LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 6/15 pp. 14-18
  • Nistgħu nibqgħu safjin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nistgħu nibqgħu safjin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “ERSAQ QRIB LEJN ALLA”
  • “QISU LI TAGĦMLU L-​KELMA”
  • ‘SEJJAĦ GĦANDEK LILL-​ANZJANI’
  • KUN DETERMINAT LI TIBQAʼ SAFI!
  • Aħrab mill-immoralità sesswali!
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • “Aħarbu miż-Żína”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Il-Ġlieda Biex Tagħmel Dak Li Huwa Sewwa
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar is-Sess?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 6/15 pp. 14-18
Żewġ koppji miżżewġin qed jieklu f’restorant

Nistgħu nibqgħu safjin

“Naddfu idejkom, . . . u saffu qlubkom.”—ĠAKBU 4:8.

IL-VERSI LI ĠEJJIN KIF JGĦINUNA NIBQGĦU SAFJIN?

  • Ġakbu 1:14, 15

  • Ġakbu 4:8

  • Ġakbu 5:13-15

1. Ħafna nies x’jaħsbu li hu normali?

AĦNA ngħixu f’dinja li hi immorali għall-​aħħar. Pereżempju, ħafna nies jaħsbu li hu normali li tkun omosesswali jew li tmur maʼ xi ħadd li mhuwiex is-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek fiż-​żwieġ. Il-​films, il-​kotba, u r-​reklami huma mimlijin b’immoralità sesswali. (Salm 12:8) Imma Ġeħova jistaʼ jgħinna ngħixu b’tali mod li nogħġbuh. Nistgħu nkunu safjin, jew nodfa, f’dinja li hi immorali għall-​aħħar.—Aqra l-​1 Tessalonikin 4:3-5.

2, 3. (a) Għala rridu niċħdu x-​xewqat ħżiena? (b) X’se niddiskutu f’dan l-​artiklu?

2 Sabiex nogħġbu lil Ġeħova, irridu niċħdu dak kollu li jobgħod. Imma peress li aħna imperfetti, jistaʼ jkun li l-​immoralità tiġbidna lejha, bħalma lixka tattira lil ħuta. Jekk jibda jkollna ħsibijiet immorali, mill-​ewwel irridu niċħduhom. Jekk ma nagħmlux hekk, ix-​xewqa immorali tant se ssir b’saħħitha li meta jkollna l-​opportunità li nidinbu, hekk għandna mnejn nagħmlu. Dan hu eżattament fi qbil maʼ dak li tgħid il-​Bibbja: “Meta x-​xewqa ssir fertili, tiled id-​dnub.”—Aqra Ġakbu 1:14, 15.

3 Xewqa ħażina tistaʼ tikber ġo qalbna. Hu għalhekk li rridu noqogħdu b’sebaʼ għajnejn dwar dak li nibdew nixxennqu għalih. Jekk niċħdu x-​xewqat ħżiena, se nevitaw l-​immoralità sesswali u r-​riżultati ħżiena li ġġib magħha. (Galatin 5:16) F’dan l-​artiklu, se niddiskutu tliet affarijiet li se jgħinuna niġġieldu kontra x-​xewqat ħżiena: il-​ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova, il-​pariri mill-​Kelma tiegħu, u l-​għajnuna minn Kristjani maturi.

“ERSAQ QRIB LEJN ALLA”

4. Għala hu importanti għalina li nersqu qrib lejn Ġeħova?

4 Il-​Bibbja tgħid lil dawk li jridu ‘jersqu qrib lejn Alla’: “Naddfu idejkom” u “saffu qlubkom.” (Ġakbu 4:8) Meta Ġeħova jkun l-​aqwa Ħabib tagħna, aħna mhux biss inkunu rridu nogħġbuh bl-​azzjonijiet tagħna imma nkunu rridu nogħġbuh anki bil-​ħsibijiet tagħna. Jekk il-​ħsibijiet tagħna jkunu safjin u nodfa, mela anki qalbna tkun nadifa. (Salm 24:3, 4; 51:6; Filippin 4:8) Ġeħova jifhem li aħna imperfetti u li nistgħu nibdew naħsbu dwar affarijiet immorali. Imma peress li ma rridux insewdu qalb Ġeħova, nagħmlu kulma nistgħu biex niċħdu ħsibijiet ħżiena. (Ġenesi 6:5, 6) Aħna nagħmlu l-​almu tagħna biex inżommu ħsibijietna safjin.

5, 6. It-​talb kif jistaʼ jgħinna niġġieldu kontra x-​xewqat immorali?

5 Ġeħova se jgħinna niġġieldu kontra l-​ħsibijiet immorali meta nibqgħu nitolbu għall-​għajnuna tiegħu. Hu jagħtina l-​ispirtu qaddis tiegħu ħalli jkollna s-​saħħa biex nibqgħu safjin. Fit-​talb tagħna, nistgħu ngħidu lil Ġeħova li rridu li l-​ħsibijiet tagħna jogħġbuh. (Salm 19:14) B’umiltà nitolbuh biex jara jekk hemmx xi xewqat ħżiena f’qalbna li jistgħu jwassluna biex nidinbu. (Salm 139:23, 24) Ibqaʼ itlob lil Ġeħova biex jgħinek tiċħad l-​immoralità u tagħmel dak li hu tajjeb anke meta jkun diffiċli.—Mattew 6:13.

6 Qabel ma tgħallimna dwar Ġeħova, jistaʼ jkun li konna nieħdu pjaċir nagħmlu affarijiet li hu ma jiħux pjaċir bihom, u jistaʼ jkun li għadna qed niġġieldu kontra dawn ix-​xewqat ħżiena. Imma Ġeħova jistaʼ jgħinna ninbidlu u nagħmlu dak li jogħġbu. Pereżempju, wara li s-​Sultan David kellu relazzjonijiet sesswali maʼ Bat-​seba, hu nidem u talab bil-​ħrara lil Ġeħova biex jagħtih “qalb pura,” jew nadifa, u biex jgħinu jkun ubbidjenti. (Salm 51:10, 12) Għalhekk, jekk fil-​passat kellna xewqat immorali b’saħħithom u għadna qed niġġieldu kontrihom, Ġeħova jistaʼ jgħinna jkollna xewqa saħansitra iktar b’saħħitha biex nobduh u nagħmlu dak li hu tajjeb. Jistaʼ jgħinna wkoll nikkontrollaw il-​ħsibijiet imperfetti tagħna.—Salm 119:133.

1. Żewġ Kristjani tas-sess oppost qed jitkellmu; 2. Iż-żewġ Kristjani jibagħtu messaġġi lil xulxin waqt li l-imseħbin fiż-żwieġ tagħhom huma viċin tagħhom; 3. Hekk kif il-ħu Kristjan miżżewweġ jaqra l-Bibbja, jinduna li għandu bżonn jaqlaʼ mill-għeruq ix-xewqat mhux nodfa

Jekk xewqa ħażina tibda trabbi l-għeruq ġo qalbna, għandna niċħduha mill-ewwel (Ara paragrafu 6)

“QISU LI TAGĦMLU L-​KELMA”

7. Il-​Kelma t’Alla kif tistaʼ tgħinna niċħdu ħsibijiet immorali?

7 Ġeħova jistaʼ jwieġeb it-​talb tagħna għall-​għajnuna permezz taʼ Kelmtu, il-​Bibbja. Fiha nsibu l-​għerf t’Alla, għerf li hu safi. (Ġakbu 3:17) Meta naqraw il-​Bibbja kuljum, se nimlew moħħna bi ħsibijiet safjin. (Salm 19:7, 11; 119:9, 11) Ukoll, fil-​Bibbja hemm eżempji u twissijiet li jgħinuna niċħdu ħsibijiet u xewqat immorali.

8, 9. (a) Raġel żagħżugħ għala kellu relazzjonijiet sesswali maʼ mara immorali? (b) L-​eżempju fi Proverbji kapitlu 7, liema sitwazzjonijiet se jgħinna nevitaw?

8 Fi Proverbji 5:8, il-​Kelma t’Alla twissina biex inżommu ’l bogħod mill-​immoralità. Fi Proverbji kapitlu 7, insibu l-​istorja taʼ raġel żagħżugħ li billejl mar jimxi ħdejn id-​dar taʼ mara immorali. Il-​mara kienet fil-​kantuniera tat-​triq, “liebsa taʼ prostituta.” Resqet lejh, qabditu, bisitu, u qaltlu affarijiet li nisslu fih xewqat mhux xierqa. Iż-​żagħżugħ ħalla dawn ix-​xewqat irabbu l-​għeruq, u spiċċa kellu x’jaqsam magħha. Għalkemm ma kinitx l-​intenzjoni tiegħu li jidneb, hekk għamel. Imbagħad kellu jħallas qares, jiġifieri jbati l-​konsegwenzi. Li kieku fehem il-​periklu li kien hemm, kien iżomm ’il bogħod minnha!—Proverbji 7:6-27.

9 Bħal dak iż-​żagħżugħ, nistgħu nieħdu deċiżjonijiet mhux għaqlin għax ma nifhmux il-​periklu li jkun hemm. Pereżempju, xi stazzjonijiet tat-​televixin juru programmi immorali billejl, u għalhekk jistaʼ jkun perikoluż li toqgħod tqalleb minn stazzjon għall-​ieħor sempliċement biex tara x’hemm. Jistaʼ jkun perikoluż ukoll li tikklikkja fuq links tal-​Internet meta ma tkunx taf fejn se jiħduk. Bl-​istess mod, hu perikoluż li tidħol f’chat rooms jew Websajts li jinkludu riklami immorali u links għall-​pornografija. F’dawn is-​sitwazzjonijiet, dak li nħarsu lejh jistaʼ jġegħelna jkollna xewqat immorali, u dan jistaʼ jwassal biex ma nobdux lil Ġeħova.

10. Għala hu perikoluż li tifflertja? (Ara l-​ewwel stampa.)

10 Il-​Bibbja tgħidilna wkoll kif irġiel u nisa għandhom jittrattaw lil xulxin. (Aqra l-​1 Timotju 5:2.) Il-​Kristjani jagħtu attenzjoni romantika biss lill-​imseħbin tagħhom fiż-​żwieġ jew lil dawk li huma jixtiequ jiżżewġu. Huma ma jifflertjawx. Xi wħud forsi jaħsbu li m’hemm xejn ħażin imbilli jġibu ruħhom b’mod romantiku maʼ xi ħadd, bħal pereżempju bil-​mod kif jiċċaqalqu, bil-​ġesti, jew bil-​ħars, basta ma jmissux lil xulxin. Imma meta tnejn min-​nies jifflertjaw maʼ xulxin, jistgħu jibdew ikollhom ħsibijiet immorali, u dan jistaʼ jwassal għall-​immoralità sesswali. Dan ġieli ġara, u jistaʼ jerġaʼ jiġri.

11. X’nitgħallmu minn Ġużeppi?

11 Ġużeppi hu eżempju tajjeb għalina. Il-​mara taʼ Potifar ipprovat tħajjar lil Ġużeppi biex imur magħha. Hu m’aċċettax, imma dan ma waqqafhiex milli tipprova twaqqgħu fid-​dnub. Kuljum saqsiet lil Ġużeppi “biex ikompli magħha.” (Ġenesi 39:7, 8, 10) Studjuż tal-​Bibbja spjega li l-​mara taʼ Potifar ittamat li jekk ikunu waħedhom, Ġużeppi kien jiżviluppa xewqa għaliha. Ġużeppi kien determinat li qatt ma jagħtiha l-​wiċċ, u ma fflertjax magħha. B’hekk, ma ħalliex ix-​xewqat ħżiena jrabbu l-​għeruq f’qalbu. U meta qabdet lil Ġużeppi minn ħwejġu u pprovat iġġiegħlu jkollu relazzjonijiet sesswali magħha, hu mill-​ewwel “ħalla ħwejġu f’idha u ħarab u telaq ’il barra.”—Ġenesi 39:12.

12. Kif nafu li dak li nħarsu lejh jistaʼ jeffettwa lil qalbna?

12 Ġesù wissiena li dak li nħarsu lejh jistaʼ jeffettwa lil qalbna u joħloq ġo fina xewqat sesswali mhux xierqa. Hu qal: “Kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.” (Mattew 5:28) Hekk ġralu s-​Sultan David. “Minn fuq il-​bejt lemaħ mara tinħasel,” u minflok ma dawwar ħarstu mill-​ewwel, hu ma qalax għajnejh minn fuqha u baqaʼ jaħseb dwarha. (2 Samwel 11:2) Għalkemm kienet il-​mara taʼ raġel ieħor, hu xorta żviluppa xewqa għaliha u kellu relazzjonijiet sesswali magħha.

13. Għala għandna bżonn nagħmlu “patt” m’għajnejna, u kif nistgħu nagħmlu dan?

13 Jekk irridu niċħdu ħsibijiet immorali, għandna bżonn insegwu l-​eżempju taʼ Ġob. Hu qal: “Patt m’għajnejja għamilt.” (Ġob 31:1, 7, 9) Bħal Ġob, aħna nistgħu niddeċiedu li qatt ma naħsbu b’mod immorali meta nħarsu lejn xi ħadd. U jekk naraw stampa sesswali fuq il-​kompjuter, f’riklam, f’rivista, jew xi mkien ieħor, mill-​ewwel għandna ndawru wiċċna.

14. Xi rridu nagħmlu biex nibqgħu safjin?

14 Meta taħseb dwar dak li ddiskutejna, forsi tirrealizza li teħtieġ tagħmel iktar biex tiġġieled kontra x-​xewqat immorali. Jekk għandek bżonn tagħmel xi bidliet, agħmilhom bla telf taʼ żmien! Meta tobdi dak li jgħid Ġeħova, tistaʼ tevita l-​immoralità sesswali u tibqaʼ safi.—Aqra Ġakbu 1:21-25.

‘SEJJAĦ GĦANDEK LILL-​ANZJANI’

15. Jekk qed insibuha diffiċli li niġġieldu kontra x-​xewqat ħżiena, għala jkun importanti li nitolbu l-​għajnuna t’oħrajn?

15 Jekk qed issibha diffiċli li tiġġieled kontra x-​xewqat ħżiena, tkellem maʼ xi ħadd fil-​kongregazzjoni li ilu jaqdi lil Ġeħova għal żmien twil u li jistaʼ jagħtik pariri tajbin mill-​Kelma t’Alla. Veru, jaf ma jkunx faċli għalik li titkellem m’oħrajn dwar il-​problemi persunali tiegħek, imma hu importanti li titlob l-​għajnuna t’oħrajn. (Proverbji 18:1; Ebrej 3:12, 13) Kristjani maturi jistgħu jgħinuk tinduna liema bidliet għandek bżonn tagħmel. Imbagħad, agħmel dawk il-​bidliet ħalli tkun tistaʼ tibqaʼ ħabib taʼ Ġeħova.

16, 17. (a) L-​anzjani kif jistgħu jgħinu lil dawk li jsibuha diffiċli li jiġġieldu kontra x-​xewqat immorali? Agħti eżempju. (b) Għala hu importanti li dawk li jaraw il-​pornografija jitolbu l-​għajnuna minnufih?

16 L-​anzjani fil-​kongregazzjoni tagħna huma speċjalment kwalifikati biex jgħinuna. (Aqra Ġakbu 5:13-​15.) Għal bosta snin, raġel żagħżugħ fil-​Brażil sabha diffiċli li jiġġieled kontra x-​xewqat ħżiena. Hu jgħid: “Kont naf li l-​ħsibijiet tiegħi ma kinux jogħġbu lil Ġeħova, imma ħassejtni wisq imbarazzat biex ngħid lil ħaddieħor kif kont qed inħossni.” Anzjan intebaħ li dan ir-​raġel żagħżugħ kellu bżonn l-​għajnuna u inkuraġġieh biex iħalli lill-​anzjani jgħinuh. Ir-​raġel żagħżugħ jgħid: “Bqajt sorpriż b’kemm l-​anzjani ttrattawni b’qalb tajba. Ma ħsibtx li kien jistħoqqli daqstant qalb tajba u li kienu se jifhmuni daqshekk. Taw widen għall-​problemi tiegħi. Użaw il-​Bibbja biex jassigurawni li Ġeħova jħobbni, u talbu miegħi. Dan għamilha eħfef għalija li naċċetta l-​pariri mill-​Bibbja li tawni.” Issa li saħħaħ ir-​relazzjoni tiegħu maʼ Ġeħova, dan ir-​raġel żagħżugħ jgħid: “Qed nirrealizza kemm hu importanti li nfittxu l-​għajnuna t’oħrajn minflok ma nipprovaw nieħdu ħsieb il-​problemi tagħna waħedna.”

17 Jekk ħadtha drawwa li tara l-​pornografija, għandek titlob l-​għajnuna minnufih. Iktar ma ddum biex titlob l-​għajnuna, iktar se jkun hemm ir-​riskju li tikkommetti l-​immoralità sesswali. Imbagħad se tweġġaʼ lil ħaddieħor u ġġib tmaqdir fuq isem Ġeħova. Ħafna wħud talbu l-​għajnuna tal-​anzjani u aċċettaw il-​pariri tagħhom biex jogħġbu lil Ġeħova u jibqgħu fil-​kongregazzjoni Kristjana.—Salm 141:5; Ebrej 12:5, 6; Ġakbu 1:15.

KUN DETERMINAT LI TIBQAʼ SAFI!

18. X’int determinat li tagħmel?

18 Id-​dinja taʼ Satana qed issir iktar u iktar immorali. Imma l-​qaddejja taʼ Ġeħova jistinkaw biex iżommu l-​ħsibijiet tagħhom nodfa u biex ikunu safjin. Ġeħova hu kburi ħafna b’dawn il-​Kristjani. Ejja nibqgħu qrib taʼ Ġeħova u nobdu l-​pariri li jagħtina permezz tal-​Kelma tiegħu u tal-​kongregazzjoni Kristjana. Meta nagħmlu dan, inkunu ferħanin u jkollna kuxjenza nadifa. (Salm 119:5, 6) U fil-​futur, wara li jitneħħa Satana, se jkollna l-​privileġġ li ngħixu għal dejjem f’dinja li tkun tnaddfet mill-​influwenza ħażina tiegħu.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Li tkun safi: Li tiċħad ħsibijiet mhux nodfa u ma ċċedix għal xewqat sesswali mhux xierqa

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja