LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 36
  • Kun Onest f’Kollox

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Onest f’Kollox
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Kun onest f’kollox
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Kunu Onesti f’Kollox
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • L-Onestà Ssarraf f’Ġid
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Għala jaqbillek tkun onest
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 36
Lezzjoni 36. Raġel jiffirma karta.

LEZZJONI 36

Kun Onest f’Kollox

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Kulħadd jixtieq ħbieb onesti. Għalhekk anki Ġeħova jistenna li l-​ħbieb tiegħu jkunu onesti. Imma dan mhuwiex faċli meta ngħixu f’dinja fejn ħafna nies mhumiex onesti. Għala hu tajjeb li dejjem inkunu onesti?

1. X’inhi l-​iżjed raġuni importanti biex inkunu onesti?

Meta nkunu onesti m’oħrajn, inkunu qed nuru lil Ġeħova li aħna nħobbuh u nirrispettawh. Aħseb: Ġeħova jaf kull ħaġa li naħsbu u nagħmlu. (Ebrej 4:13) Hu jkun jaf meta nagħżlu li nkunu onesti, u dan jagħmlu ferħan. Il-​Bibbja tgħid: ‘Il-​qarrieq huwa mistkerrah minn Ġeħova, imma Hu għandu ħbiberija tajba man-​nies sewwa.’​—Proverbji 3:32.

2. Kif nistgħu nkunu onesti f’ħajjitna?

Ġeħova jridna ‘ngħidu l-​verità lil xulxin.’ (Żakkarija 8:​16, 17) Dan xi jfisser? Jekk qed nitkellmu maʼ tal-​familja, tax-​xogħol, l-​aħwa Kristjani, jew uffiċjali tal-​gvern, irridu ngħidu l-​verità kollha u ma nigdbux. Nies onesti ma jisirqux jew iqarrqu b’oħrajn. (Aqra Proverbji 24:28 u Efesin 4:28.) Huma jħallsu t-​taxxi kollha li hemm bżonn. (Rumani 13:​5-​7) Allura aħna “nġibu ruħna bl-​onestà f’kollox.”​—Ebrej 13:18.

3. Għala jkun tajjeb li nkunu onesti?

Meta oħrajn jaraw kemm aħna onesti, huma se jafdawna. Aħna ngħinu lil kulħadd fil-​kongregazzjoni biex iħossu komdu, bħal familja li tħobb lil xulxin. Se jkollna kuxjenza nadifa. Meta nkunu onesti, se ‘nsebbħu t-​tagħlim t’Alla, is-​Salvatur tagħna.’ U b’hekk, oħrajn ikunu jridu jsiru jafu lil Ġeħova.​—Titu 2:10.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif l-​onestà teffettwa lil Ġeħova u lilek. U tgħallem kif tistaʼ tkun onest f’sitwazzjonijiet differenti f’ħajtek.

4. Meta nkunu onesti, inferrħu lil Ġeħova

Aqra Salm 44:21 u Malakija 3:​16, u mbagħad iddiskuti:

  • Taħseb li nistgħu naħbu l-​verità minn Ġeħova? Għala taħseb hekk?

  • Kif taħseb li jħossu Ġeħova meta ngħidu l-​verità anki meta ma jkunx faċli?

Tifla qed titkellem maʼ missierha li tbaxxa ħdejha. Mal-​art hemm il-​juice.

Meta t-​tfal jgħidu l-​verità, il-​ġenituri tagħhom ikunu ferħanin. Meta aħna ngħidu l-​verità, Ġeħova jkun ferħan

5. Kun onest il-​ħin kollu

Ħafna nies jaħsbu li mhux dejjem tistaʼ tkun onest. Imma għala għandna nkunu onesti l-​ħin kollu? Ara l-​VIDJOW.

VIDJOW: Xi Jwassal għall-​Ferħ?​—Kuxjenza Nadifa (2:​32)

Stampa mill-​vidjow ‘Xi Jwassal għall-​Ferħ?​—Kuxjenza Nadifa.’ Wara li Ben jgħid lil taʼ fuqu li għamel żball li se jiswihom il-​flus, jieħdu b’idejn xulxin.

Aqra Ebrej 13:​18, u mbagħad iddiskuti kif nistgħu nkunu onesti . . .

  • maʼ tal-​familja.

  • ix-​xogħol jew l-​iskola.

  • f’sitwazzjonijiet oħrajn.

6. Li nkunu onesti se jgħinna

Kultant jistaʼ jidher li jekk inkunu onesti se jkollna l-​problemi. Imma li tkun onest dejjem hu l-​aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel. Aqra Salm 34:​12-​16, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif se jkollok ħajja aħjar meta tkun onest?

A. Koppja qed titkellem waqt li qed tieħu belaʼ kafè. B. Mekkanik qed jiġi mfaħħar mill-​boss tiegħu f’garaxx. C. Raġel f’karozza qed juri l-​ID card lil pulizija.
  1. Irġiel u nisa onesti jkollhom żwieġ b’saħħtu

  2. Ħaddiem onest jirbaħ il-​fiduċja tal-​imgħallem tiegħu

  3. Nies onesti jkollhom reputazzjoni tajba mal-​uffiċjali tal-​gvern

ĦAFNA JGĦIDU: “Billi tgħid gidba żgħira ma jiġri xejn.”

  • Għala temmen li Ġeħova jobgħod il-​gideb kollu?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova jrid li l-​ħbieb tiegħu jkunu onesti f’dak kollu li jgħidu u jagħmlu.

X’Tgħallimt

  • Kif nistgħu nkunu onesti?

  • Għala mhux tajjeb li naħbu l-​verità?

  • Għala trid tkun onest f’kollox?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Il-​ġenituri kif jistgħu jgħallmu t-​tfal tagħhom ikunu onesti?

Għid il-​verità (1:​44)

Għala hu tajjeb li nżommu l-​wegħdi tagħna?

Żomm il-​Wegħdi u Tirċievi Barkiet (9:​09)

Sir af għala rridu nħallsu t-​taxxi anki meta ma jiġux użati tajjeb.

“It-​Taxxi​—Għandek Tħallashom?” (It-​Torri tal-​Għassa, Ottubru-​Diċembru 2011)

Raġel li ma kienx onest, x’għamel biex ibiddel ħajtu u jaħdem b’mod onest?

“I Learned That Jehovah Is Merciful and Forgiving” (The Watchtower, May 1, 2015)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja