-
Agħżel Ħbieb TajbinGħix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
LEZZJONI 48
Agħżel Ħbieb Tajbin
Ħabib kbir jgħinna nkunu iktar ferħanin meta kollox ikun sejjer tajjeb, u jkun hemm għalina fi żminijiet diffiċli. Imma l-Bibbja tavżana li mhux kulħadd huwa ħabib tajjeb. Allura kif tistaʼ tagħżel ħbieb tajbin? Aħseb fuq il-mistoqsijiet li ġejjin.
1. Kif jeffettwawk il-ħbieb?
Huwa normali li nagħmlu u naħsbu bħal dawk li nagħmluha magħhom. Dawn jistgħu jeffettwawna kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin. Ma jagħmilx differenza kif inqattgħu l-ħin magħhom, dan jistaʼ jkun anki bl-internet. Bħalma tgħid il-Bibbja, “min qed jimxi maʼ l-għorrief se jsir għaref, imma min qed jagħmilha maʼ l-istupidi se jaħbatlu ħażin.” Il-kelma stupidi tirreferi għal dawk li ma jħobbux lil Ġeħova. (Proverbji 13:20) Ħbieb li jħobbu lil Ġeħova u jaqduh jgħinuk tibqaʼ qrib tiegħu u tiddeċiedi tajjeb. Imma jekk inkunu close ma’ ħbieb li ma jħobbux lil Ġeħova, nistgħu nispiċċaw ma nħobbuhx aħna wkoll. Mela għalhekk il-Bibbja tgħidilna biex nagħżlu ħbieb tajbin! Meta l-ħbieb tagħna jħobbu lil Alla, aħna se ninfluwenzaw lil xulxin b’mod tajjeb. B’hekk, inkunu nistgħu ‘nibqgħu ninkuraġġixxu lil xulxin u nibnu lil xulxin.’—1 Tessalonikin 5:11.
2. Ġeħova kif iħossu bil-ħbieb tiegħek?
Ġeħova jagħżel il-ħbieb tiegħu sew. Hu għandu ħbiberija tajba ma’ nies tajbin. (Proverbji 3:32) Ġeħova kif se jħossu jekk ikollna ħbieb li ma jħobbuhx? Hu żgur mhux se jħossu ferħan! (Aqra Ġakbu 4:4.) Imma Ġeħova jistaʼ jieħu pjaċir bina u jkun ħabib tagħna. Dan jistaʼ jsir jekk nagħżlu ħbieb tajbin u nipprovaw inkunu iktar ħbieb tiegħu u taʼ dawk li jħobbuh.—Salm 15:1-4.
TGĦALLEM IŻJED
Sir af għala hu importanti li jkollok ħbieb tajbin, u ara kif tistaʼ tagħmel ħbieb ma’ nies li se jgħinuk.
3. Oqgħod attent maʼ min tagħmilha
In-nies li ma jħobbux lil Alla u l-istandards tiegħu mhumiex ħbieb tajbin. Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
Kif nistgħu nibdew nagħmluha ma’ nies ħżiena mingħajr ma nindunaw?
Aqra l-1 Korintin 15:33, u mbagħad iddiskuti:
Kif tkun taf li xi ħadd jistaʼ jkun ħabib ħażin? Għala taħseb hekk?
Aqra Salm 119:63, u mbagħad iddiskuti:
Kif tkun taf li xi ħadd jistaʼ jkun ħabib tajjeb?
Tuffieħa mħassra tħassar lill-oħrajn. Kif jistaʼ ħabib ħażin jeffettwak?
4. Kun ħabib tajjeb maʼ nies differenti minnek
Il-Bibbja titkellem dwar żewġ irġiel Iżraelin jisimhom David u Ġonatan. Huma ma kinux tampar xulxin u Ġonatan kien it-tifel tas-sultan. Imma xorta kienu ħbieb kbar. Aqra l-1 Samwel 18:1, u mbagħad iddiskuti:
Il-vers kif jurina li l-ħbieb tagħna m’hemmx għalfejn ikunu tamparna jew tal-istess background?
Aqra Rumani 1:11, 12, u mbagħad iddiskuti:
Ħbieb li jħobbu lil Ġeħova, kif jistgħu jgħinu lil xulxin?
Fil-vidjow, ara kif ħu żagħżugħ irnexxielu jagħmel ħbieb ma’ nies differenti. Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsijiet.
Fil-vidjow, il-ġenituri taʼ Akil għala kienu inkwetati dwar il-ħbieb li kellu fl-iskola?
Fil-bidu għala kien jieħu pjaċir ikun magħhom?
X’għamel biex ma jibqax iħossu waħdu?
5. Agħmel ħbieb tajbin
Tgħallem kif tistaʼ tagħmel ħbieb tajbin u kif tistaʼ tkun ħabib tajjeb. Ara l-VIDJOW.
Aqra Proverbji 18:24 u 27:17, u mbagħad iddiskuti:
Kif jgħinu lil xulxin ħbieb taʼ vera?
Għandek ħbieb tajbin bħal dawn? Jekk le, kif jistaʼ jkollok ħbieb bħal dawn?
Aqra Filippin 2:4, u mbagħad iddiskuti:
Biex ikollok ħbieb tajbin, int trid tkun ħabib tajjeb. Kif tistaʼ tkun ħabib tajjeb?
Trid tkun ħabib tajjeb biex ikollok ħbieb tajbin
ĦAFNA JGĦIDU: “Jekk il-ħbieb jittrattawk tajjeb, ma tagħmilx differenza x’jemmnu.”
Int x’taħseb?
XI DDISKUTEJNA?
Meta noqogħdu attenti xi ħbieb ikollna, se jkun tajjeb għalina u Ġeħova se jieħu pjaċir bina.
X’Tgħallimt
Għala hu importanti għal Ġeħova x’tip taʼ ħbieb nagħżlu?
Maʼ min m’għandniex nagħmluha?
Kif jistaʼ jkollok ħbieb tajbin li jħobbu lil Ġeħova?
ARA IŻJED
Ara kif ħbieb tajbin jistgħu jgħinuna meta ngħaddu minn żminijiet diffiċli.
“Ibni ħbiberiji b’saħħithom qabel jiġi t-tmiem” (It-Torri tal-Għassa, Novembru 2019)
Ara x’tistaʼ tagħmel biex ikollok ħbieb tajbin.
X’għandek tkun taf dwar il-ħbieb li jkollok fuq l-internet?
Fl-istorja “Ixxennaqt Għal Missier,” sir af għala raġel għażel li jagħmel ħbieb ġodda.
“Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet” (It-Torri tal-Għassa, 1 tʼApril 2012)
-
-
Ħu Pjaċir b’Affarijiet li Jogħġbu lil ĠeħovaGħix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
1. Fuqiex għandna naħsbu qabel nagħżlu x’se nagħmlu?
X’tieħu pjaċir tagħmel? Xi nies jieħdu pjaċir joqogħdu d-dar. Huma jieħdu pjaċir jaqraw ktieb, jisimgħu l-mużika, jaraw film, jew ifittxu fuq l-internet. Oħrajn jieħdu pjaċir jagħmlu xi affarijiet mal-ħbieb, bħal jimxu, jgħumu, jew jilagħbu xi logħba. Nagħżlu x’nagħżlu, irridu nkunu ċerti li jkun “aċċettabbli għall-Mulej.” (Efesin 5:10) Dan hu importanti li nifhmuh! Ħafna affarijiet li n-nies jieħdu pjaċir jagħmlu jkun fihom affarijiet li Ġeħova jobgħod. Ikun fihom affarijiet bħal vjolenza, immoralità sesswali, u spiritiżmu. (Aqra Salm 11:5.) X’se jgħinna nagħżlu divertiment tajjeb?
Jekk nagħżlu ħbieb li jħobbu lil Ġeħova, huma jistgħu jgħinuna nagħmlu affarijiet tajbin. Kif tgħallimna f’lezzjoni 48, “min qed jimxi maʼ l-għorrief se jsir għaref.” Imma jekk dejjem inkunu ma’ nies li ma jobdux dak li jgħidilna Ġeħova, ‘se jaħbtilna ħażin.’—Proverbji 13:20.
-