LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 10/15 pp. 12-16
  • Irrifjuta l-Fantasiji tad-Dinja, Iġri Wara r-Realtajiet tas-Saltna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Irrifjuta l-Fantasiji tad-Dinja, Iġri Wara r-Realtajiet tas-Saltna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Eżempji taʼ Twissija
  • Irrifjutahom il-​Fantasiji tad-​Dinja
  • Ir-​Realtajiet tas-​Saltna
  • Niġru wara Realtajiet tas-​Saltna
  • Ibqaʼ Iġri wara s-​Saltna
  • Il-Fedeltà fiż-Żwieġ—Xi Tfisser Verament?
    Stenbaħ!—2009
  • Egħleb l-Ostakli li Jfixklu l-Progress Tiegħek!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Is-Saltna t’Alla Taħkem
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Ibqaʼ ‘Fittex l-Ewwel is-Saltna’
    Qim lill-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 10/15 pp. 12-16

Irrifjuta l-​Fantasiji tad-​Dinja, Iġri Wara r-​Realtajiet tas-​Saltna

“Ibqgħu, allura, fittxu l-​ewwel is-​saltna u t-​tjieba tiegħu, u dawn l-​affarijiet l-​oħra kollha se jiżdidulkom.”—MATTEW 6:33

1. Il-​Kelma t’Alla leima twissija tagħti rigward il-​qalb figurattiva, u liema hu wieħed mill-​modi ewlenin li tqarraq bina?

“IKTAR minn kull ħaġa oħra li trid tiġi mgħassa, issalvagwardja lil qalbek, għax minn ġo fiha huma s-​sorsi tal-​ħajja.” (Proverbji 4:23) Għala kien neċessarju għall-​għaref Sultan Salamun li jagħti din it-​twissija? Għaliex “il-​qalb tinganna iktar minn kull ħaga oħra u hi ddisprata.” (Ġeremija 17:9) Wieħed mill-​modi ewlenin li bih il-​qalb figurattiva tagħna tistaʼ tqarraq bina hu billi ġġagħalna nagħtuha għal fantasiji tad-​dinja. Imma fantasiji x’inhuma? Huma immaġinazzjonijiet mhux realistiċi, ħolm bi nhar, ħsibijiet vojta taʼ min ma jkollux x’jagħmel. Meta dan il-​ħolm bi nhar isir fantasiji tad-​dinja, ma jkunx sempliċi ħela taʼ żmien imma jkun ukoll taʼ ħsara kbira. B’hekk, irridu nirrifjutawh għalkollox. Fil-​fatt, jekk aħna nobogħdu l-​ksur tal-​liġi bħalma għamel Ġesù, se ngħassu lil qlubna kontra li nagħtuha għal fantasiji tad-​dinja.—Ebrej 1:8, 9.

2. X’inhuma l-​fantasiji tad-​dinja, u għala għandna nirrifiutawhom?

2 Imma fantasiji tad-​dinja x’inhuma? Dawn huma fantasiji li huma karatteristiċi taʼ din id-​dinja li tinsab taħt il-​qawwa taʼ Satana. Rigward dan, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Kulma hemm fid-​dinja—ix-​xewqa tal-​laħam u x-​xewqa tal-​għajnejn u li wieħed jiffanfra bil-​mezzi tal-​ħajja—ma joriġinax mill-​Missier, imma joriġina mid-​dinja.” (1 Ġwann 2:16; 5:19) Il-​Kristjani għala jridu jirrifjutawhom il-​fantasiji tad-​dinja? Għaliex fantasiji bħal dawn iqanqlu xewqat egoistiċi fil-​moħħ u fil-​qalb. Ħolm bi nhar dwar li tagħmel il-​ħażen jistaʼ fil-​fatt ikun irreċtar fil-​moħħ taʼ dak li wieħed attwalment se jagħmel. Id-​dixxiplu Ġakbu wissiena: “Kull wieħed hu ppruvat billi jkun miġbud u mħajjar mix-​xewqa tiegħu stess. Imbagħad ix-​xewqa, meta tkun saret fertili, twelled id-​dnub; imbagħad, id-​dnub, meta jkun ġie mwettaq, iġib il-​mewt.”−Ġakbu 1:14, 15.

Eżempji taʼ Twissija

3. Il-​każ taʼ min jipprovdi eżempju ewlieni taʼ twissija dwar il-​ħsara taʼ fantasiji egoistiċi?

3 Ejjew nikkunsidraw xi eżempji li juru għala l-​fantasiji tad-​dinja jridu jiġu rrifjutati. Il-​każ taʼ Satana x-​Xitan jipprovdi l-​aqwa eżempju tal-​ħsara li tistaʼ tirriżulta minn li wieħed jagħtiha għal fantasiji tad-​dinja. Hu ħalla sentimenti taʼ importanza tiegħu nnifsu jiżżviluppaw f’qalbu sal-​punt li għer għall-​pożizzjoni unika taʼ Jehovah bħala s-​Sovran Universali u ried li jiġi meqjum. (Luqa 4:5-8) Fantasija li mhix realistika? Ċertament li kienet! Dan se tingħata prova tiegħu bla ebda dubju meta Satana jintrabat għal elf sena u speċjalment meta jiġi mixħut fil-​“għadira tan-​nar,” it-​tieni mewt.—Rivelazzjoni 20:1-3, 10.

4. Satana kif qarraq b’Eva?

4 Għandna eżempju ieħor taʼ twissija fil-​każ tal-​ewwel mara, Eva. Fl-​isforzi taʼ Satana biex jikseb l-​ambizzjoni tiegħu, hu sseduċa lil Eva billi ppreżentalha f’moħħha l-​fantasija li jekk hi tiekol mill-​frotta pprojbita, ma kinetx se tmut imma kienet tkun bħal Alla, taf x’inhu t-​tajjeb u l-​ħazin. Kienet dik il-​fantasija mhux realistika, egoista? Tabilħaqq li kienet, bħalma nistgħu naraw mill-​kundanna li Jehovah ġab fuq Eva u fuq żewġha, Adam, f’seduta tal-​qorti. Bħala riżultat, huma tilfu d-​dritt għall-​ħajja f’Ġenna tal-​art għalihom infushom u għan-​nisel imperfett kollu tagħhom.—Ġenesi 3:1-19; Rumani 5:12.

5. Liema ħaġa ġabet il-​waqgħa taʼ ċerti wlied anġeliċi t’Alla, u b’liema riżultat għalihom?

5 Għandna wkoll l-​eżempju li jwissi taʼ ċerti wlied anġeliċi t’Alla. (Ġenesi 6:1-4) Minflok ma kienu sodisfatti bil-​barkiet li kienu jgawdu fil-​preżenza taʼ Jehovah fis-​sema, huma qagħdu jaħsbu b’fantasija dwar in-​nisa fuq l-​art u dwar kemm ikun taʼ pjaċir li jkollhom relazzjonijiet sesswali magħhom. Minħabba li aġixxew fuq dawn il-​fantasiji, l-​anġli diżubbidjenti huma issa mitfugħin fid-​dlam spiritwali taʼ Tartarus, waqt li qegħdin jistennew il-​qerda sħiħa tagħhom fi tmiem ir-​Renju taʼ Elf Sena taʼ Ġesù Kristu.—2 Pietru 2:4; Ġuda 6; Rivelazzjoni 20:10.

Irrifjutahom il-​Fantasiji tad-​Dinja

6, 7. Fantasiji tad-​dinja rigward ġid materjali għala huma taʼ ħsara u qarrieqa?

