn dawk li jħalltu l-​ingwenti” letteralment huwa “iben taʼ wieħed minn dawk li jħalltu l-​ingwenti.”) “Ulied il-​profeti” jistgħu jkunu għalliema għal dawk imsejħin għal dan ix-​xogħol jew sempliċiment grupp taʼ profeti. Gruppi profetiċi bħal dawn jissemmew bħala li qegħdin f’Betel, Ġeriko, u Gilgal. (2Sl 2:3, 5; 4:38; qabbel l-​1Sa 10:5, 10.) Samwel kien fuq grupp f’Rama (1Sa 19:19, 20), u Eliżew jidher li kellu l-​istess pożizzjoni fi żmienu. (2Sl 4:38; 6:1-​3; qabbel l-​1Sl 18:13.) Ir-​rakkont jgħid li bnew il-​post taʼ fejn kienu joqogħdu u li użaw għodda mislufa, li turi li kienu jgħixu b’mod sempliċi. Għalkemm spiss kienu jaqsmu l-​post fejn jgħixu u l-​ikel tagħhom flimkien, jistaʼ jkun li rċivew inkarigi individwali biex jagħmlu xogħol profetiku.—1Sl 20:35-​42; 2Sl 4:1, 2, 39; 6:1-​7; 9:1, 2.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja