LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/15 p. 9
  • Għerf li jipproteġi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għerf li jipproteġi
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • “Hieni Min Isib l-Għerf”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • L-Għerf Veru Jkompli Jgħajjat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Jistaʼ l-Għana Jagħmlek Hieni?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Introduzzjoni
    Stenbaħ!—2017
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 3/15 p. 9
Żewġt irġiel fi triq mudlama jħarsu lejn mara tat-​tajjeb għaddejja

Għerf li jipproteġi

“Il-​bniedem jifdi ħajtu b’ġidu: iżda l-​fqir ma jismaʼ qatt theddid.”—PROVERBJI 13:8, Il-​Bibbja Mqaddsa, Karm Żammit.

FILWAQT li l-​għonja forsi jkollhom ċerti vantaġġi, il-​ġid hu barka mħallta, speċjalment fiż-​żminijiet perikolużi tagħna. (2 Timotju 3:1-​5) F’xi pajjiżi, in-​nies sinjuri, inkluż turisti li jidhru tat-​tajjeb, saru mira tal-​ħallelin u taʼ dawk li jaħtfu n-​nies biex jitolbu rahan.

F’pajjiż wieħed li qed jiżviluppa, rapport tal-​aħbarijiet stqarr: “Serq vjolenti, frodi, u ħtif taʼ nies jikkaġunaw mibegħda bejn is-​sinjuri u l-​foqra. Ir-​restoranti għandhom għassiesa armati; id-​djar tas-​sinjuri għandhom ħitan bil-​barbed wire, dwal qawwijin, kameras, u gwardji tas-​sigurtà.” Sitwazzjoni simili teżisti f’ħafna pajjiżi oħrajn.

Madankollu, il-​Bibbja tgħid, “il-​fqir ma jismaʼ qatt theddid.” Kif tistaʼ tibbenefika minn għerf prezzjuż bħal dan? Jekk toqgħod f’post magħruf għall-​kriminalità u l-​vjolenza jew jekk ikollok tivvjaġġa lejn xi post bħal dan, tiġbidx l-​attenzjoni lejk innifsek billi tagħti l-​impressjoni li int sinjur. Aħseb sew dwar x’tilbes u dak li ġġorr miegħek, speċjalment jekk l-​affarijiet li għandek jiġu nnotati. “Min hu prudenti jara l-​gwaj,” jgħid Proverbji 22:3, “imma dawk taʼ bla esperjenza jibqgħu sejrin u jkollhom iħallsu l-​piena.”

L-​għerf imniżżel fil-​Bibbja juri kemm il-​Ħallieq tagħna jieħu ħsiebna. Hu jrid li aħna nkunu protetti. Dan “l-​għerf hu protezzjoni,” jgħid Ekkleżjasti 7:12, għax “iżomm ħaj lil sidu.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja