-
Ikseb l-Għerf u Aċċetta d-DixxiplinaIt-Torri tal-Għassa—1999 | Settembru 15
-
-
L-objettiv tal-ktieb tal-Proverbji huwa spjegat fil-kliem tal-ftuħ tiegħu: “Il-proverbji taʼ Salamun bin David sultan taʼ Iżrael: biex jagħrfu l-bnedmin l-għerf u t-tagħlim [“id-dixxiplina,” “NW”], biex jifhmu kliem l-għaqal, biex jieħdu tagħlim tajjeb, skond il-ġustizzja, id-dritt u s-sewwa; biex jingħata dehen liċ-ċkejknin [“lil dawk taʼ bla esperjenza,” “NW”], l-għerf u l-għaqal liż-żgħażagħ.”—Proverbji 1:1-4.
-
-
Ikseb l-Għerf u Aċċetta d-DixxiplinaIt-Torri tal-Għassa—1999 | Settembru 15
-
-
Nies għaqlin huma meqjusin u ma jibilgħux kollox bħal mazzun. (Proverbji 14:15) Huma kapaċi jagħrfu minn qabel li jkun ġej xi gwaj u jippreparaw għalih. U l-għerf jgħinna nifformaw ħsibijiet u ideat edifikanti li jagħtu direzzjoni bi skop fil-ħajja. L-istudju tal-proverbji Bibliċi huwa tabilħaqq premjanti għaliex dawn ġew dokumentati sabiex aħna nagħrfu l-għerf u d-dixxiplina. Saħansitra “dawk taʼ bla esperjenza” li jiftħu widnejhom għall-proverbji se jiksbu l-għaqal, u ż-“żgħażagħ” jiksbu l-għarfien u l-abbiltà tal-ħsieb.
-