LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 6/1 pp. 3-4
  • Int Tistaʼ Ssib il-Ferħ f’Dinja taʼ Dwejjaq!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Tistaʼ Ssib il-Ferħ f’Dinja taʼ Dwejjaq!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Egħruq taʼ Dipressjoni Serja
  • Niskopru l-Għerq tal-Problema
    Stenbaħ!—2001
  • Id-Dipressjoni—Xi Jħoss Min Ibati Biha?
    Stenbaħ!—2009
  • Id-​dipressjoni fost iż-​żgħażagħ—Għala? X’jistaʼ jgħinhom?
    Stenbaħ!—2017
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 6/1 pp. 3-4

Int Tistaʼ Ssib il-​Ferħ f’Dinja taʼ Dwejjaq!

MARIE għandha xeħta taʼ waħda wiċċha għad-​dawl u ferriħija. Lanqas jitwemmen li, sa ftit snin ilu biss, din il-​mara taʼ 32 sena ddeskriviet lilha nfisha bħala li kienet mejta minn ġewwa. Marie kienet vittma taʼ dipressjoni serja. “Kien qisu li sħaba kbira sewda telgħet ’il fuq bil-​mod il-​mod,” hi tispjega. Iva, nieħdu gost ingħidu li hi rkuprat u reġgħet sabet il-​ferħ tagħha.

Kull sena mitt miljun persuna mad-​dinja kollha jiġu milquta minn dipressjoni qawwija! Din il-​marda mhix sempliċi burdata ħażina li tgħaddi malajr u li ħafna minna ngħaddu minnha kultant żmien. Dipressjoni qawwija tinvolvi dwejjaq li ma jaqtax. Il-​persuna dipressa titlef l-​interess fil-​ħajja, ma ssib gost f’xejn, u tħossha bla tama u ma tiswa għal xejn. Fl-​1983 l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa stqarret: “Fil-​preżent hemm ftit li xejn dubju li hemm kundizzjonijiet taʼ dipressjoni f’kull parti tad-​dinja.”

Studenti tal-​Bibbja li huma attenti m’humiex sorpriżi b’dan ir-​rapport. Il-​Bibbja tidentifika ż-​żmien tagħna bħala l-​“aħħar jiem,” ikkaratterizzati bi “żminijiet kritiċi li iebes biex issib tarfhom.” (2 Timotew 3:1-5) Strutturi soċjali li fil-​passat taw appoġġ fi żmien taʼ kriżi emozzjonali iddeterjoraw. Fl-​artiklu “L-​Era tal-​Malinkonija?”, Dr. Gerald Klerman attribwixxa ż-​żjieda kurrenti taʼ dipressjoni għal din il-​bidla. Hu spjega: “It-​tliet sistemi taʼ appoġġ soċjali l-​iktar komuni kienu l-​familja, il-​knisja, u n-​nies li joqogħdu qrib tiegħek. . . . Hija karatteristika taż-​żmien preżenti li t-​tlieta li huma mis-​sistemi soċjali taʼ appoġġ huma fi gradi varji taʼ taħwid.”

Kienet il-​firda fil-​familja taʼ Marie li wasslitha biex tiddispra. “Meta l-​mara taʼ missieri telqet bla kliem u bla sliem, ħassejtni traduta u waħdi. Kelli 12-il sena, u f’daqqa waħda d-​dinja tiegħi inqalbet taʼ taħt fuq,” tiftakar Marie. Ftit wara kellha titlaq mid-​dar għaliex missierha għamel avanzi mmorali lejha, u hi tammetti: “Ħassejtni mhux normali, u tlift kull fiduċja fija nnifsi.” B’hekk bdiet in-​niżla tagħha lejn dipressjoni serja.

Jum wieħed waqt li Marie kienet dipressa ferm, tnejn mix-​Xhieda taʼ Jehovah ħabbtu l-​bieb tagħha. Immedjatament hi wriet interess kbir fil-​messaġġ ferrieħi tal-​Bibbja li tawha. “Qabel, kont nara biss il-​ħajja bla siwi u tant affarijiet koroh, imma issa sirt konvinta li stajt ingħix f’dinja ġdida fejn Alla kien se jirranġa dawn l-​inġustiżzji kollha. Bil-​għajnuna t’Alla stajt nikkwalifika għal barka bħal din; b’hekk ħajti saret verament taʼ siwi.” Hekk kif hi attendiet għal-​laqgħat tax-​Xhieda, sabet imħabba ġenwina u appoġġ emozzjonali. (Ġwann 13:34, 35) Il-​pariri mogħtija b’sengħa kbira mill-​anzjani tal-​kongregazzjoni wkoll għenuha tibdel il-​mod taʼ ħsieb negattiv tagħha. (Ġakbu 5:14) Id-​dipressjoni tagħha bdiet tbatti. Numru kbir taʼ nies oħra li, bħal Marie, huma dipressi bil-​kundizzjonijiet tad-​dinja sabu “il-​ferħ taʼ Jehovah” billi ħadu għarfien eżatt tal-​verità tal-​Bibbja.—Neħemija 8:10; 1 Timotew 2:4.

Iżda, id-​dipressjoni taʼ Marie sparixxiet mill-​ewwel? Għandna nassumu li l-​Kristjani ma tistax taqbadhom dipressjoni? Biex inwieġbu dawn il-​mistoqsijiet, irridu nagħtu iktar minn ħarsa superfiċjali lejn din il-​marda u l-​kaġuni kumplessi tagħha. Li tkun taf l-​egħruq veri tad-​dipressjoni jistaʼ jgħinek biex ikollok iktar suċċess f’li tiffaċċjaha fuqek stess jew f’li tgħin lil xi ħadd li qed isofri minnha.

L-​Egħruq taʼ Dipressjoni Serja

F’xi każi d-​dipressjoni għandha kaġuni fiżjoloġiċi, bħalma hu l-​mard, defiċjenzi nutrittivi, u problemi fl-​ormoni. Tistaʼ wkoll tkun reazzjoni lejn xi tossiċi, tniġġis, mediċinali, u allerġeni.a Madankollu, l-​Bibbja tirrivela li l-​“ħsibijiet li jinkwetaw” taʼ dak li jkun ukoll jistgħu jkunu l-​kaġun.—Salm 94:19.

Il-biċċa l-​kbira tan-​nies li jsiru dipressi, bħal Marie, iltaqgħu maʼ numru taʼ esperjenzi koroh u li jweġġgħu jew sitwazzjonijiet taʼ stress. Ħafna jħossuhom bħas-​salmista: “Ruħi kellha biżżejjed inkwiet . . . Huma daru għalija kollha f’salt. Int [Jehovah] poġġejt ’il bogħod minni ħabib u sieħeb; dawk li jafuni huma post mudlam.” (Salm 88:3, 17, 18) Mela bħas-​salmista, iħossuhom konfużi bil-​problemi jew telfiet u jqisu l-​ħajja tagħhom inġenerali bħala bla tama. Jistgħu jħossuhom bħal li kieku kienu waħedhom suli f’post mudlam u li saħansitra Alla telaqhom.

Għala jaslu għal konklużjoni skuraġġanti bħal din, u b’hekk jiżviluppaw spirtu milqut? M’huwiex biss minħabba l-​problemi tagħhom minn barra; huwa dovut ukoll għal li jħossuhom muġugħin u suspettużi dwarhom infushom. Iħossuhom mhux kapaċi jlaħħqu mal-​problema jew telfa. “Minhabba l-​uġigħ tal-​qalb hemm spirtu milqut,” jispjega Proverbji 15:13. Uġigħ taʼ qalb bħal dan ikun jinkludi li wieħed iħossu li falla jew li oħrajn jaħsbu hekk fuqu. Anki l-​Kristjan tal-​ewwel seklu Epafroditus, wara li rkupra minn marda serja matul missjoni li ġiet irranġata mill-​kongregazzjoni tiegħu, sar “dipress għaliex [il-kongregazzjoni] semgħet li hu kien marad.”−Filippin 2:25-30.

Ladarba ‘spirtu milqut inixxef il-​għadam,’ jew idgħajjef lil dak li jkun, li wieħed iħoss li m’għandux stima tiegħu nnifsu spiss huwa l-​għerq taʼ dipressjoni qawwija. (Proverbji 17:22) Uġigħ taʼ qalb forsi wkoll jiġi minn tħassib iżżejjed dwar kif oħrajn iħarsu lejna, perfezzjoniżmu, rabja li ma tgħaddix, li żżomm f’qalbek, konflitti li ma ġewx solvuti maʼ oħrajn, jew ħtija (vera jew esaġerata).

Għalhekk il-​kaġuni taʼ dipresjoni qawwija huma ħafna. Madankollu, Marie sabet ferħ veru wara li saret Kristjana. “Jien imbagħad kelli tama,” qalet hi.

[Nota taʼ taħt]

a Ara “Depression: All in One’s Head?” fil-​ħarġa tal-​Awake! tat-​22 t’Ottubru, 1987.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja