-
Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ ĠeħovaGħix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
3. Ġeħova xi jridna nagħmlu biex inkunu ħbieb tiegħu?
Ġeħova jħobb lil kulħadd, imma hu għandu ħbiberija mill-qrib man-nies sewwa. (Proverbji 3:32) Ġeħova jistenna li l-ħbieb tiegħu jippruvaw jagħmlu dak li jgħid li hu tajjeb. Imma jistenna wkoll li jevitaw dak li għalih hu ħażin. Xi nies jaħsbu li diffiċli biex jgħixu ma’ dak li Alla jgħid li hu tajjeb u ħażin. Imma kun ċert li Ġeħova jifhimna. Hu ħabib ta’ kull min vera jħobbu u jagħmel l-aħjar li jista’ biex jogħġbu.—Salm 147:11; Atti 10:34, 35.
-
-
Kun Onest f’KolloxGħix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
Kun Onest f’Kollox
Kulħadd jixtieq ħbieb onesti. Għalhekk anki Ġeħova jistenna li l-ħbieb tiegħu jkunu onesti. Imma dan mhuwiex faċli meta ngħixu f’dinja fejn ħafna nies mhumiex onesti. Għala hu tajjeb li dejjem inkunu onesti?
1. X’inhi l-iżjed raġuni importanti biex inkunu onesti?
Meta nkunu onesti m’oħrajn, inkunu qed nuru lil Ġeħova li aħna nħobbuh u nirrispettawh. Aħseb: Ġeħova jaf kull ħaġa li naħsbu u nagħmlu. (Ebrej 4:13) Hu jkun jaf meta nagħżlu li nkunu onesti, u dan jagħmlu ferħan. Il-Bibbja tgħid: ‘Il-qarrieq huwa mistkerrah minn Ġeħova, imma Hu għandu ħbiberija tajba man-nies sewwa.’—Proverbji 3:32.
2. Kif nistgħu nkunu onesti f’ħajjitna?
Ġeħova jridna ‘ngħidu l-verità lil xulxin.’ (Żakkarija 8:16, 17) Dan xi jfisser? Jekk qed nitkellmu maʼ tal-familja, tax-xogħol, l-aħwa Kristjani, jew uffiċjali tal-gvern, irridu ngħidu l-verità kollha u ma nigdbux. Nies onesti ma jisirqux jew iqarrqu b’oħrajn. (Aqra Proverbji 24:28 u Efesin 4:28.) Huma jħallsu t-taxxi kollha li hemm bżonn. (Rumani 13:5-7) Allura aħna “nġibu ruħna bl-onestà f’kollox.”—Ebrej 13:18.
3. Għala jkun tajjeb li nkunu onesti?
Meta oħrajn jaraw kemm aħna onesti, huma se jafdawna. Aħna ngħinu lil kulħadd fil-kongregazzjoni biex iħossu komdu, bħal familja li tħobb lil xulxin. Se jkollna kuxjenza nadifa. Meta nkunu onesti, se ‘nsebbħu t-tagħlim t’Alla, is-Salvatur tagħna.’ U b’hekk, oħrajn ikunu jridu jsiru jafu lil Ġeħova.—Titu 2:10.
TGĦALLEM IŻJED
Ara kif l-onestà teffettwa lil Ġeħova u lilek. U tgħallem kif tistaʼ tkun onest f’sitwazzjonijiet differenti f’ħajtek.
4. Meta nkunu onesti, inferrħu lil Ġeħova
Aqra Salm 44:21 u Malakija 3:16, u mbagħad iddiskuti:
Taħseb li nistgħu naħbu l-verità minn Ġeħova? Għala taħseb hekk?
Kif taħseb li jħossu Ġeħova meta ngħidu l-verità anki meta ma jkunx faċli?
Meta t-tfal jgħidu l-verità, il-ġenituri tagħhom ikunu ferħanin. Meta aħna ngħidu l-verità, Ġeħova jkun ferħan
5. Kun onest il-ħin kollu
Ħafna nies jaħsbu li mhux dejjem tistaʼ tkun onest. Imma għala għandna nkunu onesti l-ħin kollu? Ara l-VIDJOW.
Aqra Ebrej 13:18, u mbagħad iddiskuti kif nistgħu nkunu onesti . . .
maʼ tal-familja.
ix-xogħol jew l-iskola.
f’sitwazzjonijiet oħrajn.
6. Li nkunu onesti se jgħinna
Kultant jistaʼ jidher li jekk inkunu onesti se jkollna l-problemi. Imma li tkun onest dejjem hu l-aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel. Aqra Salm 34:12-16, u mbagħad iddiskuti:
Kif se jkollok ħajja aħjar meta tkun onest?
Irġiel u nisa onesti jkollhom żwieġ b’saħħtu
Ħaddiem onest jirbaħ il-fiduċja tal-imgħallem tiegħu
Nies onesti jkollhom reputazzjoni tajba mal-uffiċjali tal-gvern
ĦAFNA JGĦIDU: “Billi tgħid gidba żgħira ma jiġri xejn.”
Għala temmen li Ġeħova jobgħod il-gideb kollu?
XI DDISKUTEJNA?
Ġeħova jrid li l-ħbieb tiegħu jkunu onesti f’dak kollu li jgħidu u jagħmlu.
X’Tgħallimt
Kif nistgħu nkunu onesti?
Għala mhux tajjeb li naħbu l-verità?
Għala trid tkun onest f’kollox?
ARA IŻJED
Il-ġenituri kif jistgħu jgħallmu t-tfal tagħhom ikunu onesti?
Għala hu tajjeb li nżommu l-wegħdi tagħna?
Sir af għala rridu nħallsu t-taxxi anki meta ma jiġux użati tajjeb.
“It-Taxxi—Għandek Tħallashom?” (It-Torri tal-Għassa, Ottubru-Diċembru 2011)
Raġel li ma kienx onest, x’għamel biex ibiddel ħajtu u jaħdem b’mod onest?
“I Learned That Jehovah Is Merciful and Forgiving” (The Watchtower, May 1, 2015)
-
-
Agħżel Ħbieb TajbinGħix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
2. Ġeħova kif iħossu bil-ħbieb tiegħek?
Ġeħova jagħżel il-ħbieb tiegħu sew. Hu għandu ħbiberija tajba ma’ nies tajbin. (Proverbji 3:32) Ġeħova kif se jħossu jekk ikollna ħbieb li ma jħobbuhx? Hu żgur mhux se jħossu ferħan! (Aqra Ġakbu 4:4.) Imma Ġeħova jistaʼ jieħu pjaċir bina u jkun ħabib tagħna. Dan jistaʼ jsir jekk nagħżlu ħbieb tajbin u nipprovaw inkunu iktar ħbieb tiegħu u taʼ dawk li jħobbuh.—Salm 15:1-4.
-