Ġardinar Espert
IN-NEMLA Sud Amerikana li tqattaʼ l-weraq, tbellah lill-bijoloġisti bit-tekniki taʼ ġardinaġġ sofistikati tagħha. Biex jipprovdi l-ikel, dan l-insett ċkejken jaqtaʼ frak tal-weraq u jiġbor tilqit mill-art tal-foresta u jġibhom lura lejn il-bejta tiegħu taħt l-art. In-nemla mbagħad titħan dawn il-biċċiet f’tgħassida biex titmaʼ l-ġnien tal-faqqiegħ tagħha. Din in-nemla li tqattaʼ l-weraq taf istintivament kif iżżomm l-uċuħ tagħha b’temperatura u umdità ideali biex tikseb l-aħjar riżultati. Biex toħloq ġonna ġodda, din tittrasferixxi qatgħat minn uċuħ stabbiliti għal ġo ħammieli ġodda tal-weraq. Din in-nemla li tqattaʼ l-weraq saħansitra rnexxiela ssir esperta fiż-żbir biex il-faqqiegħ ikun taʼ l-akbar daqs possibbli. Riċerkaturi minn Wales osservaw li din il-ġardinara tas-sengħa taġġusta l-isforzi tagħha skond il-ħtiġijiet għall-ikel tal-bejta tagħha, u b’hekk tiffranka l-enerġija.
Il-ġardinaġġ jinvolvi xogħol iebes, u n-nemla li tqattaʼ l-weraq hija taʼ l-għaġeb f’dan ir-rigward. Mhux taʼ b’xejn li l-Bibbja tgħid: “Mur għand in-nemla, ja għażżien, ara kif tgħix, u tgħallem minnha. M’għandhiex min hu fuqha, la għassies u lanqas ħâkem; madankollu taħżen ikilha fis-sajf, tħejji għajxienha fi żmien il-ħsad.” (Proverbji 6:6-8) Tabilħaqq, l-istint tan-nemla li tqattaʼ l-weraq jixhed l-għerf tal-Ħallieq tagħha, Alla Jehovah.—Proverbji 30:24, 25.