-
Kif Nistaʼ Nittratta maʼ Nies Irrabjati?Stenbaħ!—2001 | Diċembru 8
-
-
“Kellu rabja vjolenti. Forsi minħabba li rani żgħir, ried jaqbad jagħtini. Jien u ninġibed lura, għedtlu: ‘Stenna ftit! Stenna minuta! Stenna minuta! Għala trid taqbad tagħtini? M’għamiltlek xejn. Lanqas biss naf għalfejn int daqshekk irrabjat. Nistgħu nitkellmu ftit?’” —David taʼ 16-il sena.
-
-
Kif Nistaʼ Nittratta maʼ Nies Irrabjati?Stenbaħ!—2001 | Diċembru 8
-
-
Il-Bibbja tagħti din it-twissija għaqlija: “Tweġiba ħelwa ttaffi l-korla, kelma iebsa tqajjem l-għadab.” (Proverbji 15:1) Iva, meta twieġeb għar-rabja b’“kelma iebsa,” is-sitwazzjoni tistaʼ biss issir agħar. Madankollu, tweġiba ħelwa tistaʼ taʼ spiss tikkalma u tnaqqas it-tensjoni tas-sitwazzjoni.
Ftakar f’David, li ssemma fil-bidu taʼ dan l-artiklu. Hu kien kapaċi jġiegħel lill-bùli jispjegalu għala kien irrabjat. Xi ħadd kien seraqlu l-ħobż, u għalhekk il-bùli kien sempliċement qed jisfoga l-frustrazzjoni tiegħu maʼ l-ewwel persuna li ġiet quddiemu. “Billi taqbad tagħtini m’intix se ġġib lura l-ħobż tiegħek,” irraġuna miegħu David. Hu mbagħad issuġġerixxa li t-tnejn flimkien imorru fil-kafetterija. “Peress li kont naf lil min kien jaħdem hemm,” jiftakar David, “Stajt nirranġalu biex xorta jkollu x’jiekol. Ħadli b’idi, u wara dan tgħidx kemm sirna ħbieb.” Qed tinnota kemm hu b’saħħtu l-kliem ħelu? Bħalma jispjega proverbju wieħed, “ilsien ħelu nnifsu jistaʼ jkisser għadma.”—Proverbji 25:15, NW.
-