LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Id-​Deċiżjoni taʼ Jehovah Kontra l-​Ġnus
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • 35, 36. Bi twettiq taʼ Isaija 19:​23-25, liema konnessjonijiet saru jeżistu fl-​antik bejn l-​Eġittu, l-​Assirja, u Iżrael?

      35 Il-​profeta mbagħad jara bil-​quddiem żvilupp rimarkevoli: “Dakinhar ikun hemm triq mill-​Eġittu għall-​Assirja, u l-​Assirja tiġi l-​Eġittu u l-​Eġittu jmur l-​Assirja, u l-​Eġizzjani jservu lill-​Mulej flimkien maʼ l-​Assiri. Dakinhar Iżrael ikun it-​tielet maʼ l-​Eġittu u l-​Assirja, barka f’nofs l-​art. Iberikhom il-​Mulej taʼ l-​eżerċti u jgħid: ‘Mbierek l-​Eġittu l-​poplu tiegħi, l-​Assirja xogħol idejja, u Iżrael il-​wirt tiegħi.’” (Isaija 19:​23-25) Iva, xi darba se jkunu jeżistu relazzjonijiet taʼ ħbiberija bejn l-​Eġittu u l-​Assirja. Kif?

  • Id-​Deċiżjoni taʼ Jehovah Kontra l-​Ġnus
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • 38. (a) Iżrael kif se ‘jkun it-​tielet maʼ l-​Eġittu u l-​Assirja’? (b) Jehovah għala jgħid ‘Ikun imbierek il-​poplu tiegħi’?

      38 Iżda, Iżrael kif “ikun it-​tielet maʼ l-​Eġittu u l-​Assirja”? Kmieni fiż-​“żmien taʼ l-​aħħar,” il-​biċċa l-​kbira minn dawk li kienu jaqdu lil Jehovah fuq l-​art kienu membri taʼ l-​“Iżrael taʼ Alla.” (Danjel 12:9; Galatin 6:16) Mis-​snin tletin ’l hawn, feġġet kotra kbira taʼ “nagħaġ oħra,” bit-​tama li jgħixu fuq l-​art. (Ġwann 10:16a; Apokalissi 7:9) Waqt li joħorġu mill-​ġnus—iffigurati minn qabel mill-​Eġittu u l-​Assirja—huma jiġu bi ħġarhom lejn id-​dar taʼ qima taʼ Jehovah u jistiednu lil oħrajn jissieħbu magħhom. (Isaija 2:​2-4) Huma jwettqu l-​istess xogħol taʼ ppridkar bħal ħuthom il-​midlukin, jissaportu provi simili, juru l-​istess fedeltà u integrità, u jieklu mill-​istess mejda spiritwali. Verament, il-​midlukin u n-​“nagħaġ oħra” huma “merħla waħda, ragħaj wieħed.” (Ġwann 10:16b) Jistaʼ xi ħadd jiddubita jekk Jehovah, meta jħares lejn iż-​żelu u s-​sabar tagħhom, jiħux gost bl-​attività tagħhom? Mhux taʼ b’xejn li hu jlissen barka fuqhom, billi jgħid: ‘Ikun imbierek il-​poplu tiegħi’!

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja