LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 5. Ġeħova x’jixtieq mill-​ħbieb tiegħu?

      Normalment, aħna nieħdu pjaċir meta l-​ħbieb jagħmlu xi affarijiet għalina.

      • Kif trid li l-​ħbieb tiegħek jittrattawk?

      Aqra l-​1 Ġwanni 5:​3, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova x’jistenna mill-​ħbieb tiegħu?

      Biex nobdu lil Ġeħova, jaf irridu nbiddlu kif inġibu ruħna jew xi kwalitajiet li għandna. Aqra Isaija 48:​17, 18, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova għala jixtieq li l-​ħbieb tiegħu jagħmlu xi bidliet f’ħajjithom?

      Ħaddiem jagħti safety helmet lil ħaddiem ieħor.

      Ħabib tajjeb se jfakkarna f’affarijiet li jipproteġuna u li jgħinuna. Ġeħova jagħmel l-istess mal-ħbieb tiegħu

  • Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • X’Nistgħu Nagħmlu Biex Nuru li Nħobbu lil Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 34. F’belt, raġel qed jaħseb ħafna waqt li jħares lejn is-​sema.

      LEZZJONI 34

      X’Nistgħu Nagħmlu Biex Nuru li Nħobbu lil Ġeħova?

      Kemm ilek tistudja l-​Bibbja, sirt tħobb lil Alla iżjed? Tixtieq tkun ħabib aħjar tiegħu? Ftakar li iżjed ma Ġeħova jarak li tħobbu, iżjed se jħobbok u jieħu ħsiebek. Kif tistaʼ turih li tħobbu?

      1. Kif nuru li nħobbu lil Ġeħova?

      Aħna nuru li nħobbu lil Ġeħova billi nobduh. (Aqra l-​1 Ġwanni 5:3.) Hu ma jisforza lil ħadd biex jobdih. Minflok, hu jagħti lil kulħadd l-​opportunità biex jagħżel jekk iridx jobdih jew le. Għala? Għax Ġeħova jridna ‘nobduh minn qalbna.’ (Rumani 6:17) Allura hu jridek tobdih għax tħobbu, u mhux għax m’għandekx għażla. It-​3 u r-​4 Parti taʼ dan il-​ktieb se jgħinuk tħobb iżjed lil Ġeħova. Dan turih billi tagħmel dak li jogħġbu u ma tagħmilx dak li ma jogħġbux.

      2. Għala jistaʼ jkun diffiċli biex nuru li nħobbu lil Ġeħova?

      ‘Ħafna huma d-​diffikultajiet tal-​ġust.’ (Salm 34:19) Kollha kemm aħna imperfetti. U jaf ikollna problemi taʼ flus, inġustizzja, jew diffikultajiet oħra. Meta niffaċċjaw il-​problemi, jaf ma tkunx faċli biex nagħmlu dak li jrid Ġeħova. Dan għax jistaʼ jkun iżjed faċli li ma nobduhx. Imma meta dejjem tobdi lil Ġeħova, inti tkun qed turi li tħobbu iżjed minn kull ħaġa oħra. U tkun qed turi wkoll li inti leali lejh. Imbagħad hu se jkun leali lejk ukoll. Hu qatt mhu se jħallik waħdek.​—Aqra Salm 4:3.

      TGĦALLEM IŻJED

      Sir af għala Ġeħova jieħu pjaċir meta inti tobdih, u x’se jgħinek biex tibqaʼ leali lejh.

      3. Kwistjoni li tinvolvi lilek

      Fil-​Bibbja, fil-​ktieb taʼ Ġob, naqraw li Satana akkuża lil Ġob u lil kull min irid jaqdi lil Ġeħova. Aqra Ġob 1:​1, 6-​22, 2:​1-​10, u mbagħad iddiskuti:

      • Skont Satana, Ġob għala kien jobdi lil Ġeħova?​—Ara Ġob 1:​9-​11.

      • Satana x’jgħid dwarek u dwar in-​nies kollha?​—Ara Ġob 2:4.

      Aqra Ġob 27:5b, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġob kif wera li vera jħobb lil Ġeħova?

      Satana jmieri lil Ġeħova. Hu qed jiddubita l-​lealtà taʼ Ġob, li għandu ġismu kollu msiemer, u l-​lealtà t’oħt li qed taqdi lil Ġeħova.

      Ġob wera li jħobb lil Ġeħova billi baqaʼ leali lejh

      Aħna nuru li nħobbu lil Ġeħova billi nibqgħu leali lejh

      4. Agħmel lil Ġeħova ferħan

      Aqra Proverbji 27:​11, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova kif iħossu meta tieħu deċiżjonijiet tajbin u tobdih? Għala taħseb hekk?

      5. Tistaʼ tkun leali lejn Ġeħova

      Peress li nħobbu lil Ġeħova, inkunu rridu nitkellmu m’oħrajn dwaru. Anki meta ma jkunx faċli, aħna xorta nibqgħu leali lejh u nitkellmu dwaru. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

      VIDJOW: Iddefendi l-​fidi tiegħek minkejja l-​oppożizzjoni (5:​09)

      • Issibha diffiċli biex titkellem dwar Ġeħova m’oħrajn?

      • Fil-​vidjow, Grayson x’għamel biex ma jibżax?

      Se jkun iżjed faċli biex inkunu leali lejn Ġeħova jekk inħobbu dak li jħobb u nobogħdu dak li jobgħod. Aqra Salm 97:​10, u mbagħad iddiskuti:

      • Minn dak li tgħallimt, x’inhuma xi affarijiet li jħobb Ġeħova? X’inhuma xi affarijiet li jobgħod?

      • Kif tistaʼ titgħallem tħobb dak li hu tajjeb u tobgħod dak li hu ħażin?

      6. Meta nobdu lil Ġeħova jkun għall-​ġid tagħna

      Dejjem ikun aħjar li nobdu lil Ġeħova. Aqra Isaija 48:​17, 18, u mbagħad iddiskuti:

      • Tħossok ċert li Ġeħova dejjem jaf x’inhu l-​aħjar għalina? Għala taħseb hekk?

      • Li tistudja dwar Ġeħova u l-​Bibbja, kif għenek s’issa?

      ĦAFNA JGĦIDU: “Alla ma jimpurtahx minn dak li nagħmel.”

      • Liema skrittura tistaʼ tuża biex turi li dak li tagħmel jeffettwa kif iħossu Ġeħova?

      XI DDISKUTEJNA?

      Int tistaʼ turi li tħobb lil Ġeħova billi tobdih u tibqaʼ leali lejh minkejja l-​problemi.

      X’Tgħallimt

      • X’tgħallimt mill-​eżempju taʼ Ġob?

      • Kif se turi li tħobb lil Ġeħova?

      • X’se jgħinek tibqaʼ leali lejn Ġeħova?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Sir af kif tistaʼ tkun leali lejn Ġeħova u lejn l-​organizzazzjoni tiegħu.

      “Ma’ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà” (16:49)

      Sir af iżjed x’qed jgħid Satana kontra n-​nies.

      “Ġob Iżomm l-​Integrità Tiegħu” (Il-​Bibbja​—X’Inhu l-​Messaġġ Tagħha? is-​6 taqsima)

      Ara kif anki t-​tfal jistgħu juru li jħobbu lil Ġeħova.

      Ferraħ lil Ġeħova (8:​16)

      Iż-​żgħażagħ kif jistgħu jibqgħu leali lejn Alla meta oħrajn iġegħluhom jagħmlu affarijiet ħżiena?

      Irreżisti l-​pressjoni minn dawk tamparek! (3:​59)

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja