-
“Farrġu l-Poplu Tiegħi”Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
28, 29. (a) Jehovah kif ifakkar lin-nies tiegħu li hu se jgħin lill-għajjenin? (b) Liema tixbieha tintuża biex turi kif Jehovah jagħti l-qawwa lill-qaddejja tiegħu?
28 Permezz taʼ Isaija, Jehovah jkompli jinkuraġġixxi lill-eżiljati li huma b’qalbhom maqtugħa: “Hu li jagħti l-qawwa lill-għajjien, u jkattar il-qawwa lil min hu bla saħħa. Jintelqu ż-żgħażagħ u jegħjew, fl-aħjar tagħhom jogħtru l-irġiel. Imma dawk li jittamaw fil-Mulej jieħdu saħħithom, itellgħu l-ġwienaħ bħall-ajkli, jiġru bla ma jegħjew, jimxu bla ma jintelqu.”—Isaija 40:29-31.
29 Meta jitkellem dwar il-ħtieġa li jagħti l-qawwa lill-għajjien, Jehovah forsi għandu f’moħħu l-vjaġġ strapazzuż li se jkollhom jagħmlu l-eżiljati sabiex jirritornaw lejn arthom. Jehovah jfakkar lin-nies tiegħu li waħda mill-affarijiet li jħobb jagħmel hi li jgħin lill-għajjenin li jfittxu l-appoġġ tiegħu. Saħansitra l-iktar bnedmin li huma fuq ruħhom—iż-“żgħażagħ” u “l-irġiel”—jistgħu jegħjew bix-xogħol u jaqgħu żorba. Madankollu, Jehovah jwiegħed li jagħti l-qawwa—qawwa bla ma jgħejjew biex jiġru u jimxu—lil dawk li qegħdin jafdaw fih. L-ajkla, tajra b’saħħitha li tistaʼ ttir fl-għoli għal sigħat sħaħ f’titjira li donnha ssir mingħajr ebda sforz, tintuża biex turi kif Jehovah jagħti l-qawwa lill-qaddejja tiegħu.e Bi prospetti t’appoġġ divin bħal dan, l-eżiljati Lhud m’għandhomx għalfejn jiddispraw.
-
-
“Farrġu l-Poplu Tiegħi”Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
30. Il-Kristjani veri llum kif jistgħu jieħdu l-faraġ mill-aħħar versi taʼ Isaija kapitlu 40?
30 Dawn l-aħħar versi taʼ Isaija kapitlu 40 fihom kliem taʼ faraġ għall-Kristjani veri li qegħdin jgħixu fl-aħħar jiem taʼ din is-sistema mill-agħar. B’tant pressjonijiet u problemi li għandhom ħabta jaqtgħulna qalbna, iserrħilna moħħna li nkunu nafu li Alla tagħna jinnota t-tbatijiet li nissaportu u l-inġustizzji li nsofru. Nistgħu nkunu ċerti li l-Ħallieq taʼ l-affarijiet kollha, Dak li hu “bla tarf id-dehen tiegħu,” se jsewwi l-inġustizzji kollha meta jasal il-waqt u bil-mod kif jaf hu. (Salm 147:5, 6) Sadanittant, m’għandniex għalfejn nissaportu u nistrieħu fuq is-saħħa tagħna biss. Jehovah, li r-riżorsi tiegħu ma jispiċċaw qatt, jistaʼ jagħti l-qawwa—saħansitra “qawwa iktar min-normal”—lill-qaddejja tiegħu fi żminijiet taʼ prova.—2 Korintin 4:7.
-
-
“Farrġu l-Poplu Tiegħi”Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
e L-ajkla tibqaʼ ttir fl-għoli mingħajr ma taħli wisq enerġija. Dan tagħmlu billi b’sengħa kbira tagħmel użu mill-irqajjaʼ taʼ arja sħuna li jkun hemm fl-għoli.
-