6 Ejjew issa nikkunsidraw waħda mill-​iktar fantasiji komuni u perikolużi li Satana jġib ’il quddiem. Permezz taʼ kull mezz taʼ komunikazzjoni, aħna qegħdin niġu ttantati biex nagħtuha għal fantasiji tad-​dinja. Dawn spiss huma kkaġunati minn xenqa għal rikkezzi. Fih innifsu, ma hemm xejn ħażin f’li tkun sinjur. Abraham, Ġob, u s-​Sultan David, li lkoll kienu jħobbu ’l Alla, kienu sinjuri ferm, iżda ma kellhomx xenqa għal rikkezzi materjali. Fantasiji materjalistiċi jġagħlu lin-​nies jaħdmu iebes għal ħafna snin biex jakkwistaw il-​għana. Fantasiji bħal dawn iqanqluhom ukoll biex jagħtuha għal kull xorta taʼ logħob għall-​flus, bħalma huma mħatri fuq iż-​żwiemel u x-​xiri taʼ biljetti tal-​lotterija. Ħa ma jkollna ebda illużjoni dwar il-​għana. Jekk naħsbu li r-​rikkezzi materjali se jipprovdulna s-​sigurtà, ikkunsidra dan il-​proverbju realistiku: “L-​affarijiet taʼ valur ma se jkunu taʼ ebda benefiċċju f’jum il-​qilla, imma t-​tjieba nfisha se teħles lil dak li jkun mill-​mewt.” (Proverbji 11:4) Tabilħaqq, ir-​rikkezzi materjali ma se jiswew għal xejn biex issalva mit-​“tribulazzjoni l-​kbira.”−Mattew 24:21; Rivelazzjoni 7:9, 14.

7 Ir-​rikkezzi materjali jistgħu jqarrqu bina faċilment. Hu għalhekk li jintqalilna: “L-​affarijiet taʼ valur tal-​għani huma l-​belt b’saħħitha tiegħu, u huma bħal ħajt taʼ protezzjoni fl-​immaġinazzjoni tiegħu.” (Proverbji 18:11) Iva, huwa biss “fl-​immaġinazzjoni tiegħu, għax il-​ġid materjali ftit joffri protezzjoni fi żminijiet taʼ inflazzjoni bla rażan, kollass ekonomiku, taqlib politiku, jew mard li jġib il-​mewt. Ġesù Kristu wissa kontra l-​bluha taʼ li nafdaw f’rikkezzi materjali. (Luqa 12:13-21) Għandna wkoll il-​kliem li jwissi tal-​appostlu Pawlu: “L-​imħabba għall-​flus hija għerq għal kull xorta taʼ affarijiet li jweġġgħu, u billi rsistew għal din l-​imħabba xi wħud ġew żvijati mill-​fidi u nifdu lilhom infushom minn fuq s’isfel b’ħafna weġgħat.”−1 Timotew 6:10.

8. Kemm huma prevalenti l-​fantasiji tad-​dinja taʼ natura sesswali, u dawn x’perikli jippreżentaw?

8 Fantasiji oħra għandhom x’jaqsmu maʼ sess illeċtu. Kemm in-​natura umana midinba tħobb taħseb fuq fantasiji sesswali nistgħu narawh mill-​popolarità tal-​ħmieġ verbali li jistaʼ jinkiseb billi wieħed idawwar ċerti numri tat-​telefon u joqgħod jismaʼ messaġġi pornografiċi. Fl-​Istati Uniti, dial-a-porn huwa negozju li jirrendi biljuni kbar taʼ dollari. Jekk kellna nħallu lil imħuħna jaħsbu fuq sess illeċtu, mhux ipokriti konna nkunu, billi nidhru biss li aħna Kristjani nodfa? U x’ingħidu dwar il-​periklu taʼ li fantasiji bħal dawn jistgħu jwasslu għal intimitajiet immorali? Dan ġara u rriżulta f’li xi wħud kellhom jitkeċċew mill-​kongregazzjoni Kristjana talli kkommettew iż-​żina jew l-​adulterju. Meta nqisu l-​kliem taʼ Ġesù f’​Mattew 5:27, 28, m’humiex dawk li b’mod persistenti jagħtuha għal fantasiji bħal dawn ħatjin taʼ li kkommettew adulterju fi qlubhom?

9. L-​Iskrittura fiha liema pariri mill-​aħjar biex twissina kontra fantasiji tad-​dinja?

9 Biex negħlbu t-​tendenza tal-​qlub midinbin tagħna biex nagħtuha għal fantasiji bħal dawn, għandna bżonn inżommu f’moħħna t-​twissija taʼ Pawlu: “Ma hemm l-​ebda ħolqien li ma jidhirx għall-​ħarsa [t’Alla], imma l-​affarijiet kollha huma għarwenin u mikxufin beraħ f’għajnejn dak li lilu rridu nagħtu kont.” (Ebrej 4:13) Aħna għandna nixtiequ li kull ħin inkunu bħal Mosè, li “baqaʼ sod bħal li kieku qiegħed jara lil Dak li hu inviżibbli.?? (Ebrej 11:27) Iva, irridu nibqgħu ngħidu lilna nfusna li fantasiji tad-​dinja ma jogħġbuhx lil Jehovah u jistgħu jwasslu biss għal ħsara għalina. Għandna nkunu kkonċernati dwar li nikkultivaw il-​frott kollu tal-​ispirtu t’Alla, b’mod partikulari l-​kontroll fuqna nfusna, għax ma nistgħux naħarbu l-​fatt li jekk niżirgħu għal-​laħam, se naħsdu l-​korruzzjoni mil-​laħam.—Galatin 5:22, 23; 6:7, 8.

Ir-​Realtajiet tas-​Saltna

10, 11. (a) Liema fatti jappoġġjaw ir-​realtà tal-​Ħallieq? (b) Liema provi hemm li l-​Bibbja hija fir-​realtà l-​Kelma t’Alla? (ċ) Liema evidenza hemm dwar ir-​realtà tas-​Sultan tas-​Saltna t’Alla?

10 L-​aħjar mod kif twarrab fantasiji tad-​dinja hu billi tibqaʼ ssegwi realtajiet tas-​Saltna. Ir-​realtajiet tas-​Saltna li huma prodott t’Alla huma f’kuntrast qawwi mal-​fantasiji tad-​dinja. Huwa Alla realtà? M’hemm l-​ebda dubju dwar l-​eżistenza tiegħu. Il-​ħolqien viżibbli jixhed għal dan il-​fatt. (Rumani 1:20) Niġu mfakkrin f’dak li ntqal iktar minn mitt sena ilu fil-​ktieb The Divine Plan of the Ages, ippubblikat mill-​Watch Tower Society. Dan stqarr: “Min jistaʼ jħares lejn is-​sema b’teleskopju, jew saħansitra bil-​għajn naturali waħidha, u jara hemm l-​immensità tal-​ħolqien, is-​simetrija, il-​ġmiel, l-​ordni, l-​armonija u d-​diversità tiegħu u madankollu jiddubita li l-​Hallieq taʼ dawn hu bil-​wisq superjuri għalih fil-​għerf u fil-​qawwa, jew min jistaʼ jissopponi għal mument li ordni bħal din ġiet b’kumbinazzjoni, mingħajr Ħallieq, s’issa tilef jew injora l-​fakulta tar-​raġuni li jixraqlu li jiġi kkunsidrat b’mod xieraq dak li l-​Bibbja ssejjaħlu, iblah (wieħed li jinjora jew nieqes mir-​raġuni).”—Salm 14:1.

11 Aħna nitgħallmu kollox dwar is-​Saltna mill-​Bibbja Mqaddsa. Hija l-​Bibbja fir-​realtà l-​Kelma miktuba t’Alla? Ċertament li hi, kif jistaʼ jidher mill-​armonija tagħha, mill-​eżattezza xjentifika tagħha, u mill-​qawwa tagħha li tbiddel il-​ħajjiet tan-​nies u b’mod speċjali mit-​twettieq tal-​profeziji tagħha.a Xi ngħidu dwar is-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, Ġesù Kristu? Eżista hu verament? Ir-​rakkonti tal-​Vanġelu u l-​ittri mnebbħin ’’mod divin tal-​Iskrittura Kristjana Griega b’mod ċar u elokwenti jixhdu dwar il-​figura storika taʼ Ġesù Kristu. Dwar il-​figura storika taʼ Ġesù, hemm ukoll it-​testimonjanza tat-​Talmud Lhudi, li jirreferi għalih bħala persuna. L-​istess jagħmlu kittieba tal-​istorja Lhud u Rumani tal-​ewwel seklu E.K.

12, 13. Liema fatti jixhdu dwar ir-​realtà tas-​Saltna t’Alla?

12 Xi ngħidu dwar ir-​realtà tas-​Saltna nfisha? Fil-​parti l-​kbira tiġi njorata mill-​Kristjaneżmu, kif jidher f’dan l-​ilment taʼ wieħed Presbiterjan prominenti: “Ċertament li ilu iktar minn tletin sena minn mindu smajt lil xi ministru jipprova jispjega lin-​nies tiegħu dwar ir-​realtà tas-​Saltna t’Alla għalihom.” Madankollu, it-​tqaddis tal-​isem taʼ Jehovah permezz tas-​Saltna huwa t-​tema tal-​Kelma tiegħu. Alla nnifsu għamel l-​ewwel wegħda tas-​Saltna, billi qal: “Se nqiegħed għadwa bejnek u l-​mara u bejn iż-​żerriegħa tiegħek u ż-​żerriegħa tagħha. Hu se jbenġlek fir-​ras u int se tbenġlu fil-​għarqub.” (Ġenesi 3:15) Is-​Saltna kienet ir-​rappreżentata bil-​quddiem permezz tal-​ġens taʼ Iżrael, b’mod speċjali matul ir-​renju tas-​Sultan Salamun. (Salm 72) Jerġaʼ, is-​Saltna kienet it-​tema tal-​ippridkar taʼ Ġesù. (Mattew 4:17) Hu semmieha f’ħafna mit-​tixbihat tiegħu, bħal dawk f’​Mattew kapitlu 13. Ġesù qalilna biex nitolbu għas-​Saltna u biex inkomplu nfittxuha l-​ewwel. (Mattew 6:9, 10, 33) Fil-​fatt, is-​Saltna t’Alla hija msemmija viċin il-​150 darba fl-​Iskrittura Kristjana Griega.

13 Is-​Saltna hija gvern reali, bil-​qawwa u l-​awtorità, u hi se twettaq l-​istennijiet xierqa kollha. Għandha sett taʼ liġijiet, misjubin fil-​Bibbja. Is-​Saltna diġà ġabet ħafna affarijiet għar-​realtà. Għandha sudditi leali—’il fuq minn 4,000,000 Xhud taʼ Jehovah. F’211-il art huma qegħdin jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla, bi twettieq taʼ Mattew 24:14. Matul is-​sena taʼ servizz tagħhom 1991, huma qattgħu 951,870,021 siegħa jippridkaw il-​messaġġ tas-​Saltna. Din l-​attività qiegħda tipproduċi riżultati li tmisshom b’idejk u li huma dejjiema hekk kif kotriet taʼ nies jitgħallmu l-​“lingwa pura” taʼ verità tal-​Bibbja.—Sofonija 3:9.

Niġru wara Realtajiet tas-​Saltna

14. Kif nistgħu nsaħħu l-​apprezzament tagħna lejn ir-​realtà tas-​Saltna?

14 Kif, allura, nistgħu niġru wara realtajiet tas-​Saltna? It-​tama tagħna trid tkun ibbażata fiż-​żgur fuq konvinzjoni qawwija. Id-​dinja ġdida mwiegħda t’Alla trid tkun reali għalina. (2 Pietru 3:13) U jrid ikollna fidi fil-​wegħda li Alla “se jimsaħ kull demgħa minn għajnej[na], u l-​mewt ma tkunx iżjed, u la l-​għali u la l-​biki u lanqas l-​uġigħ ma jkunu iżjed.” (Rivelazzjoni 21:4) Kif nistgħu nkunu ċerti li din m’hijiex xi fantasija? Żgur li se tiġi mwettqa fiż-​żmien xieraq t’Alla, għax huwa impossibbli li hu jigdeb. (Titus 1:1, 2; Ebrej 6:18) Aħna għandna bżonn nimmeditaw fuq dawk il-​wegħdi. Li npinġu lilna nfusna fid-​dinja ġdida t’Alla u ngawdu l-​barkiet tagħha m’hijiex xi fantasija mhix realistika imma jagħti evidenza taʼ fidi. Kif iddefiniha Pawlu, “il-​fidi hija l-​istennija assigurata taʼ affarijiet ittamati, il-​wirja evidenti taʼ realtajiet għalkemm ma jintlemħux.” (Ebrej 11:1) Ejjew insaħħu l-​fidi tagħna billi nitimgħu lilna nfusna b’mod regulari mill-​Kelma t’Alla u minn pubblikazzjonijiet Kristjani li jgħinuna nifhmuha u napplikawha. U iktar ma niddedikaw ħin biex ingħidu lil oħrajn dwar is-​Saltna, formalment u informalment, iktar insaħħu l-​fidi tagħna u nagħmlu t-​tama tagħna fiha tiddi.

15. X’obbligu għandna rigward il-​ministeru Kristjan?

15 Irridu naħdmu wkoll fi qbil maʼ realtajiet tas-​Saltna billi ntejbu l-​kwalità tal-​ministeru tagħna. Ladarba għad hemm ħafna xi jsir, kif nistgħu nagħmluh dan? (Mattew 9:37, 38) Sewwa jgħidu li qatt m’hu tard wisq biex titgħallem. Minkejja kemm snin ilna nieħdu sehem fix-​xogħol taʼ għoti taʼ xiehda, aħna xorta nistgħu nitjiebu. Billi nsiru iżjed effettivi f’li nimmaniġġjaw il-​Kelma t’Alla, inkunu nistgħu b’mod aħjar ingħinu lil oħrajn jisimgħu l-​leħen tas-​Sultan, Ġesù Kristu. (Qabbel Ġwann 10:16.) Meta nqisu li l-​futur etern tan-​nies huwa nvolut, għandna nkunu rridu ngħaddu t-​territorju tagħna bir-​reqqa sabiex nagħtuhom opportunità ripetuta biex juru fejn jinsabu, jekk humiex bħal “ngħaġ” jew bħal “mogħoż.” (Mattew 25:31-46) M’għandniex xi ngħidu, dak ifisser li nżommu noti bir-​reqqa taʼ dawk li ma kinux id-​dar u b’mod speċjali taʼ dawk li juru interess fil-​messaġġ tas-​Saltna.

Ibqaʼ Iġri wara s-​Saltna

16. Min taw eżempju mill-​aħjar f’li jiġru wara realtajiet tas-​Saltna, u kif qegħdin ‘jaħtfu’ s-​Saltna?

16 Sforz ħerqan huwa meħtieġ biex tibqaʼ tiġri wara realtajiet tas-​Saltna. M’aħniex aħna qegħdin niġu nkuraġġiti bl-​eżempju żeluż tal-​Kristjani midlukin li baqaʼ? Huma ilhom jiġru wara realtajiet tas-​Saltna għal għexur taʼ snin. Dan il-​ġiri ġie deskritt fil-​kliem taʼ Ġesù: “Minn jiem Ġwanni l-​Battista sa issa s-​saltna tas-​smewwiet hija l-​mira li lejha jagħfsu n-​nies, u dawk li qegħdin jagħfsu ’l quddiem qegħdin jaħtfuha.” (Mattew 11:12) Hawn l-​idea m’hijiex taʼ xi għedewwa li jaħtfu s-​Saltna. Minflok, din għandha x’taqsam mal-​attività taʼ dawk li se jirtu dik is-​Saltna. Wieħed studjuż tal-​Bibbja qal: “B’dan il-​mod huwa deskritt dak l-​istinkar u s-​sarar ħerqan u rreżistibbli għas-​saltna Messjanika li riesqa.” Uħud midlukin ma ħallew barra l-​ebda sforz f’li jagħmlu s-​Saltna l-​pussess tagħhom. Sforzi vigorużi simili huma meħtieġa min-​“ngħaġ oħra” sabiex huma jistgħu jikkwalifikaw bħala sudditi tal-​art tabt is-​Saltna tas-​sema t’Alla.—Ġwann 10:16.

17. X’se jkun is-​sehem taʼ dawk li jiġru wara fantasiji tad-​dinja?

17 Verament, aħna qegħdin ingħixu f’perijodu speċjali taʼ opportunità. Dawk li jiġru wara fantasiji tad-​dinja darba fost l-​oħrajn se jistenbħu għar-​realtà ħarxa. Is-​sehem tagħhom huwa deskritt tajjeb f’dawn il-​kelmiet: “Irid jiġri sewwa sew bħal meta xi ħadd bil-​ġuħ joħlom u hawn qiegħed jiekol, u hu attwalment iqum u ruħu hi vojta; u sewwa sew bħal meta xi ħadd bil-​għatx joħlom u hawn qiegħed jixrob, u hu attwalment iqum u hawn hħu għajjien u ruħu hi mnixxfa.” (Isaija 29:8) B’ċertezza, il-​fantasiji tad-​dinja qatt m’huma se jagħmlu lil xi ħadd sodisfatt u kuntent.

18. Minħabba r-​realtà tas-​Saltna, x’korsa għandna nsegwu, b’liema prospett quddiemna?

18 Is-​Saltna taʼ Jehovah hija realtà. Hija qiegħda tmexxi b’mod attiv, fil-​waqt li din is-​sistema taʼ affarijiet mill-​agħar qiegħda tiffaċċja qerda imminenti u permanenti. Għalhekk, daħħal f’qalbek il-​parir taʼ Pawlu: “Ħalli ma nibqgħux reqdin bħalma jagħmlu l-​bqija, imma ħalli noqogħdu mqajmin u nibqgħu f’sensina.” (1 Tessalonkin 5:6) Jalla nżommu qlubna u mħuħna ffokati fuq realtajiet tas-​Saltna u b’hekk ingawdu barkiet eterni. U jalla jkun is-​sehem tagħna li nisimgħu lis-​Sultan taʼ dik is-​Saltna jgħidilna: “Ejjew, intom li ġejtu mberkin minn Missieri, irtu s-​saltna mħejjija għalikom mit-​tisjis tad-​dinja”—Mattew 25:34.

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​ktieb The Bible—God’s Word or Man’s? ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Kif Twieġeb Int?

◻ X’inhuma l-​fantasiji tad-​dinja, u għala għandna nirrifjutawhom?

◻ Liema eżempji juru l-​bluha tal li tinvolvi ruħek f’fantasiji tad-​dinja?

◻ Liema fatti jagħtu prova tar-​realtà tal-​Ħallieq, tal-​Kelma miktuba tiegħu, taʼ Ġesù Kristu, u tas-​Saltna?

◻ Kif nistgħu nsaħħu l-​fidi tagħna fir-​realtajiet tas-​Saltna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja