LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 57
  • X’Jiġri Jekk Tagħmel Dnub Serju?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Jiġri Jekk Tagħmel Dnub Serju?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Tkellem mal-Anzjani Meta Jkollok Bżonn l-Għajnuna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Kif l-Anzjani Juru Mħabba u Ħniena maʼ Dawk li Jidinbu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Ġeħova Juża lil Ġesù Biex Imexxi l-Kongregazzjoni
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif l-Anzjani Jgħinu lil Min Jitneħħa mill-Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 57
Lezzjoni 57. Ħu żagħżugħ jgħid lil żewġ anzjani bi dnub serju li għamel.

LEZZJONI 57

X’Jiġri Jekk Tagħmel Dnub Serju?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Int tħobbu ħafna lil Ġeħova u tipprova kemm tistaʼ biex ma tweġġgħux. Imma xorta kultant se tagħmel xi żbalji. Però hemm żbalji li huma ikbar minn oħrajn. (1 Korintin 6:​9, 10) Jekk tagħmel dnub serju, tinsiex li Ġeħova għadu jħobbok. Hu lest li jaħfirlek u jgħinek.

1. Xi rridu nagħmlu biex Ġeħova jaħfrilna?

Dawk li jħobbu lil Ġeħova jħossuhom imdejqin ħafna meta jindunaw li għamlu żball serju. Imma dawn iħossuhom aħjar b’dak li Ġeħova wiegħed lin-nies tiegħu: ‘Għalkemm dnubietkom ikunu ħomor bħall-iskarlat, se jintgħamlu bojod bħas-silġ.’ (Isaija 1:​18) Jekk veru jiddispjaċina, Ġeħova se jaħfrilna u se jinsa d-dnub tagħna. Kif nuru li vera jiddispjaċina? Billi nieqfu nagħmlu dak li hu ħażin u nitolbu lil Ġeħova biex jaħfrilna. Imbagħad nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex inbiddlu l-ħsibijiet ħżiena u l-vizzji li wassluna biex nagħmlu d-dnub. Irridu nipprovaw ukoll ngħixu skont il-livelli taʼ Ġeħova.​—Aqra Isaija 55:​6, 7.

2. Ġeħova kif jgħinna permezz tal-anzjani?

Meta nagħmlu dnub serju, Ġeħova jgħidilna biex ‘insejħu lill-anzjani tal-kongregazzjoni.’ (Aqra Ġakbu 5:​14, 15.) Dawn l-anzjani jħobbu lil Ġeħova u lil dawk li jaqduh. Huma tgħallmu kif jistgħu jgħinuna biex jerġaʼ jkollna ħbiberija tajba maʼ Ġeħova.​—Galatin 6:1.

L-anzjani kif jgħinuna jekk nagħmlu dnub serju? Żewġ anzjani jew tlieta juruna mill-Bibbja għala dak li għamilna kien ħażin. Huma jinkuraġġuna u jagħtuna pariri tajbin biex jgħinuna ma nerġgħux nagħmlu l-istess żball. Jekk xi ħadd ma jiddispjaċihx taʼ li għamel, l-anzjani jneħħuh mill-kongregazzjoni biex ma jinfluwenzax lil oħrajn.

TGĦALLEM IŻJED

Apprezza iżjed kif Ġeħova jgħinek meta tagħmel dnub serju.

3. Kif se jgħinna li ngħidu d-dnubiet tagħna?

Kull dnub li nagħmlu jweġġaʼ lil Ġeħova, allura jagħmel sens li ngħidulu x’għamilna. Aqra Salm 32:​1-5, u mbagħad iddiskuti:

  • Meta nagħmlu xi dnub, għala jkun tajjeb li ngħiduh lil Ġeħova minflok ma nipprovaw naħbuh?

Wara li ngħidu lil Ġeħova bid-dnubiet li għamilna, ikun tajjeb li nsaqsu lill-anzjani għall-għajnuna. Dan se jgħinna nħossuna aħjar. Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsija.

VIDJOW: “Ġeħova Jiddixxiplina lil Min Iħobb” (3:​01)

  • Fil-vidjow, l-anzjani kif għenu lil Canon jerġaʼ jsir ħabib taʼ Ġeħova?

Aħna rridu nkunu onesti mal-anzjani u ngħidulhom b’kollox. Huma qegħdin hemm biex jgħinuna. Aqra Ġakbu 5:​16, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala hu iktar faċli għall-anzjani biex jgħinuna meta aħna nkunu onesti?

Grupp taʼ Stampi: 1. Ħu mdejjaq ħafna taʼ dak li għamel. 2. Il-ħu jitlob lil Ġeħova. 3. Il-ħu jitkellem m’anzjan fuq it-telefown. 4. Il-ħu jitkellem maʼ tliet anzjani. 5. Il-ħu ferħan li għandu kuxjenza nadifa.

Għid id-dnub tiegħek, kun onest mal-anzjani, u aċċetta l-għajnuna taʼ Ġeħova għax iħobbok

4. Ġeħova juri ħniena maʼ min jagħmel dnub serju

Jekk xi ħadd għamel dnub serju u ma jridx jobdi lil Ġeħova, jitneħħa mill-kongregazzjoni. Aħna ma nagħmluhiex miegħu ħlief biex insellmulu. Aqra l-​1 Korintin 5:​6, 11, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-ħmira teffettwa l-għaġina kollha. Allura meta nagħmluha ma’ xi ħadd li ma jiddispjaċihx għal dak li għamel, kif se jeffettwa l-kongregazzjoni?

L-anzjani jimitaw il-ħniena taʼ Ġeħova billi jipprovaw jgħinu lil dawk li tneħħew mill-kongregazzjoni. Ħafna minnhom reġgħu ġew lura. Għala? Għalkemm kien diffiċli li kienu mneħħijin mill-kongregazzjoni, dan għenhom jindunaw li dak li għamlu kien ħażin.​—Salm 141:5.

Il-mod kif Ġeħova jittratta maʼ dawk li għamlu dnub serju, kif juri li hu raġunevoli, ħanin u jħobbna?

5. Ġeħova jaħfrilna meta vera jiddispjaċina

Ġesù ta eżempju biex jgħinna nifhmu kif Ġeħova jħossu meta xi ħadd vera jiddispjaċih. Aqra Luqa 15:​1-7, u mbagħad iddiskuti:

  • Dan x’jgħallmek dwar Ġeħova?

Aqra Eżekjel 33:​11, u mbagħad iddiskuti:

  • X’hemm bżonn nagħmlu biex nuru li vera jiddispjaċina?

Ragħaj qed jieħu ħsieb nagħġa li weġġgħet.

Bħal ragħaj, Ġeħova jieħu ħsieb sew in-nagħaġ tiegħu

ĦAFNA JGĦIDU: “Nibżaʼ li jekk ngħid lill-anzjani dwar id-dnub li għamilt, ineħħuni mill-kongregazzjoni.”

  • Kieku x’tgħid lil min iħossu hekk?

XI DDISKUTEJNA?

Jekk nagħmlu dnub serju imma vera jiddispjaċina u nkunu determinati li ma nerġgħux niżbaljaw, Ġeħova se jaħfrilna.

X’Tgħallimt

  • Jekk nagħmlu dnub, għala jkun tajjeb li ngħidu lil Ġeħova?

  • X’hemm bżonn nagħmlu biex Ġeħova jaħfrilna meta nagħmlu xi dnub?

  • Jekk għamilna dnub serju, għala għandna nsaqsu l-anzjani biex jgħinuna?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif Ġeħova ħafer lil raġel bħalma nsibu f’​Isaija 1:​18.

Qatt Tiddubitaw mill-Ħniena taʼ Ġeħova (5:​02)

L-anzjani kif jipprovaw jgħinu lil dawk li għamlu dnub serju?

“Kif l-Anzjani Juru Mħabba u Ħniena maʼ Dawk li Jidinbu” (It-Torri tal-Għassa, Awwissu 2024)

Sir af kif dawk li għamlu dnub serju u ma ddispjaċihomx xorta jintwerew imħabba u ħniena.

“Kif l-Anzjani Jgħinu lil Min Jitneħħa mill-Kongregazzjoni” (It-Torri tal-Għassa, Awwissu 2024)

Fl-istorja “Kelli bżonn nerġaʼ lura lejn Ġeħova,” sir af għala raġel li telaq mill-verità ħass li Ġeħova reġaʼ għenu jiġi lura.

“Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet” (It-Torri tal-Għassa, 1 tʼApril 2012)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja