LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 6/15 pp. 25-29
  • “It-Tfakkiriet Tiegħek Huma Dak li Jien Ngħożż”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “It-Tfakkiriet Tiegħek Huma Dak li Jien Ngħożż”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Lealtà Lejn l-​Arranġamenti t’Alla
  • Tfakkira li Sservi taʼ Twissija
  • Nibqgħu Safja
  • Agħti Kas it-​Tfakkiriet t’Alla!
  • Tħobbhom Ħafna Int it-Tfakkiriet taʼ Jehovah?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • It-Tfakkiriet ta’ Ġeħova Huma ta’ Min Jafdahom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • David u Sawl
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Qegħdin iċ-Ċirkustanzi Tiegħek Jikkontrollawlek Ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 6/15 pp. 25-29

“It-​Tfakkiriet Tiegħek Huma Dak li Jien Ngħożż”

“Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-​istruzzjoni tagħna.”—RUMANI 15:4.

1. Ġeħova kif jagħtina t-​tfakkiriet, u għala għandna bżonnhom?

ĠEĦOVA jipprovdi tfakkiriet lill-​poplu tiegħu sabiex jgħinhom ikampaw mal-​pressjonijiet taʼ dawn iż-​żminijiet diffiċli. Ftit minn dawn it-​tfakkiriet huma provduti waqt il-​qari persunali tal-​Bibbja, waqt li oħrajn jiġu f’forma taʼ informazzjoni jew kummenti preżentati fil-​laqgħat Kristjani. Ħafna minn dak li naqraw jew nisimgħu f’dawn l-​okkażjonijiet ma jkunx ġdid għalina. X’aktarx li kkunsidrajna informazzjoni simili qabel. Ladarba aħna inklinati li ninsew, però, għandna bżonn inġeddu l-​memorja tagħna dwar l-​iskopijiet, il-​liġijiet, u l-​istruzzjonijiet taʼ Ġeħova. Għandna napprezzaw it-​tfakkiriet t’Alla. Dawn jinkuraġġuna billi jgħinuna nibqgħu ffokati fuq ir-​raġunijiet li qanqluna nibdew ngħixu din il-​ħajja li hi fi qbil mar-​rieda t’Alla. Għalhekk, is-​salmista għanna lil Ġeħova: “It-​tfakkiriet tiegħek huma dak li jien ngħożż.”—Salm 119:​24, NW.

2, 3. (a) Ġeħova għala ppreserva l-​istorja tal-​ħajja tal-​karattri Bibliċi sa llum? (b) Liema episodji mill-​Iskrittura se nikkunsidraw f’dan l-​artiklu?

2 Għalkemm inkitbet ħafna sekli ilu, il-​Kelma t’Alla hija tassew qawwija. (Ebrej 4:12) Din tippreżentalna rakkonti veri tal-​ħajja taʼ karattri Bibliċi. Għalkemm id-​drawwiet u l-​opinjonijiet inbidlu ħafna miż-​żminijiet Bibliċi, l-​isfidi li niffaċċjaw spiss huma simili għal dawk li kienu jiffaċċjaw lura f’dak iż-​żmien. Ħafna stejjer preservati fil-​Bibbja għall-​benefiċċju tagħna joffrulna eżempji li jmissulna qalbna taʼ individwi li kienu jħobbu lil Ġeħova u li qdewh lealment minkejja ċirkustanzi diffiċli. Rakkonti oħra jiġbdu l-​attenzjoni tagħna għat-​tip taʼ mġiba li Alla jobgħod. Dawn l-​istejjer persunali kollha, tajbin jew ħżiena, Ġeħova inkludiehom fil-​Bibbja bħala tfakkiriet. Hu eżatt bħalma kiteb l-​appostlu Pawlu: “Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-​istruzzjoni tagħna, biex permezz tas-​sabar tagħna u permezz tal-​faraġ mill-​Iskrittura jkollna t-​tama.”—Rumani 15:4.

3 Ejja niffokaw fuq tliet episodji mill-​Iskrittura: ir-​rakkont taʼ kif David ittratta maʼ Sawl, dak t’Ananija u Safira, u dak taʼ l-​imġiba taʼ Ġużeppi maʼ mart Putifar. Kull waħda minn dawn tgħallimna lezzjonijiet prezzjużi.

Lealtà Lejn l-​Arranġamenti t’Alla

4, 5. (a) Liema sitwazzjoni kienet teżisti li involviet lis-​Sultan Sawl u David? (b) David kif irreaġixxa għall-​mibegħda taʼ Sawl?

4 Is-​Sultan Sawl wera li ma kienx leali lejn Ġeħova u li ma kienx denju li jaħkem fuq il-​poplu Tiegħu. Allura, Alla warrbu u dderieġa lill-​profeta Samwel biex jidlek lil David bħala s-​sultan futur taʼ Iżrael. Meta David wera li kien tassew kapaċi bħala gwerrier u qalaʼ t-​tifħir mill-​poplu, Sawl beda jħares lejn David bħala rival. Sawl għal darba wara l-​oħra pprova joqtlu. David salva kull darba minħabba li Ġeħova kien miegħu.—1 Samwel 18:​6-​12, 25; 19:​10, 11.

5 Għal snin sħaħ, David ġie sforzat jgħix bħala maħrub. Meta ġietu l-​opportunità biex joqtol lil Sawl, dawk li kienu maʼ David inkuraġġewh jagħmel dan u qalulu li Ġeħova kien qed jagħti lill-​għadu taʼ David f’idejh. Però, David irrifjuta. Il-​lealtà tiegħu lejn Ġeħova u r-​rispett għall-​pożizzjoni taʼ Sawl bħala s-​sultan midluk t’Alla qanqluh jaġixxi b’dan il-​mod. Mhux Ġeħova kien li ħatar lil Sawl bħala sultan taʼ Iżrael? Ġeħova kien ukoll se jneħħih meta jara li jkun il-​waqt li jagħmel dan. David irraġuna li ma kienx għalih li jindaħal. Wara li għamel kulma setaʼ fiċ-​ċirkustanzi tiegħu biex irattab il-​mibegħda li Sawl kellu għalih, David ikkonkluda: “Il-​Mulej biss jilħqu, jew jasal il-​jum tiegħu u jmut, jew jinżel għall-​gwerra u jinqered. Iħarisni l-​Mulej milli mmidd idi fuq il-​midluk tal-​Mulej!”—1 Samwel 24:​4-16 (24:​3-15, NW); 26:​7-20.

6. Għala għandha tinteressana l-​istorja taʼ David u Sawl?

6 Dan ir-​rakkont fih tagħlima vitali. Qatt sibt ruħek tistaqsi għala jqumu ċerti problemi fil-​kongregazzjoni Kristjana? Jistaʼ jkun li individwu qed jaġixxi b’mod li m’huwiex xieraq. Bl-​imġiba tiegħu forsi mhux qed jikkommetti dnub serju, imma qed idejqek. Kif għandek tirreaġixxi? Minħabba l-​interess Kristjan f’dak l-​individwu u l-​lealtà tiegħek lejn Ġeħova, għandek mnejn tagħżel li tkellem lill-​individwu b’qalb tajba, bil-​mira li tirbħu. Imma xi ngħidu jekk il-​problema tibqaʼ? Wara li tkun għamilt dak kollu li tistaʼ b’mod raġunevoli, għandek mnejn tkun trid tħalli l-​kwistjoni f’idejn Ġeħova. David hekk għamel.

7. Jekk irridu nimitaw lil David, kif għandna nirreaġixxu meta nesperjenzaw l-​inġustizzja jew il-​preġudizzju?

7 Jew forsi qed tiffaċċja problemi taʼ inġustizzja soċjali jew preġudizzju reliġjuż. X’aktarx li hemm ftit jew xejn x’tistaʼ tagħmel f’dan il-​mument. Sitwazzjoni bħal din tistaʼ tkun diffiċli ħafna biex tissaportiha, imma r-​reazzjoni taʼ David għall-​inġustizzja tagħtina tagħlima. Is-​salmi li kiteb David huma rakkont li jqanqlek mhux biss tat-​talb tiegħu mill-​qalb lil Alla biex iżommu ’l bogħod minn idejn Sawl, imma wkoll tal-​lealtà tiegħu lejn Ġeħova u l-​interess tiegħu biex isem Alla jiġi glorifikat. (Salm 18:​2-7, 26-28, 31-33, 49-51 [18:​1-6, 25-​27, 30-​32, 48-​50, NW]; 57:​2-12 [57:​1-11, NW]) David baqaʼ leali lejn Ġeħova avolja Sawl kompla jaġixxi b’mod inġust għal snin sħaħ. Aħna wkoll għandna nibqgħu leali lejn Ġeħova u l-​organizzazzjoni tiegħu minkejja l-​inġustizzji li nbatu u minkejja dak li jagħmel ħaddieħor. Nistgħu nibqgħu ċerti li Ġeħova jaf kollox dwar is-​sitwazzjoni.—Salm 86:2.

8. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fil-​Możambik kif irreaġixxew meta l-​lealtà tagħhom lejn Ġeħova ġiet imġarrba?

8 Il-​Kristjani fil-​Możambik jipprovdu eżempju modern taʼ wħud li żammew lealment maʼ Ġeħova fi żmien taʼ prova. Fl-​1984 l-​irħula tagħhom ġew attakkati għal darba wara l-​oħra minn membri taʼ moviment taʼ reżistenza, li kienu jisirqu, jaħarqu d-​djar, u joqtlu. Kien jidher li dawn il-​Kristjani veri ma setgħu jagħmlu xejn biex jiddefendu ruħhom. L-​abitanti tal-​post kienu jiġu mġiegħla jingaġġaw ruħhom f’moviment militari jew jiġu sforzati biex jappoġġawh b’modi oħra. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kienu jqisu dan bħala li ma kienx fi qbil man-​newtralità Kristjana tagħhom. Minħabba li rrifjutaw, il-​membri tal-​moviment kienu rrabjati ħafna għalihom. Inqatlu 30 Xhud f’dan iż-​żmien taʼ taqlib, imma lanqas it-​theddida tal-​mewt ma setgħet tikser il-​lealtà tal-​poplu t’Alla.a Bħal David, huma ssaportew l-​inġustizzji, imma fl-​aħħar mill-​aħħar ħarġu rebbiħin.

Tfakkira li Sservi taʼ Twissija

9, 10. (a) Kif nistgħu nibbenefikaw minn ċerti eżempji Skritturali? (b) X’kien hemm ħażin f’dak li għamlu Ananija u Safira?

9 Xi individwi li jissemmew fl-​Iskrittura jipprovdu tfakkira li sservi taʼ twissija dwar imġiba li għandna nevitaw. Tabilħaqq, il-​Bibbja fiha ħafna rakkonti taʼ nies, anki fost il-​qaddejja t’Alla, li għamlu l-​ħażen u batew il-​konsegwenzi. (1 Korintin 10:11) Rakkont minnhom hu dak t’Ananija u Safira, koppja miżżewġa li kienu membri tal-​kongregazzjoni Kristjana taʼ l-​ewwel seklu f’Ġerusalemm.

10 F’Pentekoste tas-​sena 33 E.K., kien hemm il-​bżonn li jipprovdu materjalment għal uħud ġodda fit-​twemmin li baqgħu Ġerusalemm biex jibbenefikaw mis-​sħubija taʼ l-​appostli. Xi membri tal-​kongregazzjoni biegħu l-​proprjetà biex ikunu ċerti li ma jkun hemm ħadd fil-​bżonn. (Atti 2:​41-45) Ananija u Safira biegħu għalqa u ġabu biss parti mill-​qligħ lill-​appostli, u saħqu li dak li taw kien il-​fondi kollha li rċivew mill-​bejgħ. Huwa minnu li Ananija u Safira kienu intitolati jagħtu kemm xtaqu, imma l-​motiv tagħhom kien ħażin, u l-​azzjonijiet tagħhom kienu diżonesti. Huma riedu jagħtu impressjoni tajba u jidhru li qed jagħmlu iktar milli fil-​fatt kienu qed jagħmlu. L-​appostlu Pietru, ispirat mill-​ispirtu qaddis, kixef id-​diżonestà u l-​ipokrisija tagħhom, u Ġeħova laqathom u mietu.—Atti 5:​1-10.

11, 12. (a) Liema huma xi tfakkiriet dwar l-​onestà? (b) X’benefiċċji jkollok meta tkun onest?

11 Jekk qatt jgħaddilna minn moħħna li ngħawġu l-​verità biex nipprovaw nogħġbu lil ħaddieħor, jalla l-​istorja t’Ananija u Safira tkun tfakkira qawwija għalina. Forsi nistgħu nqarrqu bi sħabna l-​bnedmin, imma ma nistgħux nidħqu b’Ġeħova. (Ebrej 4:13) Għal darba wara l-​oħra, l-​Iskrittura tħeġġiġna nkunu onesti maʼ xulxin, għaliex il-​giddibin mhux se jkollhom post f’art imnaddfa mill-​ħażen. (Proverbji 14:2; Rivelazzjoni 21:8; 22:15) Ir-​raġuni għal dan għandha tkun ċara. Dak li jippromwovi l-​gideb kollu m’hu ħadd ħlief Satana x-​Xitan.—Ġwanni 8:44.

12 Se nibbenefikaw b’diversi modi jekk f’ħajjitna nimxu dejjem bl-​onestà. Fost dawn il-​benefiċċji hemm kuxjenza nadifa u s-​sodisfazzjon li jiġi meta ħaddieħor jafdana. F’ħafna każi, minħabba l-​onestà tagħhom, il-​Kristjani kisbu impjieg, jew żammew l-​impjiegi tagħhom, minħabba li kienu onesti. Però, l-​iktar benefiċċju importanti hu li bl-​onestà niksbu l-​ħbiberija t’Alla li Jistaʼ Kollox.—Salm 15:​1, 2.

Nibqgħu Safja

13. Ġużeppi f’liema sitwazzjoni sab ruħu, u kif irreaġixxa?

13 Ġużeppi, wieħed minn ulied il-​patrijarka Ġakobb, ġie mibjugħ fil-​jasar meta kellu 17-il sena. Maż-​żmien sab ruħu f’dar Putifar, uffiċjal tal-​qorti li kien Eġizzjan, fejn Ġużeppi ġibed l-​attenzjoni taʼ mart sidu. Hi xtaqet li jkollha x’taqsam sesswalment maʼ Ġużeppi, li kien raġel żagħżugħ gustuż, u jum wara l-​ieħor baqgħet tgħidlu: “Mtedd miegħi.” Ġużeppi kien ’il bogħod mill-​familja tiegħu f’pajjiż li ħadd ma kien jafu. Kieku ried setaʼ kellu x’jaqsam maʼ din il-​mara mingħajr ma kien ikun jaf ħadd b’dan. Però, meta mart Putifar qabditu minn ħwejġu, Ġużeppi ħarab.—Ġenesi 37:​2, 18-28; 39:​1-12.

14, 15. (a) Għala hija interessanti għalina l-​istorja taʼ Ġużeppi? (b) Waħda mara Kristjana għala hija grata li tat kas it-​tfakkiriet t’Alla?

14 Ġużeppi trabba f’familja li kellha l-​biżaʼ t’Alla, u hu fehem li r-​relazzjonijiet sesswali bejn uħud li m’humiex miżżewġin kienu ħżiena. “Kif nistaʼ nagħmel dan il-​ħażen hekk kbir u nidneb kontra Alla?” staqsieha hu. Il-​konklużjoni tiegħu x’aktarx li kienet gwidata mill-​għarfien dwar il-​livell t’Alla għall-​bnedmin li tenna fl-​Għeden, dak tal-​monogamija. (Ġenesi 2:24) Il-​poplu t’Alla llum jistaʼ jibbenefika jekk jirrifletti dwar il-​mod kif irreaġixxa Ġużeppi għas-​sitwazzjoni. F’ċerti postijiet, l-​attitudnijiet lejn ir-​relazzjonijiet sesswali tant huma permissivi li meta ż-​żgħażagħ jirrifjutaw li jinvolvu ruħhom fl-​immoralità huma jiġu mwaqqgħin għaċ-​ċajt minn sħabhom. Fost l-​adulti, relazzjonijiet sesswali barra ż-​żwieġ huma komuni. Għalhekk, l-​istorja taʼ Ġużeppi hija tfakkira f’waqtha għalina. Il-​livelli t’Alla għadhom iqisu ż-​żína u l-​adulterju bħala dnub. (Ebrej 13:4) Ħafna li ċedew għall-​pressjoni biex jieħdu sehem f’sess projbit jaqblu li hemm raġuni konvinċenti għala m’għandekx tagħmel dan. Fost ir-​riżultati mhux mixtieqa jistaʼ jkun hemm sens t’umiljazzjoni, kuxjenza ħatja, għira, tqala, u mard trasmess sesswalment. Eżatt bħalma tfakkarna l-​Iskrittura, min jipprattika ż-​żína jkun qed “jidneb kontra ġismu stess.”—1 Korintin 5:​9-12; 6:18; Proverbji 6:​23-29, 32.

15 Jenny,b Xhud taʼ Ġeħova mhux miżżewġa, għandha għalxiex tapprezza t-​tfakkiriet t’Alla. Fuq ix-​xogħol, kollega gustuż kien tassew romantiku magħha. Meta Jenny ma ttrattatux bl-​istess mod, hu żied l-​attenzjoni tiegħu lejha. “Sibt ruħi nissara miegħi nnifsi biex nibqaʼ safja,” tammetti hi, “għaliex tħossok tajba meta xi ħadd tas-​sess oppost jinnotak.” Madankollu, hi realizzat li r-​raġel kien biss qed jipprova jżidha mal-​lista taʼ nisa li kellu x’jaqsam magħhom sesswalment. Meta ħassitha qed tiddgħajjef fid-​determinazzjoni tagħha biex tirreżisti, hi talbet bil-​ħerqa lil Ġeħova ħalli tibqaʼ leali Lejh. Jenny ħasset li l-​affarijiet li tgħallmet hekk kif għamlet ir-​riċerka mill-​Bibbja u l-​pubblikazzjonijiet Kristjani kienu bħal tfakkiriet ripetuti biex tibqaʼ għassa. Waħda minn dawk it-​tfakkiriet kienet l-​istorja taʼ Ġużeppi u mart Putifar. “Sakemm nibqaʼ nfakkar lili nnifsi dwar kemm inħobb lil Ġeħova,” tikkonkludi hi, “m’għandix għalfejn nibżaʼ li se nagħmel xi ħażen kbir u nidneb kontrih.”

Agħti Kas it-​Tfakkiriet t’Alla!

16. Kif nistgħu nibbenefikaw jekk nirrivedu u nimmeditaw fuq il-​ħajjiet taʼ individwi msemmijin fil-​Bibbja?

16 Aħna lkoll nistgħu nżidu l-​apprezzament tagħna għal-​livelli taʼ Ġeħova meta nistinkaw biex nifhmu għala ppreserva ċerti rakkonti fl-​Iskrittura għalina. X’jgħallmuna? Liema kwalitajiet jew tendenzi li jidhru fil-​karattri Bibliċi rridu nimitaw jew nevitaw? Letteralment mijiet taʼ individwi huma msemmijin fil-​paġni tal-​Kelma t’Alla. Dawk kollha li jħobbu l-​istruzzjoni divina jagħmlu tajjeb jekk jikkultivaw ġuħ għall-​għarfien li jagħti l-​ħajja, inkluż għal-​lezzjonijiet li nistgħu nitgħallmu mill-​eżempji li Ġeħova ppreserva bir-​reqqa. Din ir-​rivista spiss kien fiha artikli dwar dawn l-​individwi li l-​istejjer tagħhom jgħallmuna xi ħaġa. Għala ma tqattax ftit ħin tirrivedihom?

17. Kif tħossok dwar it-​tfakkiriet taʼ Ġeħova, u għala?

17 Kemm għandna għalxiex inkunu grati għall-​interess bl-​imħabba li juri Ġeħova f’dawk li qed jistinkaw biex jagħmlu r-​rieda tiegħu! Aħna żgur li m’aħniex perfetti, l-​istess bħalma l-​irġiel u n-​nisa msemmijin fil-​Bibbja ma kinux perfetti. Madankollu, ir-​rakkonti mniżżlin bil-​miktub taʼ l-​azzjonijiet tagħhom huma riżorsi imprezzabbli għalina. Jekk nagħtu kas it-​tfakkiriet taʼ Ġeħova, nistgħu nevitaw li nagħmlu żbalji serji, u nistgħu nimitaw l-​eżempji mill-​aqwa taʼ dawk li mxew fis-​sewwa. Jekk nagħmlu hekk se nkunu nistgħu ngħannu mas-​salmista: “Henjin dawk li jħarsu l-​preċetti [taʼ Ġeħova], u li jfittxuh b’qalbhom kollha. Ruħi tħares [“it-​tfakkiriet,” NW] tiegħek; u jiena nħobbhom ħafna.”—Salm 119:​2, 167.

[Noti taʼ taħt]

a Ara n-​1996 Yearbook of Jehovah’s Witnesses, paġni 160-2.

b L-isem ġie mibdul.

Int Kif Twieġeb?

• X’nistgħu nitgħallmu mill-​attitudni taʼ David lejn Sawl?

• X’jgħallimna r-​rakkont dwar Ananija u Safira?

• Għala hija l-​istorja tal-​ħajja taʼ Ġużeppi interessanti b’mod partikulari għal-​lum?

[Stampa f’paġna 26]

David għala rrifjuta li jħalli lil Sawl jinqatel?

[Stampa f’paġna 27]

X’nitgħallmu mir-​rakkont t’Ananija u Safira?

[Stampa f’paġna 28]

X’ġiegħel lil Ġużeppi jirrifjuta t-​tentazzjonijiet immorali?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja