LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Jehovah Jagħmel Isem Glorjuż Għalih Innifsu
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • 19, 20. Il-​Lhud f’liema affarijiet jiftakru, u għala?

      19 Fin-​niket tagħhom, xi Lhud jitqanqlu biex jirriflettu fuq l-​imgħoddi. Jgħid Isaija: “Ftakru f’jiem l-​imgħoddi: Mosè, il-​qaddej tiegħu. ‘Fejn hu dak li ħeles mill-​baħar, ir-​ragħaj tal-​poplu tiegħu? Fejn hu dak li qiegħed f’nofshom, l-​ispirtu qaddis tiegħu? Hu li kien jimxi fuq il-​leminija taʼ Mosè bid-​driegħ imsebbaħ tiegħu? Li feraq il-​baħar quddiemhom biex jagħmel għalih isem li jibqaʼ għal dejjem? Li mexxiehom qalb il-​mewġ u ma għotrux bħal żiemel fid-​deżert? Bħal annimal li nieżel fil-​wied, mmexxi mill-​ispirtu tal-​Mulej.’”—Isaija 63:11-14a.d

      20 Iva, waqt li jsofru r-​riżultati tad-​diżubbidjenza tagħhom, il-​Lhud jixxennqu għal dawk il-​jiem meta Jehovah kien il-​Ħellies tagħhom u mhux l-​għadu tagħhom. Huma jiftakru kif ir-​‘rgħajja’ tagħhom, Mosè u Aron, għaddewhom qawwijin u sħaħ minn ġol-​Baħar l-​Aħmar. (Salm 77:21 [77:20, NW]; Isaija 51:10) Jiftakru fi żmien meta minflok ma nikktu l-​ispirtu t’Alla, tmexxew minnu permezz tal-​gwida mogħtija minn Mosè u minn irġiel ixjeħ oħrajn maħturin bl-​ispirtu. (Numri 11:16, 17) Jiftakru wkoll li raw id-​“driegħ imsebbaħ” tas-​saħħa taʼ Jehovah meta ntuża għan-​nom tagħhom permezz taʼ Mosè! Maż-​żmien, Alla ħariġhom mid-​deżert kbir u tal-​biżaʼ u daħħalhom f’art li tnixxi ħalib u għasel—post taʼ mistrieħ. (Dewteronomju 1:19; Ġożwè 5:6; 22:4) Iżda issa l-​Iżraelin isofru għaliex tilfu r-​relazzjoni favorevoli li kellhom m’Alla!

  • Jehovah Jagħmel Isem Glorjuż Għalih Innifsu
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • d Dan il-​vers jistaʼ jibda hekk ukoll: “Hu beda jiftakar.” (Isaija 63:11, nota taʼ taħt fin-​NW) Madankollu, dan ma jfissirx neċessarjament li Jehovah hu dak li qed jiftakar. Il-​kliem taʼ wara dan jesprimi s-​sentimenti tal-​poplu t’Alla u mhux taʼ Jehovah nnifsu. Is-​Soncino Books of the Bible hekk jittraduċuh dan il-​kliem: “Imbagħad in-​nies Tiegħu ftakru f’jiem l-​imgħoddi.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja