LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 7/1 pp. 12-16
  • Lingwa Pura Għall-Ġnus Kollha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lingwa Pura Għall-Ġnus Kollha
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ir-​Rigal tal-​Kliem
  • Kien Hemm Bżonn Lingwa Pura
  • Dawk li Lilhom Tingħata l-​Lingwa Pura
  • Li Nitgħallmu l-​Lingwa x’Jitlob Minna
  • Siru Magħqudin bil-Lingwa Pura
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Qiegħed Int Titkellem il-“Lingwa Pura” b’Mod Fluwenti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Tkellem il-Lingwa Pura u Għix Għal Dejjem!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Nitkellmu l-“Lingwa Pura”
    Għannu Tifħir lil Jehovah
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 7/1 pp. 12-16

Lingwa Pura Għall-​Ġnus Kollha

“Imbagħad se nagħti lil popli l-​bidla għal lingwa pura, sabiex ikoll isejħu isem Jehovah, sabiex jaqduh spalla maʼ spalla.”—SOFONIJA 3:9.

1, 2. (a) Fi twettieq taʼ Sofonija 3:9, Jehovah x’qiegħed jagħmel fi żmienna? (b) Biex nifhmu kif il-​profezija taʼ Sofonija teffettwana, liema mistoqsijiet għandhom bżonn jiġu mwieġba?

ALLA JEHOVAH qed iwettaq fi żmienna xogħol li hu verament meraviljuż. Hu qed igħaqqad lil nies minn kull ġens. Bhalma bassar żmien twil ilu fil-​Kelma Qaddisa tiegħu, hu qed jagħmel dan billi jgħallimhom lingwa ġdida.—Sofonija 3:9.

2 X’inhi dik il-​lingwa ġdida? Għala hi neċessarja? Li nitgħallmuha x’jitlob minna personalment?

Ir-​Rigal tal-​Kliem

3. (a) Adam b’liema rigal meraviljuż kien mogħni? (b) Liema kienet il-​lingwa li Adam tkellem?

3 L-​abbiltà li tikkomunika permezz tal-​kliem hija rigal divin li tifred lill-​umanità mill-​ħolqien kollu tal-​annimali. L-​ewwel bniedem, Adam, kien maħluq b’moħħ li kien kapaċi jaħseb b’intelliġenza. Hu kien imżejjen b’kordi vokali, ilsien, u xofftejn li setgħu jintużaw biex jitkellem, kif ukoll vokabularju u l-​abbiltà biex igħaqqad kliem ġdid. Adam setaʼ jifhem meta Jehovah kien ikellmu, u Adam, mill-​banda l-​oħra, setaʼ jpoġġi ħsibijietu fi kliem. (Ġenesi 1:28-30; 2:16, 17, 19-23) Il-​lingwa mogħtija lil Adam kienet b’mod evidenti l-​waħda li iktar tard saret magħrufa bħala l-​Ebrajk. Għal taʼ l-​inqas l-​ewwel 1,757 sena taʼ eżistenza tal-​bniedem, l-​umanità kollha b’mod evidenti kompliet titkellem dik il-​lingwa waħda.—Ġenesi 11:1.

4. Ġrajjiet fi żmien Nimrod kif effettwaw il-​lingwa umana?

4 Imbagħad, fi żmien Nimrod, sabiex jisfratta l-​isforzi taʼ nies mill-​agħar, Jehovah ħawwad il-​lingwa taʼ dawk kollha li ħallew lilhom infushom jiġu rreġistrati biex jieħdu sehem f’li jibnu t-​Torri taʼ Babel. (Ġenesi 11:3-9) Donnu jidher li Jehovah l-​ewwel ħassar għalkollox il-​memorja kollha tal-​lingwa komuni li kellhom qabel u mbagħad introduċa lingwi ġodda fl-​imħuħ tagħhom. Dan kien jinvolvi mhux biss vokabularji ġodda imma wkoll grammatika ġdida u mudelli ġodda taʼ ħsieb. Mil-​lingwi li Jehovah oriġina f’Babel, oħrajn żviluppaw bil-​mod il-​mod sakemm illum, skond l-​akkademji tal-​lingwa, xi tlett elef lingwa huma mitkellma mal-​art kollha.

5. Kif nistgħu niddeterminaw “il-​bidla għal lingwa pura” x’tinvolvi?

5 Għan-​nies li qegħdin jitkellmu dawn il-​lingwi kollha, kellha “l-​bidla għal lingwa pura” tirrikjedi li huma jabbandunaw il-​lingwa taʼ pajjiżhom u jitgħallmu l-​lingwa oriġinali li Alla ta lil Adam? Iċ-​ċirkustanzi li kienu jeżistu dak in-​nhar li ngħatat il-​profezija jgħinu biex titwieġeb dik il-​mistoqsija.

Kien Hemm Bżonn Lingwa Pura

6-8. (a) Liema sitwazzjoni reliġjuża kienet żviluppat f’Ġuda qabel ma ngħatat il-​profezija taʼ Sofonija 3:9? (b) Fil-​ġnus taʼ madwar Ġuda, liema attitudni kienet prevalenti?

6 Is-​saltna taʼ Ġuda kienet ġiet maħkuma dan l-​aħħar l-​ewwel minn Manasse u mbagħad minn Amon, li kien bena artali għal Baal, applika d-​divinazzjoni, u nkuraġġixxa prattiċi spiritistiċi. (2 Slaten 21:1-6; 2 Kronaki 33:21-23) Bħala riżultat, matul ir-​renju tal-​iben u suċċessur taʼ Amon, Ġosija, Jehovah inkariga lill-​profeta tiegħu Sofonija biex iwissi li ġudizzju divin kien se jiġi esegwit fuq l-​art.—Sofonija 1:1,2.

7 Għalkemm il-​Ġudeani kienu jafu mill-​istorja tagħhom stess u mill-​Iskrittura mnebbħa li Jehovah huwa l-​veru Alla, huma kienu qed jieħdu sehem fir-​riti immorali tal-​qima taʼ Baal. Huma mielu quddiem ix-​xemx u l-​qamar u l-​kostellazzjonijiet taż-​żodjak, li kien bi ksur dirett tal-​liġi t’Alla. (Dewteronomju 4:19; 2 Slaten 23:5) Fuq dan kollu, huma kienu qed jipparteċipaw f’forma taʼ taħlit taʼ fidi, jaġixxu bħal li kieku r-​reliġjonijiet kollha kienu l-​istess, billi jaħilfu b’wegħda kemm lil Jehovah u kemm fl-​isem tal-​alla falz Malkam. L-​attitudni tagħhom kienet li “Jehovah mhux se jagħmel ġid, u mhux se jagħmel deni.” (Sofonija 1:4-6, 12) Inkwantu għall-​ġnus taʼ madwar Ġuda, kollha kemm huma kellhom rekord taʼ oppożizzjoni lejn Jehovah u lejn il-​poplu tiegħu, u għalhekk huma wkoll kienu fil-​linja biex ikollhom ġustizzja divina esegwita fuqhom.—Sofonija 2:4-15.

8 Huwa bi sfond taʼ ġrajjiet bħal dawn li Jehovah bassar li kellu ‘jagħti lil popli l-​bidla għal lingwa pura, sabiex ilkoll isejħu isem Jehovah, sabiex jaqduh spalla maʼ spalla.’ (Sofonija 3:9) X’inhi, allura, dik il-​lingwa pura?

9. (a) Il-​lingwa pura għala mhix l-​Ebrajk jew sempliċement il-​Kelma miktuba t’Alla? (b) X’inhi dik il-​lingwa pura, u kif teffettwa l-​ħajjiet taʼ dawk li jitkellmuha?

9 Hija l-​lingwa Ebrajka? Le; il-​poplu taʼ Ġuda diġà kellu dik, imma l-​affarijiet li kienu qegħdin igħidu u jagħmlu ovvjament ma kinux puri u dritti f’għajnejn Jehovah. U l-​lingwa pura mhix sempliċement il-​Kelma miktuba t’Alla. Huma wkoll kellhom dik. Imma dak li kellhom bżonn kien fehma xierqa tal-​verità dwar Alla u l-​iskopijiet tiegħu, u Jehovah biss setaʼ jipprovdi dak permezz tal-​ispirtu tiegħu. Meta tgħallmu jitkellmu dik il-​lingwa pura, il-​ħsibijiet tagħhom, id-​diskors tagħhom, il-​kondotta tagħhom, kellhom kollha jiċċentraw fuq ir-​rikonoxximent tal-​fatt li Jehovah hu l-​uniku Alla veru. (Sofonija 2:3) Huma kellhom ipoġgu l-​fiduċja tagħhom fih u jagħtu appoġġ sħiħ lis-​sovranità tiegħu. Dan huwa taʼ interess speċjali għalina llum. Għala?

Dawk li Lilhom Tingħata l-​Lingwa Pura

10. Il-​profezija taʼ Sofonija 3:9 matul liema perijodu taʼ żmien kellha titwettaq?

10 Billi jipponta lejn twettieq tal-​profezija f’perijodu partikulari taʼ żmien, Sofonija 3:9 igħid: “Għax imbagħad se nagħti lil popli l-​bidla għal lingwa pura.” Meta hu dak? Vers 8 jwieġeb li huwa matul iż-​żmien li fih Jehovah qed ‘jiġbor il-​ġnus,’ qabel ma ‘jsawwab fuqhom il-​għadab jaħraq tiegħu,’ li jagħti lill-​ġwejdin tal-​art il-​bidla għal lingwa pura.

11. (a) Sofonija 3:9 liema żewġ twettiqiet kellu qabel iż-​żminijiet moderni? (b) It-​twettieq tiegħu llum kif inhu differenti?

11 Fi żmien is-​Sultan Ġosija, qabel ma Jehovah ħalla lill-​armati Babilonjani jesegwixxu ħaqq, ħafna abbandunaw il-​qima falza u, minflok, servew lil Jehovah. (2 Kronaki 34:3-33) Għal darb’oħra, fl-​ewwel seklu E.K., qabel ma Ġerusalemm ġiet meqruda mir-​Rumani, eluf taʼ nies tgħallmu l-​verità dwar Alla u l-​iskop tiegħu u saru magħqudin fis-​servizz tiegħu. F’dak iż-​żmien il-​lingwa tal-​verità saret ferm iktar rikka permezz tal-​affarijiet li Ġesù Kristu għamel fi twettieq tal-​iskop taʼ Jehovah. Imma huwa fi żmienna stess li l-​profezija taʼ Sofonija qed tiġi mwettqa fuq skala globali. Il-​ġnus kollha issa qegħdin jiġu miġburin għall-​gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox f’Armageddon. (Rivelazzjoni 16:14, 16) Dak il-​ġbir ilu sejjer mit-​twelid tas-​Saltna fl-​1914. U huwa matul dan l-​istess perijodu li Jehovah kien qed jagħti lil popli mad-​dinja kollha l-​bidla għal lingwa pura fi twettieq taʼ din il-​profezija. Li titgħallem dik il-​lingwa huwa taʼ importanza vitali għaliex dawk li jsalvaw mit-​tribulazzjoni kbira li ġejja se jkunu nies li għamlu verament lil dik il-​lingwa pura l-​lingwa tagħhom.—Ġojeli 2:32.

12. (a) Il-​viżjoni miktuba f’​Isaija 6 liema effett għandha fuq il-​profezija rigward lingwa pura? (b) Il-​fdal midlukin għala kellhom bżonn il-​għajnuna biex ikomplu jkunu aċċettabbli għas-​servizz taʼ Jehovah?

12 Fi qbil maʼ dan, kien kmieni fl-​era taʼ wara l-​Ewwel Ġwerra Dinjija li Jehovah beda jiftaħ il-​għajnejn tal-​fehma tal-​qaddejja midlukin tiegħu għall-​viżjoni meraviljuża li hija miktuba f’Isaija kapitlu 6. (Versi 1-4) Din il-​viżjoni tenfasizza l-​importanza taʼ li jkollna xofftejn nodfa sabiex naqdu lil Jehovah b’mod aċċettabbli. Turi li, fis-​sens superlattiv, Jehovah hu qaddis. Il-​qaddejja tiegħu jridu wkoll jirriflettu dik il-​kwalità. (1 Pietru 1:15, 16) Imma l-​fdal midlukin kellhom bżonn il-​għajnuna f’dan ir-​rigward. Matul l-​Ewwel Gwerra Dinjija, huma kienu ħallew sa ċertu punt lilhom infushom jiġu mtebbgħin b’involviment fil-​kwistjonijiet tad-​dinja. “Il-​biżaʼ taʼ Jehovah hu pur,” jew nadif, imma huma kienu ħallew il-​biżaʼ mill-​bniedem u mill-​organizzazzjonijiet umani jeffettwa lil xofftejhom, billi jsikket il-​proklamazzjoni tagħhom tal-​Kelma t’Alla fuq skala kbira. (Salm 19:9) Permezz taʼ kuntatt mal-​Kristjaneżmu, il-​fdal kienu għadhom imtebbgħin b’xi wħud mit-​tradizzjonijiet u l-​prattiċi tiegħu.

13, 14. (a) Il-​fdal kif urew l-​attitudni t-​tajba, u Jehovah liema azzjoni ħa għan-​nom tagħhom? (b) Jehovah b’liema mod ta lingwa pura lill-​fdal?

13 Billi rrealizzaw is-​sitwazzjoni tagħhom il-​fdal qalu, bħalma għamel il-​profeta Isaija. “Gwaj għalija! Għax jien tajjeb daqs wieħed imsikket, għaliex bniedem li mhux nadif f’xofftejh jien, u fost poplu li mhux nadif f’xofftejh qed noqgħod; għax għajnejja raw lis-​Sultan, Jehovah tal-​armati, innifsu!” (Isaija 6:5) Huma rrikonoxxew li l-​kundizzjoni tagħhom ma kinetx aċċettabbli. Huma ma ppersistewx b’mod debboli f’korsa ħażina jew b’ras iebsa rrijutaw li jaċċettaw it-​twiddib taʼ Jehovah. Huma ma ssiħbux mal-​kleru meta dawn taw sempliċement servizz tax-​xofftejn lis-​Saltna t’Alla u mbagħad approvaw lil-​Lega tan-​Nazzjonijiet bħal li kieku kienet dik is-​Saltna.

14 Minħabba l-​attitudni taʼ ndiema taʼ dawk il-​fdal umlin, Jehovah fil-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu naddaf lil xofftejhom. Isaija 6:6, 7 igħidilna: “ Maʼ dak, wieħed mis-​serafini tar lejja, u f’idu kien hemm faħma taqbad li hu kien ħa b’imqass tan-​nar mill-​artal. U hu ssokta jmissli ħalqi u jgħid: ‘Ħares! Din messet lil xofftejk, u l-​iżball tiegħek telaq u dnubek stess tpatta.”ˈ Kien il-​messaġġ li jnaddaf mill-​Kelma t’Alla li qered bħal li kieku bin-​nar it-​tradizzjonijiet u t-​tagħlim tal-​bnedmin. Saffa minn qlubhom il-​biżaʼ mill-​bniedem u bidlu maʼ żelu jaħraq biex jużaw xofftejhom biex jonoraw lil Jehovah. B’hekk Jehovah kien qed iwettaq il-​wegħda tiegħu li ‘jagħti lil popli l-​bidla għal lingwa pura [litteralment, xoffa nadifa], sabiex ilkoll isejħu isem Jehovah.’—Sofonija 3:9.

15. Ir-​rispons tal-​fdal kif kien fi qbil mar-​raġuni li għaliha Jehovah tahom il-​lingwa pura?

15 Mela meta l-​klassi moderna taʼ Isaija bdiet tismaʼ l-​leħen taʼ Jehovah jistaqsi, kif inhu rrekordjat f’Isaija 6:8: “Lil min se nibgħat, u min se jmur għalina?” huma bil-​ferħ irrispondew: “Hawn jien! Ibgħat lili.” Ma kienx faċli għalihom kollha biex jibdew fil-​ministeru pubbliku, imma riedu li jiġu wżati minn Alla bħala poplu għal ismu. L-​ispirtu tiegħu saħħaħhom. Il-​għadd tagħhom kiber.

16. (a) L-​ippridkar tal-​fdal liema riżultati m’humiex mistennijin ta? (b) Il-​folla kbira kif jagħtu evidenza li huma wkoll issa jitkellmu l-​lingwa pura?

16 Maż-​żmien sar evidenti li l-​ippridkar tagħhom beda jipproduċi riżultati mhux mistennija. Permezz tagħhom, Jehovah kien qed igħin lil grupp ieħor biex jitgħallmu l-​lingwa pura. (Isaija 55:5) Dawn ma kinux jaqsmu magħhom it-​tama taʼ ħajja fis-​sema, imma għoddewh bħala privileġġ li jkunu sħab mal-​fdal taʼ werrieta tas-​Saltna u li jaqdu spalla maʼ spalla magħhom bħala xandara tas-​Saltna t’Alla. B’mod progressiv, dawn ħargu mill-​“ġnus u t-​tribujiet u l-​popli u l-​ilsna kollha” sakemm huma issa jiffurmaw “folla kbira” li tgħodd bil-​miljuni. Il-​kliem li joħroġ minn fommhom m’huwiex ix-​xorta li jidentifikahom maʼ xi wieħed mill-​elementi taʼ firda tad-​dinja. M’humiex ipoġġu t-​tamiet tagħhom f’xi bniedem jew f’xi organizzazzjoni umana. Minflok, huma “jibqgħu jgħajtu b’leħen qawwi, jgħidu: ‘Is-​salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna, li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron, u lill-​Ħaruf.”’—Rivelazzjoni 7:9, 10.

Li Nitgħallmu l-​Lingwa x’Jitlob Minna

17. Għala huwa importanti li l-​lingwa pura nitgħallmuha sewwa u ntejbu l-​abbiltà tagħna biex nużawha?

17 Ilna kemm ilna f’kuntatt mal-​organizzazzjoni taʼ Jehovah, hemm ħafna li nistgħu nagħmlu biex intejbu l-​għarfien tagħna dwar il-​lingwa pura u l-​abbiltà tagħna biex nużawha sewwa. Huwa importanti li tagħmel sforz biex tagħmel dak. Għala? Għaliex din hija indikazzjoni tal-​imħabba tagħna lejn il-​verità.

18, 19. (a) Mill-​bidunett, għala huwa importanti li nikkultivaw imħabba qawwija lejn il-​verità? (b) Għala huwa importanti li nkomplu nieħdu ħsiebha dik l-​imħabba?

18 Mill-​bidu, imħabba bħal din tgħin biex tiftaħ il-​moħħ u l-​qalb taʼ dak li jkun sabiex ikun jistaʼ jifhem l-​iskritturi li qed jiġu murijin lilu; tqanqlu biex jersaq qrib lejn Jehovah u biex japprezza l-​organizzazzjoni Tiegħu. B’hekk, l-​imħabba lejn il-​verità hija muftieħ biex wieħed jeħles mix-​xkiel tar-​reliġjon falza. Xi wħud jistqarru li huma interessati fil-​messaġġ tal-​Bibbja imma qatt ma jitilqu verament it-​truf kollha tar-​reliġjon falza u l-​mod permissiv taʼ ħajja tagħha. Għala le? Bħalma hu spjegat fit-​2 Tessalonkin 2:10, huma ma ‘jaċċettawx l-​imbabba tal-​verità biex jistgħu jsalvaw.’ Kemm huwa vitali li jkollna dik l-​imħabba!

19 Ladarba aħna nħaddnu l-​verità, li mmantnu dik l-​imħabba huwa fattur importanti fl-​iżvilupp spiritwali tagħna. Żomm f’moħħok li Jehovah jirreferi għall-​verità bħala “lingwa.” Meta wieħed jitgħallem lingwa ġdida, irid jagħmel sforz diliġenti biex jibni l-​vokabularju tiegħu, jippronunzja l-​kliem b’mod korrett, jitgħallem id-​dettalji tal-​grammatika, u nibqgħu sejrin. L-​imħabba lejn il-​lingwa ġdida u lejn in-​nies li jitkellmuha se tgħinu biex jibqaʼ jagħmel progress. Hu jistaʼ jkun kapaċi sa ċertu punt li jitkellem il-​lingwa fi ftit xhur, imma jinħtieġ snin taʼ sforz kuxjenzjuż qabel ma jkun jistaʼ jitkellimha bħal wieħed taʼ dak il-​pajjiż. Dik l-​istess xorta taʼ sforz huwa meħtieġ sabiex nitgħallmu l-​lingwa pura kif suppost.

20. (a) Liema ħaġa tagħmel lil-​lingwa pura verament pura? (b) Għala attenzjoni kbira hi meħtieġa min-​naħa taʼ kull wieħed minna?

20 Taʼ min jinnota speċjalment li l-​lingwa li Alla jagħti lill-​qaddejja tiegħu jintqal li hi pura. Dan huwa veru, mhux minħabba l-​kostruzzjoni grammatika, imma għaliex tagħti evidenza taʼ ndafa morali u spiritwali. Ma hemm ebda spazju f’din il-​lingwa għal gideb, qerq, jew ilsien qarrieq. Dawk li jitkellmu din il-​lingwa jridu dejjem jitkellmu l-​verità. (Sofonija 3:13; Efesin 4:25) Il-​kliem tagħhom irid bl-​istess mod jirrifletti l-​livelli għoljin taʼ Jehovah rigward il-​moralità sesswali. (Efesin 5:3, 4) L-​Iskrittura tinfurmana wkoll li kulma huwa konness maʼ Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, huwa mhux nadif. (Rivelazzjoni 18:2-4) Ix-​xbihat tal-​allat tagħha huma msejħin “idoli moqżieża.” (Ġeremija 50:2) B’mod xieraq, allura, dawk li jitgħallmu l-​lingwa pura jridu jwarrbu t-​truf fiżiċi taʼ qima falza, jirrifjutaw it-​tagħlim tagħha, jeħilsu ruħhom miċ-​ċelebrazzjonijiet tagħha, u wkoll jeliminaw mid-​diskors tagħhom espressjonijiet li jirriflettu l-​ħsieb ħażin tagħha. Barra minn dan, f’​Rivelazzjoni 16:13-16, tinġibed l-​attenzjoni tagħna lejn li l-​propaganda li qed tiġbor lill-​ġnus f’oppożizzjoni lejn is-​Saltna t’Alla hija wkoll mhux nadifa, billi hija ispirata mid-​demonji. Mela għandna bżonn noqogħdu attenti biex ma nħallu lil ebda waħda minn dawn l-​affarijiet mhux nodfa jinfettaw lid-​diskors tagħna.

21. X’hemm iktar fil-​lingwa pura minbarra l-​kliem mitkellem?

21 Dak li qed nitgħallmu huwa msejjaħ lingwa, u hekk hu, imma dak ma jfissirx li dawk li jitkellmuha sempliċement jitgħallmu kif jużaw espressjonijiet li huma komuni għall-​poplu taʼ Jehovah. It-​ton tal-​vuċi l-​espressjoni tal-​wiċċ, u l-​ġesti wkoll huma importanti. Dawn jistgħu jwasslu messaġġi li l-​kliem waħdu ma jistax iwassal. Huma spiss jirriflettu dak li aħna verament minn ġewwa. Huma jistgħu jindikaw jekk aħna neħħejniex minn ġo fina l-​għira, l-​ġlied, u attakki taʼ rabja, li lkoll huma xogħlijiet tal-​laħam midneb. Meta l-​ispirtu t’Alla jopera bil-​libertà fil-​ħajjiet tagħna, il-​frott tiegħu jsir jidher fil-​mod kif nikkomunikaw maʼ oħrajn.—Galatin 5:19-23; Efesin 4:31, 32.

22. Meta l-​lingwa pura nsiru nafuha sewwa, kif teffettwana meta nkunu se nieħdu xi deċiżjoni?

22 Kulmin tgħallem lingwa ġdida jaf li jkun laħaq mira vera meta jsib ruħu attwalment jaħseb bil-​lingwa ġdida, minflok ma jittraduċi mill-​ilsien taʼ pajjiżu. Mela, ukoll, meta nistudjaw il-​verità, nagħmlu sforz ħerqan biex napplikawha fil-​ħajjiet tagħna, u regolarment naqsmuha maʼ oħrajn, aħna bil-​mod il-​mod insibu ruħna qegħdin naħsbu b’termini tal-​verità. M’aħniex qed inqabblu għal dejjem il-​qadim mal-​ġdid u nissieltu biex nagħmlu għażla. Saħansitra f’affarijiet żgħar, prinċipji tal-​Bibbja jiġu f’moħħna biex jipprovdu d-​direzzjoni meħtieġa.—Proverbji 4:1-12.

23. Hi x’inhi l-​lingwa taʼ pajjiżhom, liema ħaġa turi li x-​Xhieda taʼ Jehovah mad-​dinja kollha Ikoll jitkellmu l-​lingwa pura?

23 Huwa veru li hemm eluf taʼ lingwi wżati mill-​umanità, imma l-​lingwa pura tistaʼ tiġi espressa f’dawn kollha. Magħqudin, mad-​dinja kollha, ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed jagħmlu użu tajjeb mil-​lingwa pura hekk kif jaqdu spalla maʼ spalla u jagħtu xiehda pubblika li ġġib unur lil Jehovah, Alla tagħna kollu mħabba!

Mistoqsijiet għal Reviżjoni

◻ X’inhu inkluż fir-​rigal tal-​kliem?

◻ X’inhi l-​lingwa pura?

◻ Sofonija 3:9 lejn min ġie mwettaq?

◻ Kif nistgħu nagħtu evidenza li verament inħobbuha l-​lingwa pura?

[Stampa f’paġna 16]

Hi x’inhi l-​lingwa taʼ pajjiżhom, ix-​Xhieda taʼ Jehovah mad-​dinja kollha jitkellmu l-​lingwa pura

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja