LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 8/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • “Hieni Min Isib l-Għerf”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • “It-Teżori Kollha ta’ l-Għerf”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • ‘Kemm huwa profond l-għerf t’Alla!’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • L-Għerf Veru Jkompli Jgħajjat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 8/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Kif nafu li d-​deskrizzjoni dwar l-​għerf fi Proverbji 8:​22-31 tapplika għal Ġesù Kristu fl-​eżistenza tiegħu qabel ma sar bniedem?

Id-​deskrizzjoni ispirata dwar l-​għerf li nsibu fil-​ktieb tal-​Proverbji tgħid: “Il-​Mulej [“nissilni,” NW] sa mill-​bidu taʼ għemilu, sa minn qabel l-​eqdem għemejjel tiegħu. . .  Qabel ma tqiegħdu l-​muntanji, qabel l-​għoljiet jien [“tnissilt bħallikieku bl-​uġigħ tal-​ħlas,” NW]. . .  Meta ħejja s-​smewwiet jien kont hemm, . . . jien [“kont maġenbu bħala ħaddiem tas-​sengħa,” NW], l-​għaxqa tiegħu, jum wara ieħor, nitliegħeb il-​ħin kollu quddiemu; . . . nitgħaxxaq b’ulied il-​bnedmin.”

Dawn il-​versi m’humiex qed jitkellmu sempliċement dwar l-​għerf divin jew l-​għerf bħala konċett intellettwali. Għala le? Minħabba li l-​għerf deskritt hawnhekk kien ‘ġie mnissel,’ jew maħluq, bħala l-​bidu taʼ l-​għemejjel taʼ Ġeħova. Alla Ġeħova eżista minn dejjem u kien għaref minn dejjem. (Salm 90:​1, 2) L-​għerf tiegħu m’għandux bidu; la ġie maħluq u lanqas ma ġie mnissel. Dan ma ġiex “bl-​uġigħ tal-​ħlas.” Barra minn hekk, dan l-​għerf jitkellem u jaġixxi, u b’hekk jirrappreżenta persuna.—Proverbji 8:1.

Il-ktieb tal-​Proverbji jgħid li żmien twil ilu l-​għerf kien maġenb Ġeħova, il-​Ħallieq, bħala “ħaddiem tas-​sengħa.” Dan ċertament li japplika għal Ġesù. Ħafna qabel ma ġie fuq l-​art, Ġesù ħadem tant mill-​viċin maʼ Ġeħova li l-​Kelma t’Alla tgħid: “Hu kien qabel l-​affarijiet l-​oħrajn kollha u permezz tiegħu dawn kollha saru jeżistu.”—Kolossin 1:17; Rivelazzjoni 3:14.

L-għerf huwa adattat bħala deskrizzjoni taʼ l-​Iben t’Alla, ladarba hu kien il-​Wieħed li għarrafna l-​iskopijiet u d-​digrieti mimlijin għerf taʼ Ġeħova. Qabel ma eżista bħala bniedem Ġesù kien il-​Kelma t’Alla, jew il-​Kelliemi tiegħu. (Ġwanni 1:1) Huwa deskritt bħala “l-​qawwa t’Alla u l-​għerf t’Alla.” (1 Korintin 1:​24, 30) X’deskrizzjoni mill-​isbaħ taʼ l-​Iben t’Alla, li minħabba li jitgħaxxaq bil-​bnedmin, hu ġie mqanqal jagħti ħajtu bħala fidwa għalihom!—Ġwanni 3:16.

[Stampa f’paġna 31]

“Qabel ma tqiegħdu l-​muntanji . . . jien [“tnissilt,” “NW”]”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja