Kotba, Kotba, Kotba!
“Il-kotba joktru bla heda,” kiteb l-għaref Sultan Salamun taʼ żmien il-qedem. (Koħèlet 12:12) Matul l-1995 ġie ppubblikat ktieb ġdid fil-Britannja għal kull 580 mill-popolazzjoni, li poġġa lil dak il-pajjiż fl-ewwel post fid-dinja fl-ippubblikar taʼ kotba ġodda. Iċ-Ċina, l-iktar pajjiż li fih nies, ġiet fit-tieni post bi 92,972 edizzjoni meta mqabblin mal-95,015 tal-Britannja. Imbagħad ġiet il-Ġermanja (67,206 titli), u mbagħad kien hemm l-Istati Uniti (49,276), bi Franza warajhom (41,234). “Ħafna mill-vantaġġ li għandha l-Britannja fuq il-kumplament tad-dinja huwa dovut sempliċement għal-lingwa Ingliża,” tinnota l-gazzetta The Daily Telegraph taʼ Londra.
Rapporti jindikaw li s-suq tal-bejgħ tal-kotba ilu sejjer għan-niżla għal diversi snin, u issa 80 fil-mija biss taʼ l-adulti fl-Ingilterra jixtru ktieb wieħed jew iżjed fis-sena. Imma n-nies jaqrawhom kollha l-kotba li jixtru?
Ktieb wieħed li għadu jinbiegħ u jinqara ħafna huwa l-Bibbja, li issa hija disponibbli f’partijiet jew sħiħa f’iżjed minn 2,120 lingwa. Jekk int għad m’għandekx kopja, ikkuntattja l-eqreb uffiċċju tal-Watch Tower Society biex tikseb waħda. Jekk għandek Bibbja, oħroġha u ċċekkja r-referenzi Skritturali li jidhru fl-artikli taʼ din ir-rivista. Billi tagħmel hekk, int se tiskopri l-għarfien li jagħti l-ħajja li fiha l-Bibbja. (w97 8/1)