LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ‘Ixbhu lil Alla’ bil-mod kif tużaw il-qawwa
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • 10. (a) Alla liema awtorità tahom lill-​ġenituri? (b) Xi tfisser il-​kelma “dixxiplina,” u kif għandha tingħata? (Ara wkoll in-​nota taʼ taħt.)

      10 Il-​ġenituri wkoll għandhom awtorità mogħtija lilhom minn Alla. Il-​Bibbja twissi: “Missirijiet, iġġarrbuhomx iżżejjed lil uliedkom; iżda rabbuhom fid-​dixxiplina u t-​twiddib tal-​Mulej.” (Efesin 6:4) Fil-​Bibbja, il-​kelma “dixxiplina” tistaʼ tfisser “trobbija, taħriġ, istruzzjoni.” It-​tfal jeħtieġu d-​dixxiplina; huma jmorru ħafna aħjar jekk ikun hemm gwida, restrizzjonijiet, u limiti ċari. Il-​Bibbja tassoċja dixxiplina, jew istruzzjoni, bħal din ma’ l-​imħabba. (Proverbji 13:24) Għalhekk, “il-​ħatar tat-​twiddib” qatt m’għandu jintuża b’abbuż—f’sens emozzjonali u f’sens fiżiku.a (Qwiel 22:15, Saydon; Proverbji 29:15) Dixxiplina li tkun stretta jew ħarxa mingħajr ebda sens taʼ mħabba hija abbuż taʼ l-​awtorità li għandhom il-​ġenituri u tistaʼ tifni l-​ispirtu taʼ tifel jew tifla. (Kolossin 3:21) Mill-​banda l-​oħra, dixxiplina bilanċjata mogħtija b’mod xieraq turi lit-​tfal li l-​ġenituri tagħhom iħobbuhom u jimpurtahom mit-​tip taʼ persuna li qed isiru.

  • ‘Ixbhu lil Alla’ bil-mod kif tużaw il-qawwa
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • a Fiż-​żminijiet Bibliċi, il-​kelma Ebrajka għal “ħatar” kienet tfisser bastun jew għasluġ, bħal dak li kien juża ragħaj biex imexxi lin-​nagħaġ tiegħu. (Salm 23:4) Bl-​istess mod, “il-​ħatar” taʼ l-​awtorità tal-​ġenituri jissuġġerixxi gwida bi mħabba, mhux kastigi ħorox jew kefrin.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja