LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 1/15 pp. 15-20
  • Jehovah Hu Kbir fl-Imħabba Leali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah Hu Kbir fl-Imħabba Leali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Nidentifikaw lil Uħud Leali t’Alla
  • Nibbenefikaw mis-​Sovranità taʼ Jehovah
  • Ikel Sodisfaċenti f’Waqtu
  • Żmien biex Tersaq Eqreb Lejn Jehovah
  • L-Imħabba Leali taʼ Ġeħova Xi Tfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Bierek lill-Isem Qaddis taʼ Jehovah!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Jehovah Jixraqlu Tifħir Etern
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Tgħallem mill-qaddejja leali taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 1/15 pp. 15-20

Jehovah Hu Kbir fl-​Imħabba Leali

“Jehovah hu . . . kbir fil-​qalb tajba bl-​imħabba.”—SALM 145:8, NW.

1. L-​imħabba t’Alla kemm hi kbira?

“ALLA hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Din l-​espressjoni li tqanqal il-​qalb turi li l-​mod kif jaħkem Jehovah hu bbażat fuq l-​imħabba. Anki bnedmin li lanqas biss jobduh jibbenefikaw mix-​xemx u x-​xita li hu jipprovdi bi mħabba kbira! (Mattew 5:44, 45) Peress li Alla għandu tant imħabba għad-​dinja tal-​bnedmin, saħansitra l-​għedewwa tiegħu jistgħu jindmu, iduru lejh, u jiksbu l-​ħajja taʼ dejjem. (Ġwanni 3:16) Madankollu, Jehovah dalwaqt se jeqred lill-​ħżiena li ma jridux ibiddlu ħajjithom sabiex dawk il-​bnedmin li jħobbuh jistgħu jgawdu ħajja taʼ dejjem f’dinja ġdida mimlija ġustizzja.—Salm 37:9-11, 29; 2 Pietru 3:13.

2. Jehovah liema aspett speċjali taʼ l-​imħabba juri lil dawk li huma f’relazzjoni dedikata miegħu?

2 Jehovah juri mħabba għall-​aduraturi veri tiegħu b’mod prezzjuż u permanenti. Imħabba bħal din hija deskritta b’kelma Ebrajka li hi tradotta “qalb tajba bl-​imħabba,” jew “imħabba leali.” Is-​Sultan David taʼ Iżrael tal-​qedem wera apprezzament kbir lejn il-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla. Minħabba l-​esperjenza persunali tiegħu u l-​fatt li mmedita fuq il-​mod kif Alla mexa m’oħrajn, David setaʼ jgħanni b’fiduċja sħiħa: “Jehovah hu . . . kbir fil-​qalb tajba bl-​imħabba [jew, “imħabba leali”].”—Salm 145: 8, NW.

Nidentifikaw lil Uħud Leali t’Alla

3, 4. (a) Salm 145 kif jgħinna nidentifikaw l-​uħud leali taʼ Jehovah? (b) Dawn l-​uħud leali t’Alla kif ‘ibirkuh’?

3 Dwar Alla Jehovah, Anna, omm il-​profeta Samwel, qalet: “Hu jħares il-​passi [“taʼ l-​uħud leali,” NW] tiegħu.” (1 Samwel 2:9) Min huma dawn “l-​uħud leali”? Is-​Sultan David jagħtina r-​risposta. Wara li jfaħħar bil-​kbir il-​kwalitajiet meraviljużi taʼ Jehovah, hu jistqarr: “Iberkuk [“l-​uħud leali,” NW] tiegħek.” (Salm 145:10) Forsi tistaqsi bejnek u bejn ruħek kif jistaʼ jkun li l-​bnedmin ibierku lil Alla. Dan jagħmluh primarjament billi jgħollu ismu u jfaħħruh bi kliemhom.

4 L-​uħud leali taʼ Jehovah jistgħu jiġu identifikati bħala dawk li jużaw fommhom biex ifaħħruh bi kliemhom. X’inhi t-​tema komuni tad-​diskussjonijiet tagħhom f’okkażjonijiet soċjali u fil-​laqgħat Kristjani? M’hemmx dubju, is-​Saltna taʼ Jehovah! Il-​qaddejja leali t’Alla jħossuhom l-​istess bħalma ħassu David, li għanna: “Is-​sebħ tas-​saltna tiegħek [taʼ Jehovah] ixandru, fuq is-​setgħa tiegħek jitkellmu.”—Salm 145:11.

5. Kif nafu li Jehovah jismaʼ t-​tifħir taʼ l-​uħud leali tiegħu?

5 Jisimgħu Jehovah it-​tifħir taʼ l-​uħud leali tiegħu? Iva, hu joqgħod attent għal dak li jgħidu. Fi profezija li tapplika għall-​qima vera fi żmienna, Malakija kiteb: “Hekk qalu wieħed lil ieħor dawk li jibżgħu mill-​Mulej; u l-​Mulej ta widen u samaʼ; u nkiteb quddiemu ktieb it-​tifkiriet minħabba f’dawk li jibżgħu minnu u dawk li jafdaw f’Ismu.” (Malakija 3:16) Jehovah verament jieħu gost meta dawk li huma leali lejh ifaħħruh, u hu jiftakarhom.

6. Liema attività tgħinna nagħrfu min huma l-​uħud leali t’Alla?

6 Il-​qaddejja leali taʼ Jehovah jistgħu jiġu identifikati wkoll mill-​kuraġġ li juru u l-​inizjattiva li jieħdu biex ikellmu lin-​nies li m’humiex aduraturi t’Alla veru. Tabilħaqq, l-​uħud leali t’Alla ‘jgħarrfu lill-​bnedmin [“l-​atti setgħana,” NW] tiegħu u s-​sebħ u l-​ġmiel tas-​saltna tiegħu.’ (Salm 145:12) Tfittex int opportunitajiet u tieħu vantaġġ minnhom kollha biex tkellem lin-​nies li ma tafhomx dwar is-​saltna taʼ Jehovah? Kuntrarju għall-​gvernijiet tal-​bniedem, li dalwaqt se jispiċċaw fix-​xejn, is-​saltna tiegħu hi għal dejjem. (1 Timotju 1:17) Huwa urġenti li n-​nies isiru jafu dwar is-​saltna eterna taʼ Jehovah u jieħdu l-​waqfa tagħhom u jappoġġawha. David għanna: “Saltnatek hi saltna għaż-​żminijiet kollha, minn nisel għal nisel il-​ħakma tiegħek.”—Salm 145:13.

7, 8. X’ġara fl-​1914, u xi prova hemm li Alla issa qed isaltan permezz tas-​Saltna taʼ Ibnu?

7 Mill-​1914 ’l hawn, jerġaʼ kien hawn raġuni oħra għala għandna nitkellmu dwar is-​saltna taʼ Jehovah. F’dik is-​sena, Alla stabbilixxa s-​Saltna Messjanika fis-​sema b’Ġesù Kristu, Bin David, bħala Sultan. Jehovah b’hekk wettaq il-​wegħda tiegħu li s-​saltna taʼ David kellha tiġi stabbilita fis-​sod għal dejjem.—2 Samwel 7:12, 13; Luqa 1:32, 33.

8 It-​twettiq li qed naraw issa tas-​sinjal tal-​preżenza taʼ Ġesù huwa prova li Jehovah issa qed isaltan permezz tas-​Saltna taʼ Ibnu, Ġesù Kristu. L-​iktar fattur li jispikka taʼ dak is-​sinjal hu x-​xogħol li Ġesù bassar li kellhom jagħmlu l-​uħud leali kollha t’Alla. Hu qal: “Dan l-​Evanġelju tas-​Saltna jixxandar fid-​dinja kollha, biex il-​ġnus kollha jkollhom xhieda. Mbagħad jiġi t-​tmiem.” (Mattew 24:3-14) Peress li l-​uħud leali t’Alla qed iwettqu b’żelu kbir din il-​profezija, issa hawn iktar minn sitt miljuni—irġiel, nisa, u tfal—li qed jieħdu sehem f’dan ix-​xogħol grandjuż u uniku. Dalwaqt se jiġi t-​tmiem għal dawk kollha li jiħduha kontra s-​Saltna taʼ Jehovah.—Apokalissi 11:15, 18.

Nibbenefikaw mis-​Sovranità taʼ Jehovah

9, 10. X’kuntrast hemm bejn Jehovah u l-​ħakkiema umani?

9 Jekk aħna Kristjani dedikati, ir-​relazzjoni tagħna mal-​Mulej Sovran Jehovah iġġibilna ħafna benefiċċji. (Salm 71:5; 116:12) Per eżempju, minħabba l-​fatt li għandna l-​biżaʼ t’Alla u nagħmlu s-​sewwa, aħna ngawdu l-​approvazzjoni tiegħu u nkunu qrib tiegħu spiritwalment. (Atti 10:34, 35; Ġakbu 4:8) B’kuntrast, il-​ħakkiema umani spiss jidhru fil-​kumpanija taʼ nies prominenti, nies bħal mexxejja militari, negozjanti għonja, jew ċelebritajiet fil-​qasam tad-​divertiment jew l-​isports. Skond il-​gazzetta Afrikana Sowetan, uffiċjal governattiv prominenti qal dan li ġej dwar l-​inħawi fejn hemm ħafna faqar f’pajjiżu: “Nistaʼ nifhem għala ħafna minna ma jridux imorru fi nħawi bħal dawn. Dan hu sempliċement għax nixtiequ ninsew li jeżistu sitwazzjonijiet bħal dawn. Il-​kuxjenza tniggiżna u nħossuna imbarazzati minħabba l-​[karozzi] lussużi li għandna.”

10 M’għandniex xi ngħidu, xi ħakkiema umani jħossuhom inkwetati sinċerament minħabba l-​benesseri tas-​sudditi tagħhom. Imma saħansitra l-​iktar wieħed b’intenzjonijiet nobbli fosthom ma jafhomx sew lis-​sudditi tiegħu. Tabilħaqq, nistgħu nistaqsu: Hemm xi ħakkiem li tant jieħu ħsieb is-​sudditi kollha tiegħu, li meta jiġrilhom xi ħaġa jmur minnufih biex jgħinhom? Iva, hemm. David kiteb: “Iwieżen il-​Mulej ’il kull min se jaqaʼ, iqajjem ’il kull min hu mitluq.”—Salm 145:14.

11. Liema provi jiġu fuq l-​uħud leali t’Alla, u x’għajnuna għandhom?

11 L-​uħud leali t’Alla Jehovah jgħaddu minn ħafna provi u traġedji minħabba l-​imperfezzjoni tagħhom stess u minħabba li qed jgħixu f’dinja li qiegħda taħt il-​qawwa taʼ Satana, “il-​Ħażin.” (1 Ġwanni 5:19; Salm 34:20 [34:19, NW]) Il-​Kristjani jġarrbu persekuzzjoni. Xi wħud ibatu minn mard kroniku jew minħabba li jmutilhom xi ħadd. Kultant, l-​iżbalji taʼ l-​uħud leali taʼ Jehovah iġagħluhom iħossuhom ‘mitluqin’ minħabba l-​iskuraġġiment. Madankollu, minkejja l-​provi li jiġu fuqhom, Jehovah dejjem ikun lest biex ifarraġ u jsaħħaħ spiritwalment lil kull wieħed u waħda minnhom. Is-​Sultan Ġesù Kristu juri l-​istess interess u mħabba lejn is-​sudditi leali tiegħu.—Salm 72:12-14.

Ikel Sodisfaċenti f’Waqtu

12, 13. Jehovah sa liema punt jipprovdi l-​ħtiġijiet taʼ “kulħadd”?

12 Peress li l-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Jehovah hi tant kbira, hu jipprovdi għall-​ħtiġijiet kollha tal-​qaddejja tiegħu. Dan jinkludi li jipprovdilhom ikel sustanzjuż. Is-​Sultan David kiteb: “Għajnejn kulħadd iħarsu lejk, Mulej [Jehovah], u inti tagħtihom l-​ikel f’waqtu. Int tiftaħ idek, u xxabbaʼ ’l kulħadd bil-​ġid.” (Salm 145:15, 16) Saħansitra fi żmien l-​inkwiet, Jehovah jistaʼ jirranġa l-​affarijiet b’tali mod li l-​uħud leali tiegħu jkollhom il-​‘ħobża taʼ kuljum.’—Luqa 11:3; 12:29, 30.

13 David semma li “kulħadd” se jixbaʼ. Dan jinkludi l-​annimali. Kieku ma kienx għall-​abbundanza taʼ ħxejjex u siġar fuq l-​art, u l-​pjanti fil-​baħar, il-​ħlejjaq li jgħixu fl-​ilma, l-​għasafar, u l-​annimali li jgħixu fuq l-​art, la kien ikollhom ossiġnu biex jieħdu n-​nifs u lanqas ikel x’jieklu. (Salm 104:14) Madankollu, Jehovah jara li l-​ħtiġijiet kollha tagħhom jiġu sodisfati.

14, 15. L-​ikel spiritwali kif qiegħed jiġi provdut illum?

14 Il-​bnedmin, kontra taʼ l-​annimali, għandhom il-​bżonn spiritwali. (Mattew 5:3, NW) Kemm jissodisfahom b’mod meraviljuż Jehovah il-​bżonnijiet spiritwali taʼ l-​uħud leali tiegħu! Qabel ma miet, Ġesù wiegħed lis-​segwaċi tiegħu li “l-​ilsir leali u diskret” kellu jipprovdilhom ‘l-​ikel fiż-​żmien xieraq.’ (Mattew 24:45, NW) Il-​fdal tal-​144,000 midlukin jifformaw din il-​klassi taʼ l-​ilsir illum. Permezz tagħhom, Jehovah verament ipprovda ikel spiritwali bl-​abbundanza.

15 Per eżempju, il-​biċċa l-​kbira min-​nies taʼ Jehovah issa qed jibbenefikaw minn traduzzjoni ġdida u eżatta tal-​Bibbja bil-​lingwa tagħhom stess. X’barka meraviljuża kienet in-​New World Translation of the Holy Scriptures! Iktar minn hekk, qed ikomplu jiġu pubblikati miljuni t’għajnuniet oħra għall-​istudju tal-​Bibbja b’iktar minn 300 lingwa. Dan l-​ikel spiritwali kollu kien u għadu barka għall-​aduraturi veri madwar id-​dinja. Min jixraqlu jieħu l-​kredtu għal dan kollu? Alla Jehovah. Bil-​qalb tajba bl-​imħabba kbira tiegħu, hu għamilha possibbli li l-​klassi taʼ l-​ilsir tipprovdi “l-​ikel f’waqtu.” Permezz taʼ provvedimenti bħal dawn, ‘kulħadd qed jiġi mxebbaʼ bil-​ġid’ fil-​ġenna spiritwali preżenti. U kemm jifirħu l-​qaddejja taʼ Jehovah bit-​tama li dalwaqt se jaraw l-​art mibdula f’ġenna letterali!—Luqa 23:42, 43.

16, 17. (a) Liema eżempji għandna dwar kif l-​ikel spiritwali wasal fil-​waqt? (b) Salm 145 kif jesprimi s-​sentimenti taʼ l-​uħud leali t’Alla rigward il-​kwistjoni primarja li qajjem Satana?

16 Ikkunsidra eżempju li jispikka taʼ ikel spiritwali li ngħata f’waqtu. Matul l-​1939, bdiet it-​Tieni Gwerra Dinjija fl-​Ewropa. F’dik l-​istess sena, il-​ħarġa taʼ l-​1 taʼ Novembru taʼ The Watchtower kien fiha artiklu bit-​titlu “Neutrality” (In-Newtralità). Minħabba l-​informazzjoni ċara li ngħatat, ix-​Xhieda taʼ Jehovah madwar id-​dinja raw il-​bżonn li jżommu newtralità stretta fl-​attivitajiet tal-​ġnus involuti fil-​gwerra. Dan ġab fuqhom il-​korla tal-​gvernijiet fuq iż-​żewġ naħat tal-​gwerra li damet sejra sitt snin. Madankollu, minkejja l-​projbizzjoni u l-​persekuzzjoni li sofrew, l-​uħud leali t’Alla baqgħu jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna. Mill-​1939 sa l-​1946, huma ġew imberkin bi żjieda taʼ l-​għaġeb taʼ 157 fil-​mija. Iktar minn hekk, l-​integrità tagħhom matul il-​gwerra tant spikkat li permezz tagħha sa llum in-​nies jagħrfu liema hi r-​reliġjon vera.—Isaija 2:2-4.

17 L-​ikel spiritwali li jipprovdi Jehovah mhux biss hu fil-​waqt imma wkoll sodisfaċenti ferm. Filwaqt li l-​ġnus kienu mitlufin jiġġieldu matul it-​Tieni Gwerra Dinjija, in-​nies taʼ Jehovah ġew megħjunin biex jiffokaw fuq xi ħaġa bil-​wisq iktar importanti milli jsalvaw l-​istess ħajja tagħhom. Jehovah għenhom jifhmu li l-​kwistjoni primarja li tinvolvi l-​univers kollu għandha x’taqsam mad-​dritt tas-​sovranità taʼ Jehovah. X’sodisfazzjon għax-​Xhieda taʼ Jehovah li jkunu jafu li permezz tal-​lealtà tagħhom, kull wieħed u waħda minnhom kellhom sehem żgħir fl-​ivvindikar tas-​sovranità taʼ Jehovah u setgħu juru li x-​Xitan hu giddieb! (Proverbji 27:11) Għall-​kuntrarju taʼ Satana, li jikkalunnja lil Jehovah u l-​mod kif jaħkem, l-​uħud leali taʼ Jehovah ikomplu jiddikjaraw pubblikament: “Ġust il-​Mulej . . . f’dak kollu li għamel.”—Salm 145:17.

18. Liema eżempju reċenti hemm taʼ ikel spiritwali li hu kemm f’waqtu u kemm sodisfaċenti ferm?

18 Eżempju ieħor taʼ ikel spiritwali sodisfaċenti u f’waqtu hu l-​ktieb Draw Close to Jehovah (Ersaq Qrib Lejn Jehovah), li ħareġ fil-​mijiet taʼ konvenzjonijiet distrettwali “Proklamaturi Żelużi tas-​Saltna” li nżammu madwar id-​dinja fl-​2002/03. Dan il-​ktieb, maħruġ mill-​“ilsir leali u diskret” u pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah, jiffoka fuq il-​kwalitajiet meraviljużi t’Alla, inkluż dawk imsemmijin f’Salm 145. Dan il-​ktieb eċċellenti żgur li se jkollu parti importanti biex jgħin lill-​uħud leali t’Alla jersqu dejjem eqreb lejh.

Żmien biex Tersaq Eqreb Lejn Jehovah

19. Liema żmien kruċjali qed joqrob u kif nistgħu nkampaw miegħu?

19 Żmien kruċjali sabiex tiġi setiljata l-​kwistjoni tas-​sovranità taʼ Jehovah jinsab fil-​qrib. Bħalma ġie mbassar f’Eżekjel kapitlu 38, Satana dalwaqt se jwettaq għalkollox l-​irwol tiegħu bħala ‘Gog taʼ l-​art taʼ Magog.’ Dan se jkun jinvolvi attakk fuq in-​nies taʼ Jehovah mad-​dinja kollha. Dan se jkun l-​akbar u l-​eħrex attentat min-​naħa taʼ Satana biex ikisser l-​integrità taʼ l-​uħud leali t’Alla. L-​aduraturi taʼ Jehovah, bħal qatt qabel, se jkollhom bżonn isejħulu bis-​serjetà, saħansitra jitolbuh bil-​ħerqa biex jgħinhom. Se jkunu għalxejn il-​biżaʼ riverenzjali tagħhom minn Alla u l-​imħabba tagħhom lejh? Dażgur li le, għax Salm 145 jgħid: “Qrib il-​Mulej lejn kull min isejjaħlu, lejn kull min isejjaħlu fis-​sewwa. Jaqtgħalhom xewqithom ’il dawk li jibżgħu minnu, jismaʼ l-​għajta tagħhom, u jsalvahom. Iħares il-​Mulej lil ħbiebu kollha, imma lill-​ħżiena jeqridhom.”—Salm 145:18-20.

20. Il-​kliem taʼ Salm 145:18-20 kif se jseħħ fil-​futur qarib?

20 Kemm se jkun eċċitanti li nħossu lil Jehovah qrib tagħna kif ukoll li naraw il-​qawwa li ssalva tiegħu meta hu jeqred lill-​ħżiena kollha! F’dan iż-​żmien kruċjali, li issa hu tant qrib, Jehovah se jismaʼ biss lil “kull min isejjaħlu fis-​sewwa.” Hu ċertament li mhux se jismaʼ lill-​ipokriti. Il-​Kelma t’Alla turi b’mod ċar li, bħalma dejjem ġara, se jkun għalxejn li l-​ħżiena jużaw ismu fl-​aħħar minuta.—Proverbji 1:28, 29; Mikea 3:4; Luqa 13:24, 25.

21. L-​uħud leali taʼ Jehovah kif juru li hi l-​għaxqa tagħhom li jużaw l-​isem divin?

21 Issa iktar minn qatt qabel huwa ż-​żmien għal dawk li jibżgħu minn Jehovah biex ‘isejħulu fis-​sewwa.’ L-​uħud leali tiegħu jitgħaxxqu jużaw ismu fit-​talb u fil-​kummenti li jagħmlu fil-​laqgħat tagħhom. Huma jużaw l-​isem divin f’diskursati privati. U huma bil-​kuraġġ kollu jiddikjaraw isem Jehovah fil-​ministeru pubbliku tagħhom.—Rumani 10:10, 13-15.

22. Għala huwa vitali li nkomplu nirreżistu l-​attitudnijiet u x-​xewqat tad-​dinja?

22 Biex inkomplu nibbenefikaw mir-​relazzjoni intima tagħna m’Alla Jehovah, huwa vitali wkoll li nkomplu nirreżistu affarijiet li huma taʼ periklu spiritwalment bħalma huma l-​materjaliżmu, id-​divertiment oġġezzjonabbli, l-​indifferenza lejn dawk fil-​bżonn, u t-​tendenza li ma naħfrux lil oħrajn. (1 Ġwanni 2:15-17; 3:15-17) Jekk ma nirranġawhomx, dawn it-​tendenzi u l-​ġiri wara affarijiet bħal dawn jistgħu jwassluna biex nipprattikaw xi dnub serju, u b’hekk nitilfu l-​approvazzjoni taʼ Jehovah. (1 Ġwanni 2:1, 2; 3:6) Huwa għaqli li nżommu f’moħħna li Jehovah se jkompli juri qalb tajba bl-​imħabba, jew imħabba leali, magħna basta aħna nibqgħu leali lejh.—2 Samwel 22:26.

23. Liema futur grandjuż hemm jistenna lill-​uħud leali kollha t’Alla?

23 Għalhekk, ejja nżommu moħħna ffokat fuq il-​futur grandjuż li hemm jistenna lill-​uħud leali kollha taʼ Jehovah. Jekk nagħmlu hekk, ikollna l-​prospett meraviljuż li nkunu inklużi fost dawk li se jkabbru, ibierku, u jfaħħru lil Jehovah “kuljum,” u saħansitra “għal dejjem taʼ dejjem.” (Salm 145:1, 2) Mela, jalla ‘nżommu rwieħna fl-​imħabba taʼ Alla, waqt li nistennew il-​ħajja taʼ dejjem.’ (Ġuda 20, 21) Hekk kif inkomplu nibbenefikaw mill-​kwalitajiet meraviljużi taʼ Missierna tas-​sema, inkluż il-​qalb tajba bl-​imħabba kbira li hu juri lejn dawk li jħobbuh, jalla s-​sentimenti tagħna jkunu dejjem bħal dawk li David esprima fl-​aħħar kliem taʼ Salm 145: “Tifħir il-​Mulej ixandar fommi; u jbierek kulħadd l-​isem qaddis tiegħu għal dejjem taʼ dejjem!”

Int Kif Twieġeb?

• Salm 145 kif jgħinna nidentifikaw lill-​uħud leali t’Alla?

• Jehovah kif ‘ixabbaʼ ’l kulħadd bil-​ġid’?

• Għala hemm bżonn li nersqu eqreb lejn Jehovah?

[Stampa f’paġna 16]

L-​uħud leali t’Alla jitgħaxxqu jiddiskutu l-​atti setgħana tiegħu

[Stampa f’paġna 17]

Il-​qaddejja taʼ Jehovah bil-​kuraġġ kollu jgħinu lin-​nies li ma jafuhomx biex isiru jafu dwar il-​glorja taʼ saltnatu

[Stampi f’paġna 18]

Jehovah jipprovdi l-​ikel għal “kulħadd”

[Sors]

Annimali: Parque de la Naturaleza de Cabárceno

[Stampa f’paġna 19]

Jehovah jagħti l-​qawwa u l-​gwida lill-​uħud leali tiegħu, li jfittxu l-​għajnuna tiegħu permezz tat-​talb

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja