LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Id-​Deċiżjoni taʼ Jehovah Kontra l-​Ġnus
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • 25. Bi twettiq taʼ Isaija 19:​1-11, x’jiġrilu l-​Eġittu tal-​qedem?

      25 Ġuda għandha lill-​Eġittu bħala ġar imiss magħha lejn in-​nofsinhar, u dan ilu żmien twil jaġixxi bħala għadu tal-​poplu f’patt m’Alla. Isaija kapitlu 19 jirrakkonta l-​kundizzjonijiet instabbli li kienu jeżistu fl-​Eġittu meta kien ħaj Isaija. Hemm gwerra ċivili fl-​Eġittu, “belt kontra belt, u saltna kontra saltna.” (Isaija 19:​2, 13, 14) Kittieba taʼ l-​istorja jippreżentaw evidenza taʼ dinastiji rivali li kienu jaħkmu partijiet differenti tal-​pajjiż fl-​istess waqt. L-​għerf taʼ l-​Eġittu, li tant kienu kburin bih, bl-​‘allat fiergħa u s-​saħħara’ tiegħu, ma jsalvahx minn “idejn sid kiefer.” (Isaija 19:​3, 4) L-​Eġittu jiġi konkwistat suċċessivament mill-​Assirja, Babilonja, il-​Persja, il-​Greċja, u Ruma. Dawn il-​ġrajjiet kollha jwettqu l-​profeziji taʼ Isaija 19:​1-11.

  • Id-​Deċiżjoni taʼ Jehovah Kontra l-​Ġnus
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • 27. Liema firdiet interni kienu mbassrin għall-​“Eġittu,” u dan kif qed jitwettaq illum?

      27 Dwar iż-​żmien li jwassal għall-​esekuzzjoni tal-​ħaqq minnu, Jehovah jgħid profetikament: “U nkeskes l-​Eġizzjani kontra l-​Eġizzjani, jitqabdu wieħed kontra ħuh, u ieħor kontra sieħbu; belt kontra belt, u saltna kontra saltna.” (Isaija 19:2) Mindu s-​Saltna t’Alla ġiet stabbilita fl-​1914, “is-​sinjal tal-​miġja” taʼ Ġesù kien immarkat b’ġens li jqum kontra ġens u saltna kontra saltna. Massakri tribwali, ġenoċidji mdemmijin, u l-​hekk imsejjaħ tindif etniku ħadu miljuni taʼ ħajjiet matul dawn l-​aħħar jiem. Din it-​“tbatija kbira” se tkompli tmur għall-​agħar hekk kif it-​tmiem jersaq iktar qrib.—Mattew 24:​3, 7, 8.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja