LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 4/15 pp. 10-15
  • Afda fil-Kelma taʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Afda fil-Kelma taʼ Ġeħova
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Obdi l-​Kelma t’Alla u Kun Hieni
  • Il-​Kelma taʼ Ġeħova Żżommna Nodfa
  • Il-​Kelma t’Alla Tgħinna Nkunu Leali
  • Il-​Kelma taʼ Ġeħova Tagħtina l-​Kuraġġ
  • Il-​Kelma t’Alla Tfarraġna
  • Kun Grat għall-​Kelma taʼ Ġeħova
  • Afda fil-​Kelma t’Alla
  • Afda Dejjem f’Ġeħova
  • Ħalli l-Kelma t’Alla Tkun Dawl fil-Mogħdija Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • “Imxi fil-​liġi taʼ Ġeħova”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Kemm Tħobbha l-Kelma t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Din Mhux Diġà Smajnieha?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 4/15 pp. 10-15

Afda fil-​Kelma taʼ Ġeħova

“Jien nafda fil-​kelma tiegħek.”—SALM 119:42.

1. X’tistaʼ tgħid dwar l-​identità u l-​ispirtu li kellu min kiteb Salm 119?

IL-​KELMA taʼ Ġeħova kienet għażiża għal min ikkompona Salm 119. Forsi kien il-​Prinċep Ħeżekija taʼ Ġuda. Is-​sentimenti li hemm f’din l-​għanja mnebbħa huma fi qbil maʼ l-​ispirtu li kellu Ħeżekija, li “kien miġbud lejn il-​Mulej” waqt li kien qed jaqdi bħala sultan taʼ Ġuda. (2 Slaten 18:​3-​7) Ħaġa waħda hi ċerta: Min ikkomponieh kien konxju tal-​bżonn spiritwali tiegħu.​—Mattew 5:​3.

2. X’inhi t-​tema taʼ Salm 119, u kif inhi disinjata din l-​għanja?

2 Punt fundamentali li joħroġ minn Salm 119 huwa l-​valur tal-​kelma, jew il-​messaġġ, t’Alla.a X’aktarx li biex jgħinu jiftakar, il-​kittieb ikkompona dan is-​salm bħala għanja alfabetika. Il-​176 vers huma bbażati fuq ittri wara xulxin taʼ l-​alfabet Ebrajk. Fl-​Ebrajk oriġinali, kull waħda mit-​22 stanza tas-​salm fiha 8 linji li jibdew bl-​istess ittra. Dan is-​salm jirreferi għall-​kelma, liġi, tfakkiriet, triqat, preċetti, kmandamenti, digrieti, u wegħdi t’Alla. F’dan l-​artiklu u f’dak taʼ warajh, Salm 119 se jiġi diskuss skond traduzzjoni eżatta tat-​test Bibliku Ebrajk. Il-​meditazzjoni fuq esperjenzi li jinvolvu lill-​qaddejja taʼ Ġeħova fil-​passat u fil-​preżent għandha tkabbar l-​apprezzament tagħna għal din l-​għanja mnebbħa minn Alla u żżid il-​gratitudni tagħna għall-​Kelma miktuba t’Alla, il-​Bibbja.

Obdi l-​Kelma t’Alla u Kun Hieni

3. Spjega u uri xi jfisser li tkun bla ħtija.

3 L-​hena veru jiddependi milli nimxu skond il-​liġi t’Alla. (Salm 119:​1-​8) Jekk nagħmlu dan, Ġeħova se jqisna ‘bla ħtija fi triqitna.’ (Salm 119:​1) Il-​fatt li aħna bla ħtija ma jfissirx li aħna perfetti, imma jindika li qed nistinkaw biex nagħmlu r-​rieda t’Alla Ġeħova. Noè kien bla ħtija fost in-​nies taʼ żmienu bħala bniedem li “kien jimxi sewwa maʼ Alla.” Dan il-​patrijarka leali u l-​familja tiegħu baqgħu ħajjin wara d-​Dilluvju għaliex hu għex ħajtu kif ried Ġeħova. (Ġenesi 6:​9; 1 Pietru 3:​20) Bl-​istess mod, jekk irridu nibqgħu ħajjin wara t-​tmiem taʼ din id-​dinja rridu ‘nħarsu bir-​reqqa l-​preċetti t’Alla,’ u b’hekk nagħmlu r-​rieda tiegħu.​—Salm 119:​4.

4. Minn liema ħaġa jiddependu l-​hena u s-​suċċess tagħna?

4 Ġeħova qatt ma jitlaqna jekk ‘infaħħruh b’qalb safja u nħarsu l-​kmandamenti tiegħu.’ (Salm 119:​7, 8) Alla m’abbandunax lill-​mexxej Iżraeli Ġożwè li applika l-​parir sabiex jaqra ‘l-​ktieb taʼ din il-​liġi lejl u nhar biex jagħmel kull ma hu miktub fih.’ Talli għamel hekk kellu suċċess u setaʼ jaġixxi bl-​għaqal. (Ġożwè 1:​8) Meta kien wasal biex imut, Ġożwè kien għadu qed ifaħħar lil Alla u setaʼ jfakkar lill-​Iżraelin: “Kunu afu b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha li ebda waħda mill-​wegħdiet taʼ ġid li għamlilkom il-​Mulej, Alla tagħkom, ma naqset.” (Ġożwè 23:​14) Bħal fil-​każ taʼ Ġożwè u l-​kittieb taʼ Salm 119, aħna nistgħu nsibu l-​hena u s-​suċċess billi nfaħħru lil Ġeħova u nafdaw fil-​kelma tiegħu.

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Żżommna Nodfa

5. (a) Uri kif inhu possibbli li nibqgħu nodfa spiritwalment. (b) X’għajnuna hemm disponibbli għal żagħżugħ li dineb b’mod serju?

5 Aħna nistgħu nkunu nodfa spiritwalment jekk nibqgħu għassa skond il-​kelma t’Alla. (Salm 119:​9-​16) Dan jiġri anki jekk il-​ġenituri tagħna ma tawniex eżempju tajjeb. Għalkemm missier Ħeżekija kien idolatra, Ħeżekija ‘mexa safi fi triqtu,’ billi x’aktarx li neħħa l-​influwenzi pagani. Suppost li żagħżugħ li llum qed jaqdi lil Alla jidneb b’mod serju. L-​indiema, it-​talb, l-​għajnuna tal-​ġenituri, u l-​assistenza bi mħabba taʼ l-​anzjani Kristjani jistgħu jgħinuh biex ikun bħal Ħeżekija u ‘jimxi safi fi triqtu u jħarisha.’​—Ġakbu 5:​13-​15.

6. Liema nisa ‘mxew safjin fi triqithom u ħarsu l-​kelma t’Alla’?

6 Għalkemm Raħab u Rut għexu ħafna qabel ma nkiteb Salm 119, huma ‘mxew safjin fi triqithom.’ Raħab kienet prostituta Kangħanija, imma saret magħrufa għall-​fidi tagħha bħala aduratriċi taʼ Ġeħova. (Ebrej 11:​30, 31) Rut, il-​Mowabija, telqet lill-​allat tagħha, qdiet lil Ġeħova, u mxiet skond il-​Liġi li ta lil Iżrael. (Rut 1:​14-​17; 4:​9-​13) Dawn iż-​żewġ nisa li ma kinux Iżraelin ‘ħarsu l-​kelma t’Alla’ u kellhom il-​privileġġ meraviljuż li jsiru antenati taʼ Ġesù Kristu.​—Mattew 1:​1, 4-​6.

7. Danjel u tliet żgħażagħ Ebrej oħrajn kif taw eżempju tajjeb billi żammew l-​indafa spiritwali?

7 “Qalb il-​bniedem miġbuda għall-​ħażen sa minn ċkunitu,” imma ż-​żgħażagħ jistgħu jimxu safjin, anki f’din id-​dinja korrotta kontrollata minn Satana. (Ġenesi 8:​21; 1 Ġwanni 5:​19) Meta kienu eżiljati f’Babilonja, Danjel u tliet żgħażagħ Ebrej oħrajn baqgħu ‘jħarsu l-​kelma t’Alla.’ Per eżempju, ma ridux jitniġġsu “bl-​ikel tas-​sultan.” (Danjel 1:​6-​10) Il-​Babiloniżi kienu jieklu annimali li ma kinux nodfa u li kienu projbiti mil-​Liġi Mosajka. (Levitiku 11:​1-​31; 20:​24-​26) Ma kellhomx id-​drawwa li l-​annimali li joqtlu jneħħulhom demmhom kollu, u peress li kienu jieklu l-​laħam bid-​demm fih kienu jiksru l-​liġi t’Alla dwar id-​demm. (Ġenesi 9:​3, 4) Mhux taʼ b’xejn li l-​erbaʼ Ebrej ma ridux jieħdu mill-​ikel tas-​sultan! Dawn iż-​żgħażagħ devoti żammew l-​indafa spiritwali, u b’hekk taw eżempju tajjeb.

Il-​Kelma t’Alla Tgħinna Nkunu Leali

8. Liema attitudni u għarfien għandna bżonn jekk irridu nifhmu u napplikaw il-​liġi t’Alla?

8 Fattur importanti biex nibqgħu leali lejn Ġeħova hu li nitgħaxxqu bil-​kelma t’Alla. (Salm 119:​17-​24) Jekk aħna nkunu bħall-​kittieb imnebbaħ taʼ l-​għanja, se nixxennqu biex nifhmu “l-​għeġubijiet” tal-​liġi t’Alla. Se nkunu ‘l-​ħin kollu nixtiequ d-​digrieti [taʼ Ġeħova]’ u nuru ‘għaxqa għall-​preċetti [“it-​tfakkiriet,” NW] tiegħu.’ (Salm 119:​18, 20, 24) Anki jekk m’ilniex li ddedikajna ruħna lil Ġeħova, ‘ifformajna aħna xenqa għall-​ħalib safi tal-​kelma’? (1 Pietru 2:​1, 2) Jeħtieġ li nifhmu t-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja sabiex inkunu f’qagħda aħjar biex nifhmu u napplikaw il-​liġi t’Alla.

9. Kif għandna nirreaġixxu meta jkun hemm konflitt bejn il-​liġi t’Alla u dak li jesiġi l-​bniedem?

9 Forsi aħna nitgħaxxqu bit-​tfakkiriet t’Alla, imma x’jiġri jekk għal xi raġuni l-​“kbarat” jitkellmu kontrina? (Salm 119:​23, 24) Illum, individwi fl-​awtorità spiss jipprovaw jisforzawna biex inqisu l-​liġijiet tal-​bniedem bħala li huma iktar importanti mil-​liġi t’Alla. Meta jkun hemm konflitt bejn dak li jesiġi l-​bniedem u r-​rieda t’Alla, x’se nagħmlu aħna? Il-​fatt li nitgħaxxqu bil-​kelma t’Alla se jgħinna nibqgħu leali lejn Ġeħova. Bħall-​appostli persegwitati taʼ Ġesù Kristu, aħna se ngħidu: “Jeħtieġ li aħna nobdu lil Alla bħala ħakkiem iktar milli lill-​bnedmin.”​—Atti 5:​29.

10, 11. Uri kif nistgħu nżommu l-​integrità lejn Ġeħova anki fl-​iktar ċirkustanzi diffiċli.

10 Nistgħu nibqgħu leali lejn Ġeħova anki fl-​iktar ċirkustanzi diffiċli. (Salm 119:​25-​32) Jekk irridu li jirnexxilna nżommu l-​integrità tagħna lejn Alla, irridu nkunu lesti li niġu mgħallmin u nitolbu bil-​ħrara għall-​istruzzjoni tiegħu. Irridu nagħżlu wkoll “it-​triq tas-​sewwa.”​—Salm 119:​26, 30.

11 Ħeżekija, li forsi kiteb Salm 119, għażel “it-​triq tas-​sewwa,” avolja kien imdawwar b’aduraturi foloz u forsi twaqqaʼ għaċ-​ċajt minn membri tal-​familja rjali. X’aktarx li hu ‘nfena bin-​niket’ minħabba dawn iċ-​ċirkustanzi. (Salm 119:​28) Imma Ħeżekija wera fiduċja f’Alla, kien sultan tajjeb, u “għamel is-​sewwa f’għajnejn il-​Mulej” Ġeħova. (2 Slaten 18:​1-​5) Jekk nistrieħu fuq Alla, aħna wkoll nistgħu nissaportu l-​provi bħala wħud li nżommu l-​integrità.​—Ġakbu 1:​5-​8.

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Tagħtina l-​Kuraġġ

12. Kif nistgħu napplikaw personalment Salm 119:​36, 37?

12 Il-​fatt li nsegwu l-​gwida tal-​kelma t’Alla jagħtina l-​kuraġġ meħtieġ biex inkampaw mal-​provi tal-​ħajja. (Salm 119:​33-​40) Aħna nfittxu bl-​umiltà l-​istruzzjoni taʼ Ġeħova sabiex inkunu nistgħu nosservaw il-​liġi tiegħu ‘b’qalbna kollha.’ (Salm 119:​33, 34) Bħas-​salmista, aħna nitolbu lil Alla: “Iġbidli qalbi lejn il-​preċetti [“tfakkiriet,” NW] tiegħek, u mhux lejn ir-​regħba,” jew qligħ inġust. (Salm 119:​36) Bħall-​appostlu Pawlu, aħna “nġibu ruħna bl-​onestà f’kollox.” (Ebrej 13:​18) Jekk min jimpjegana jkun iridna nagħmlu xi ħaġa diżonesta, irrabbu l-​kuraġġ biex insegwu d-​direzzjonijiet t’Alla​—u Ġeħova dejjem ibierek dan l-​aġir. Fil-​fatt, hu jgħinna biex nikkontrollaw l-​inklinazzjonijiet ħżiena kollha. Għalhekk, ejja nitolbu: “Tħallix lil għajnejja jħarsu lejn il-​frugħa.” (Salm 119:​37) Qatt ma rridu nixxennqu għal kwalunkwe ħaġa fiergħa li jobgħod Alla. (Salm 97:​10) Fost affarijiet oħrajn, dan iqanqalna biex nevitaw il-​pornografija u l-​prattiċi spiritistiċi.​—1 Korintin 6:​9, 10; Rivelazzjoni 21:​8.

13. Id-​dixxipli persegwitati taʼ Ġesù kif kisbu l-​kuraġġ meħtieġ biex jagħtu xiehda bil-​qlubija?

13 L-​għarfien eżatt dwar il-​kelma t’Alla jagħtina l-​fiduċja biex nagħtu xiehda bil-​kuraġġ. (Salm 119:​41-​48) U għandna bżonn il-​kuraġġ biex ‘nagħtu tweġiba lil min jgħajjarna.’ (Salm 119:​42) Kultant, forsi nkunu bħad-​dixxipli persegwitati taʼ Ġesù, li talbu: “Ġeħova, . . . agħmel li l-​ilsiera tiegħek jibqgħu jitkellmu l-​kelma tiegħek bil-​qlubija kollha.” U x’kien ir-​riżultat? “Ilkoll imtlew bl-​ispirtu qaddis u bdew ixandru l-​kelma t’Alla bil-​qlubija.” L-​istess Mulej Sovran jagħtina l-​kuraġġ biex nitkellmu l-​kelma tiegħu bil-​qlubija.​—Atti 4:​24-​31.

14. X’jgħinna biex nagħtu xiehda bil-​kuraġġ, bħalma għamel Pawlu?

14 Aħna se jkollna l-​kuraġġ meħtieġ biex nagħtu xiehda mingħajr biżaʼ taʼ mistħija jekk ngħożżu “kliem is-​sewwa” u ‘nħarsu l-​liġi t’Alla għal dejjem.’ (Salm 119:​43, 44) Studju bir-​reqqa tal-​Kelma miktuba t’Alla jarmana biex ‘nitkellmu fuq [“it-​tfakkiriet,” NW] tiegħu quddiem is-​slaten.’ (Salm 119:​46) It-​talb u l-​ispirtu taʼ Ġeħova wkoll jgħinuna biex ngħidu dak li hu sewwa b’mod xieraq. (Mattew 10:​16-​20; Kolossin 4:​6) Pawlu kellem bil-​kuraġġ lill-​ħakkiema taʼ l-​ewwel seklu dwar it-​tfakkiriet t’Alla. Per eżempju, hu ta xiehda lil Feliċ, il-​Gvernatur Ruman, li “qagħad jisimgħu jitkellem dwar it-​twemmin fi Kristu Ġesù.” (Atti 24:​24, 25) Pawlu ta xiehda wkoll quddiem il-​Gvernatur Festu u s-​Sultan Agrippa. (Atti 25:​22–​26:​32) Bl-​appoġġ taʼ Ġeħova, aħna wkoll nistgħu nkunu xhieda kuraġġużi, u qatt ‘ma nistħu minħabba l-​aħbar tajba.’​—Rumani 1:​16.

Il-​Kelma t’Alla Tfarraġna

15. Kif tistaʼ l-​Kelma t’Alla tfarraġna meta oħrajn jiddieħqu bina?

15 Il-​Kelma taʼ Ġeħova tagħti faraġ li ma jonqos qatt. (Salm 119:​49-​56) Ikun hemm drabi meta jkollna bżonn il-​faraġ b’mod speċjali. Għalkemm aħna nxandru bil-​kuraġġ bħala Xhieda taʼ Ġeħova, “il-​kburin”​—dawk li jaġixxu bi kburija lejn Alla​—kultant ‘jiddieħku bina għall-​aħħar.’ (Salm 119:​51) Madankollu, waqt li nkunu qed nitolbu forsi niftakru affarijiet pożittivi li ntqalu fil-​Kelma t’Alla, u b’hekk ‘insibu l-​faraġ tagħna.’ (Salm 119:​52) Waqt li nkunu qed nitolbu bil-​ħerqa, forsi niftakru f’xi liġi jew prinċipju Skritturali li jagħtina l-​faraġ u l-​kuraġġ meħtiġin f’xi sitwazzjoni li tinkwetana.

16. X’m’għamlux il-​qaddejja t’Alla minkejja l-​persekuzzjoni?

16 Il-​kburin li ddieħqu bis-​salmista kienu Iżraelin​—membri taʼ ġens dedikat lil Alla. X’għajb! Madankollu, kuntrarju għalihom, ejja nkunu determinati li qatt ma nitbiegħdu mil-​liġi t’Alla. (Salm 119:​51) Meta ffaċċjaw il-​persekuzzjoni tan-​Nazi u trattament simili matul is-​snin, eluf taʼ qaddejja t’Alla rrifjutaw li jitbiegħdu mil-​liġijiet u l-​prinċipji li hemm fil-​Kelma t’Alla. (Ġwanni 15:​18-​21) U l-​ubbidjenza lejn Ġeħova m’hijiex xi ħaġa tqila, għax għalina l-​kmandamenti tiegħu huma bħal melodiji li jfarrġu.​—Salm 119:​54; 1 Ġwanni 5:​3.

Kun Grat għall-​Kelma taʼ Ġeħova

17. L-​apprezzament għall-​kelma t’Alla xi jqanqalna nagħmlu?

17 Aħna nuru li aħna grati għall-​kelma t’Alla billi nosservawha. (Salm 119:​57-​64) ‘Sehem’ is-​salmista kien ‘li jħares il-​kelma’ taʼ Ġeħova, u saħansitra ‘f’nofs il-​lejl iqum ifaħħar lil Alla minħabba d-​digrieti ġusti Tiegħu.’ Jekk inqumu bil-​lejl, x’opportunità mill-​isbaħ ikollna biex nesprimu l-​gratitudni tagħna lil Alla fit-​talb! (Salm 119:​57, 62) L-​apprezzament tagħna għall-​kelma t’Alla jqanqalna biex infittxu t-​tagħlim divin u jagħmilna l-​imseħbin ferriħin “maʼ kull min għandu l-​biżaʼ” taʼ Ġeħova​—individwi li għandhom riverenza profonda lejn Alla. (Salm 119:​63, 64) Min jistaʼ jsib kumpanija aħjar fuq l-​art?

18. Ġeħova kif iwieġeb it-​talb tagħna meta ‘l-​ħbula tal-​ħżiena jagħlquna dawramejt’?

18 Meta nitolbu b’qalbna kollha u bl-​umiltà nistaqsu lil Ġeħova biex jgħallimna, inkunu qed ‘nitolbu quddiemu’ bil-​ħsieb li ngawdu l-​favur tiegħu. Għandna bżonn nitolbu b’mod speċjali meta ‘l-​ħbula tal-​ħżiena jagħlquna dawramejt.’ (Salm 119:​58, 61) Ġeħova jistaʼ jaqtaʼ l-​ħbula taʼ l-​għadu li jrażżnuna u jeħlisna biex nagħmlu x-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna u taʼ li nagħmlu dixxipli. (Mattew 24:14; 28:​19, 20) Dan intwera kemm-il darba f’pajjiżi fejn ix-​xogħol tagħna ġie projbit.

Afda fil-​Kelma t’Alla

19, 20. Kif jistaʼ jkun taʼ ġid li nkunu magħkusin?

19 Il-​fidi f’Alla u fil-​kelma tiegħu tgħinna nissaportu t-​tbatija u nagħmlu r-​rieda tiegħu. (Salm 119:​65-​72) Għalkemm il-​kburin kienu ‘xlewh bil-​gideb,’ is-​salmista kanta: “Swieli taʼ ġid li għakkistni.” (Salm 119:​66, 69, 71) Kif jistaʼ jkun taʼ ġid li xi ħadd mill-​qaddejja taʼ Ġeħova jkun magħkus?

20 Meta nkunu magħkusin, aħna bla dubju nitolbu bil-​ħrara lil Ġeħova, u b’hekk nersqu eqreb lejh. Forsi nqattgħu iktar ħin nistudjaw il-​Kelma miktuba t’Alla u forsi nagħmlu sforz akbar biex napplikawha. Ir-​riżultat ikun ħajja iktar hienja. Imma x’jiġri jekk meta nkunu magħkusin nirreaġixxu billi nuru karatteristiċi mhux mixtiqin, bħalma huma n-​nuqqas taʼ paċenzja u l-​kburija? Permezz taʼ talb bil-​ħerqa u bl-​għajnuna tal-​Kelma u l-​ispirtu t’Alla, aħna nistgħu negħlbu dawn id-​difetti u ‘nilbsu l-​personalità l-​ġdida’ iktar bis-​sħiħ. (Kolossin 3:​9-​14) Iktar minn hekk, il-​fidi tagħna tissaħħaħ meta nissaportu l-​għawġ. (1 Pietru 1:​6, 7) Pawlu bbenefika mit-​tribulazzjonijiet tiegħu għaliex għamluh jiddependi iktar minn Ġeħova. (2 Korintin 1:​8-​10) Inħalluha aħna s-​sofferenza jkollha effett tajjeb fuqna?

Afda Dejjem f’Ġeħova

21. X’jiġri meta Alla jġagħalhom jistħu lill-​kburin?

21 Il-​kelma t’Alla tagħtina bażi soda biex nafdaw f’Ġeħova. (Salm 119:​73-​80) Jekk nafdaw tassew fil-​Ħallieq tagħna, ma jkollniex għalfejn nistħu. Madankollu, minħabba dak li jagħmel ħaddieħor, ikollna bżonn il-​faraġ u forsi nħossuna li għandna nitolbu: “[Ħa] jistħu l-​kburin.” (Salm 119:​76-​78) Meta Ġeħova jġagħalhom jistħu lil uħud bħal dawn, ir-​riżultat ikun li jinkixfu l-​modi mill-​agħar tagħhom u jitqaddes l-​isem qaddis tiegħu. Nistgħu nibqgħu ċerti li dawk li jippersegwitaw lin-​nies t’Alla fil-​fatt ma jiksbu xejn. Per eżempju, qatt ma rnexxielhom​—u qatt ma se jirnexxilhom—iġibu fi tmiem lix-​Xhieda taʼ Ġeħova, li jafdaw f’Alla b’qalbhom kollha.​—Proverbji 3:​5, 6.

22. Is-​salmista f’liema sens kien ‘qisu ġild imnixxef fid-​duħħan’?

22 Meta niġu persegwitati, il-​kelma t’Alla ssaħħilna l-​fiduċja fih. (Salm 119:​81-​88) Minħabba li l-​kburin kienu qed jippersegwitawh, is-​salmista ħassu ‘qisu ġild imnixxef fid-​duħħan.’ (Salm 119:​83, 86) Fi żminijiet Bibliċi, fliexken magħmulin mill-​ġild taʼ l-​annimali kienu jintużaw biex jitpoġġa fihom l-​ilma, l-​inbid, u likwidi oħrajn. Meta ma kinux jintużaw, dawn il-​fliexken kienu jinxtorbu jekk jiġu mdendlin ħdejn xi nar f’kamra li ma jkunx fiha ċumnija. Qatt tħossok ‘qisek ġild imnixxef fid-​duħħan’ minħabba t-​tbatija jew il-​persekuzzjoni? Jekk iva, afda f’Ġeħova, u itlob: “Fit-​tjieba tiegħek agħtini l-​ħajja; u jiena nħares il-​preċetti taʼ fommok.”​—Salm 119:​88.

23. Xi kkunsidrajna fir-​reviżjoni li għamilna taʼ Salm 119:​1-​88, u x’nistgħu nistaqsu lilna nfusna hekk kif inħarsu ’l quddiem biex nistudjaw Salm 119:​89-​176?

23 Dak li kkunsidrajna fl-​ewwel nofs taʼ Salm 119 juri li Ġeħova jeżerċita l-​qalb tajba bl-​imħabba lejn il-​qaddejja tiegħu għaliex huma jafdaw fil-​kelma tiegħu u għandhom għal qalbhom it-​tfakkiriet, il-​kmandamenti, u l-​liġijiet tiegħu. (Salm 119:​16, 47, 64, 70, 77, 88) Hu jieħu pjaċir li dawk li huma dedikati lilu jibqgħu għassa skond il-​kelma tiegħu. (Salm 119:​9, 17, 41, 42) Hekk kif tħares ’il quddiem biex tistudja l-​bqija taʼ dan is-​salm sabiħ, tistaʼ tistaqsi lilek innifsek, ‘Inħalli jien tassew il-​kelma taʼ Ġeħova ddawwalli triqti?’

[Nota taʼ taħt]

a Hawn qed issir referenza għall-​messaġġ taʼ Ġeħova, mhux għal dak kollu li hemm fil-​Bibbja​—il-​Kelma t’Alla.

Int Kif Twieġeb?

• L-​hena veru minn xiex jiddependi?

• Il-​kelma taʼ Ġeħova kif iżżommna nodfa spiritwalment?

• Il-​kelma t’Alla b’liema mod tagħtina l-​kuraġġ u tfarraġna?

• Għala għandu jkollna l-​fidi f’Ġeħova u fil-​kelma tiegħu?

[Stampi f’paġna 11]

Rut, Raħab, u ż-​żgħażagħ Ebrej eżiljati f’Babilonja ‘ħarsu l-​Kelma t’Alla’

[Stampa f’paġna 12]

Pawlu tkellem bil-​kuraġġ fuq it-​tfakkiriet t’Alla quddiem is-​slaten

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja