LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Jehovah Jkasbar il-​Kburija taʼ Tir
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • “Ixhru, Ġfien taʼ Tarsis!”

      3, 4. (a) Fejn kienet Tarsis, u x’kienet ir-​relazzjoni bejn Tir u Tarsis? (b) Il-​baħrin li qegħdin jinnegozjaw maʼ Tarsis għala se jkollhom raġun ‘jixhru’?

      3 Taħt it-​titlu, “Oraklu fuq Tir,” Isaija jiddikjara: “Ixhru, ġfien taʼ Tarsis, għax il-​port tagħkom qerduh! M’hemmx dħul!” (Isaija 23:1a) Hemm min jgħid li Tarsis kienet parti minn Spanja, ’il bogħod minn Tir fil-​lvant tal-​Mediterran.a Xorta waħda, il-​Feniċi kienu baħħara t’esperjenza, u l-​bastimenti tagħhom kienu kbar ħafna u jifilħu għall-​baħar. Xi kittieba taʼ l-​istorja jemmnu li l-​Feniċi kienu l-​ewwel li nnotaw ir-​rabta bejn il-​qamar u t-​tifrigħ tal-​baħar u li wżaw l-​astronomija bħala għajnuna fit-​tbaħħir. Għalhekk, id-​distanza twila minn Tir sa Tarsis ma kinitx taʼ ostaklu għalihom.

      4 Fi żmien Isaija, Tarsis, għalkemm fil-​bogħod, hija suq tajjeb għal Tir, forsi s-​sors ewlieni taʼ l-​għana tagħha matul parti mill-​istorja tagħha. Spanja għandha minjieri mimlijin b’depożiti taʼ fidda, ħadid, landa, u metalli oħrajn. (Qabbel Ġeremija 10:9; Eżekjel 27:12.) “Ġfien taʼ Tarsis,” li x’aktarx huma ġfien minn Tir li jinnegozjaw maʼ Tarsis, se jkollhom raġun ‘jixhru’ u jibku l-​qerda tal-​port taʼ pajjiżhom.

      5. Il-​baħħara li jkunu ġejjin minn Tarsis fejn isiru jafu bil-​waqgħa taʼ Tir?

      5 Il-​baħħara li qegħdin fuq il-​baħar kif se jsiru jafu bil-​waqgħa taʼ Tir? Iwieġeb Isaija: “Minn art il-​Kittin waslet l-​aħbar!” (Isaija 23:1b) “Art il-​Kittin” x’aktarx li tirreferi għall-​gżira taʼ Ċipru, xi 100 kilometru lejn il-​punent mix-​xatt tal-​Feniċja. Din hi l-​aħħar waqfa għall-​bastimenti li jkunu sejrin lejn il-​lvant minn Tarsis qabel ma jaslu Tir. Għaldaqstant, il-​baħrin se jirċievu l-​aħbar dwar il-​waqgħa tal-​maħbub port t’art twelidhom meta jieqfu Ċipru. X’ħasda se jieħdu! Maħkumin min-​niket, dawn se ‘jixhru’ qalbhom imtertqa.

  • Jehovah Jkasbar il-​Kburija taʼ Tir
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • a Xi studjużi identifikaw lil Tarsis bħala Sardinja, gżira fil-​punent tal-​Mediterran. Sardinja wkoll kienet ’il bogħod minn Tir.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja