LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 5/1 p. 23
  • ‘Se Ndur Madwar l-Artal Tiegħek, Mulej’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Se Ndur Madwar l-Artal Tiegħek, Mulej’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 5/1 p. 23

‘Se Ndur Madwar l-​Artal Tiegħek, Mulej’

‘SE NAĦSEL fis-​safa idejja, u se ndur madwar l-​artal tiegħek, Mulej.’ (Salm 26:6) B’dan il-​kliem, is-​Sultan David tal-​qedem għamel magħruf id-​devozzjoni li kellu lejn Jehovah. Iżda, għala kien se ‘jdur madwar’ l-​artal taʼ Jehovah, u f’liema sens?

Għal David, iċ-​ċentru tal-​qima taʼ Jehovah kien it-​tabernaklu bl-​artal tas-​sagrifiċċju miksi bir-​ram, li matul ir-​renju tiegħu kien jinsab f’Gibgħon, fit-​tramuntana taʼ Ġerusalemm. (1 Slaten 3:4) L-​artal kien fih biss madwar 2.2 metri kwadri, ferm iżgħar mill-​artal grandjuż li kien se jinbena fil-​bitħa tat-​tempju taʼ Salamun.a Xorta waħda, David kien isib l-​għaxqa tiegħu fit-​tabernaklu bl-​artal li kien hemm fih, li kien iċ-​ċentru tal-​qima pura f’Iżrael.—Salm 26:8.

Fuq l-​artal kienu jsiru offerti maħruqa, sagrifiċċji tal-​komunjoni, u offerti tal-​ħtija, u kull sena f’Jum l-​Espjazzjoni kienu jiġu offruti sagrifiċċji għan-​nom tal-​poplu kollu. L-​artal u s-​sagrifiċċji li kienu jsiru fuqu għandhom tifsir għall-​Kristjani llum. L-​appostlu Pawlu spjega li l-​artal kien jirrappreżenta r-​rieda t’Alla, u fi qbil maʼ din ir-​rieda Hu aċċetta sagrifiċċju xieraq għall-​fidwa taʼ l-​umanità. Pawlu qal: “Bis-​saħħa taʼ din ir-​rieda aħna konna mqaddsin, permezz taʼ l-​offerta tal-​ġisem taʼ Ġesù Kristu magħmula darba għal dejjem.”—Lhud 10:​5-10.

Sabiex ikunu ndaf, qabel ma jagħmlu xi xogħol f’konnessjoni maʼ l-​artal, il-​qassisin kellhom id-​drawwa li jaħslu idejhom bl-​ilma. Għalhekk, kien xieraq li s-​Sultan David jaħsel idejh “fis-​safa” qabel ma ‘jdur madwar l-​artal.’ Hu aġixxa b’integrità tal-​qalb, u kien rett. (1 Slaten 9:4) Kieku ma ħasilx idejh b’dan il-​mod, il-​qima tiegħu—li ‘jdur madwar l-​artal’— ma kinitx tkun aċċettabbli. M’għandniex xi ngħidu, David ma kienx Levita u ma kellux il-​privileġġ li jwettaq is-​servizz taʼ qassis fuq l-​artal. Għalkemm kien sultan, lanqas saħansitra fil-​bitħa tat-​tabernaklu ma setaʼ jidħol. Xorta waħda, bħala Iżraeli leali, hu kien jobdi l-​Liġi taʼ Mosè u kien iġib regolarment l-​offerti tiegħu biex jippreżentahom fuq l-​artal. Hu kien idur madwar l-​artal fis-​sens li l-​qima pura għamilha l-​iktar ħaġa importanti f’ħajtu.

Nistgħu aħna llum nimxu fuq l-​eżempju taʼ David? Iva. Aħna wkoll nistgħu naħslu idejna fis-​safa u nduru madwar l-​artal t’Alla jekk neżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù u, ‘b’idejna ndaf u b’qalbna safja,’ naqdu lil Jehovah b’qalb sħiħa.—Salm 24:4.

[Nota taʼ taħt]

a Id-daqs taʼ dak l-​artal kien madwar 9 metri kwadri.

[Stampa f’paġna 23]

L-​artal kien jagħti stampa tar-​rieda taʼ Jehovah, u fi qbil maʼ din ir-​rieda hu jaċċetta sagrifiċċju xieraq għall-​fidwa taʼ l-​umanità

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja