LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g19 Nru. 3 pp. 12-13
  • L-ispiritwalità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-ispiritwalità
  • Stenbaħ!—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TAMA
  • TWEĠIBIET GĦAL MISTOQSIJIET IMPORTANTI TAL-​ĦAJJA
  • PRINĊIPJI OĦRA MILL-​BIBBJA
  • Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?
    Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?
  • Iktar għajnuna għall-familja
    Stenbaħ!—2018
  • Iktar għajnuna għall-ġenituri
    Stenbaħ!—2019
  • Kif Tista’ Tgħinek il-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2019
g19 Nru. 3 pp. 12-13
Mara bilqiegħda fuq bank f’park u qed taħseb

L-ispiritwalità

Bħalma rajna fl-​ewwel artiklu, ħafna nies jikkunsidraw il-​Bibbja bħala ktieb qaddis. Huma jsibu li meta jaqrawha u japplikaw il-​gwida tagħha, iħossuhom eqreb t’Alla u jibdew jifhmu x’inhu l-​iskop tal-​ħajja.

Il-​Bibbja tuża l-​kelma “spiritwalità” biex tirreferi għal attitudni lejn il-​ħajja jew għal mod kif wieħed jgħix. (Ġuda 18, 19) Nies li ma jridux lil Alla jiggwidahom, jistrieħu fuq l-​opinjoni tagħhom stess, imma dawk li jridu lil Alla jiggwidahom, jgħożżu l-​livelli tiegħu.—Efesin 5:1.

TAMA

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Skuraġġejt ruħek fi żmien l-​hemm? Ma tantx se jkollok qawwa.”—Proverbji 24:10.

XI JFISSER DAN: L-​iskuraġġiment jistaʼ jiħdilna s-​saħħa li għandna bżonn biex inkampaw mal-​problemi tal-​ħajja. Mill-​banda l-​oħra, it-​tama tistaʼ tagħtina s-​saħħa li jkollna bżonn. Hu taʼ faraġ li tkun taf li l-​problemi li qed niffaċċjaw jistgħu jkunu temporanji. Infatti, tistaʼ toħroġ xi ħaġa tajba minnhom.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: Aħseb dwar l-​affarijiet tajbin li se jiġru fil-​futur. Minflok ma toqgħod tinkwieta fuq dak li jistaʼ jiġri jew toqgħod tistenna li jkollok iċ-​ċirkustanzi perfetti, aġixxi fi qbil mal-​miri tiegħek. Huwa minnu li jistgħu jiġru “ġrajjiet mhux mistennijin.” (Ekkleżjasti 9:11) Imma, fir-​realtà, l-​affarijiet spiss imorru aħjar milli tkun stennejt. Biex turi dan, il-​Bibbja tuża eżempju tal-​biedja u tgħid: “Iżraʼ ż-​żerriegħa tiegħek fil-​għodu u tħallix idek tistrieħ sa fil-​għaxija; għax ma tafx fejn se tirnexxi, jekk hux hawnhekk jew hemmhekk, jew jekk hux it-​tnejn se jkunu tajbin indaqs.”—Ekkleżjasti 11:6.

TWEĠIBIET GĦAL MISTOQSIJIET IMPORTANTI TAL-​ĦAJJA

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Għinni nifhem . . . Kelmtek kollha hi verità.”—Salm 119:144, 160.

XI JFISSER DAN: Il-​Bibbja tagħti tweġibiet għal mistoqsijiet li tistaʼ tgħid kulħadd isaqsihom. Pereżempju din twieġeb mistoqsijiet bħal

  • Minn fejn ġejjin?

  • Għala qegħdin hawn?

  • X’jiġri meta persuna tmut?

  • Din il-​ħajja biss hemm?

Miljuni taʼ nies madwar id-​dinja qed jgħixu ħajja aħjar għax jeżaminaw it-​tweġibiet tal-​Bibbja għal dawn il-​mistoqsijiet u oħrajn.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: Eżamina għalik innifsek dak li tgħallem il-​Bibbja. Staqsi lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova biex jgħinek tifhem il-​Bibbja. Mur fuq il-​websajt tagħna, jw.org, jew attendi waħda mil-​laqgħat tagħna, li huma b’xejn u miftuħin għall-​pubbliku.

PRINĊIPJI OĦRA MILL-​BIBBJA

Mara qed tara l-vidjow Għala għandek tistudja l-Bibbja? fuq jw.org

Ara l-vidjow Għala għandek tistudja l-Bibbja? minn fuq jw.org. Hu disponibbli b’iktar minn 880 lingwa

KUN KONXJU TAL-​BŻONN SPIRITWALI TIEGĦEK.

“Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom.”—MATTEW 5:3.

SIR AF IKTAR DWAR L-​ALLA TAL-​BIBBJA

‘Fittex ’l Alla u jirnexxilek issibu, mhuwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.’—ATTI 17:27.

AQRA U MMEDITA FUQ IL-​MESSAĠĠ TAL-​BIBBJA.

“L-​għaxqa tiegħu hi fil-​liġi taʼ Ġeħova,a u lejl u nhar jaqra u jimmedita fuq il-​liġi tiegħu. . . . U jirnexxi f’kulma jagħmel.”—SALM 1:2, 3.

a Ġeħova hu isem Alla kif jidher fil-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja