-
Jehovah Jferraʼ Għadbu fuq il-ĠnusIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
Jum taʼ Tpattija
9. (a) Minfejn ġie Edom, u liema relazzjoni żviluppat bejn Iżrael u Edom? (b) Jehovah x’jiddeċiedi dwar Edom?
9 Issa l-profezija tipponta lejn ġens li jeżisti fi żmien Isaija—Edom. L-Edomin huma dixxendenti taʼ Għesaw (Edom), li biegħ il-primoġenitura tiegħu lil ħuh it-tewmi, Ġakobb, għall-ħobż u ftit soppa taʼ l-għads. (Ġenesi 25:24-34) Peress li Ġakobb ħadlu postu fil-primoġenitura, Għesaw imtela bil-mibegħda għal ħuh. Iktar tard il-ġens taʼ Edom u l-ġens taʼ Iżrael saru għedewwa, avolja kienu d-dixxendenti taʼ aħwa tewmin. Minħabba din l-oppożizzjoni lejn in-nies t’Alla, Edom ġibed fuqu l-għadab taʼ Jehovah, li issa jgħid: “Fis-smewwiet sikret ix-xabla tiegħi, u għad tinżel fuq Edom, fuq poplu mitluq għall-qerda, biex minnu tagħmel ħaqq. Ix-xabla tal-Mulej tħammar bid-demm, tqattar bix-xaħam, bid-demm tal-ħrief u l-bdabad, bix-xaħam tal-kliewi taʼ l-imtaten. Għax ikollu l-Mulej sagrifiċċju f’Bosra, qatla kbira f’Edom.”—Isaija 34:5, 6.
10. (a) Jehovah lil min ixejjen meta jxejjer ix-xabla tiegħu “fis-smewwiet”? (b) Edom x’attitudni juri meta Ġuda tiġi attakkata minn Babilonja?
10 Edom jinsab f’reġjun muntanjuż fl-għoli. (Ġeremija 49:16; Għabdija 8, 9, 19, 21) Minkejja dan, saħansitra dawn is-swar naturali ma se jkunu taʼ ebda għajnuna meta Jehovah jxejjer ix-xabla taʼ ġudizzju tiegħu “fis-smewwiet,” u jbaxxi lill-ħakkiema taʼ Edom mill-pożizzjoni għolja li għandhom. Edom huwa mgħammar sew għall-gwerra, u l-qawwiet armati tiegħu jimmarċjaw minn fuq ktajjen taʼ muntanji għoljin biex jipproteġu l-pajjiż. Imma għalkemm għandu qawwa kbira, Edom ma jagħti ebda għajnuna lil Ġuda meta tiġi attakkata mill-eżerċti taʼ Babilonja. Minflok, Edom tgħidx kemm jifraħ meta jara l-waqgħa tas-saltna taʼ Ġuda u jħeġġeġ ħafna lill-konkwistaturi tagħha. (Salm 137:7) Edom saħansitra jiġri wara l-Lhud li jaħarbu biex jibqgħu ħajjin u jagħtihom f’idejn il-Babiloniżi. (Għabdija 11-14) L-Edomin jippjanaw li jieħdu taħt idejhom il-pajjiż abbandunat taʼ l-Iżraelin, u jitkellmu bi ftaħir kontra Jehovah.—Eżekjel 35:10-15.
-
-
Jehovah Jferraʼ Għadbu fuq il-ĠnusIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
12. (a) Jehovah lil min juża biex iġib kastig fuq Edom? (b) Il-profeta Għabdija x’ibassar rigward Edom?
12 Alla għandu l-iskop li jikkastiga lil Edom għal dak li sar b’mod malizzjuż lil dik li tissejjaħ Sijon, l-organizzazzjoni Tiegħu taʼ fuq l-art. Tgħid il-profezija: “Hu jum il-vendetta tal-Mulej, is-sena tal-ħlas għall-għadu taʼ Sijon.” (Isaija 34:8) Ftit wara l-qerda taʼ Ġerusalemm fis-sena 607 Q.E.K., Jehovah jibda jesprimi l-vendetta ġusta tiegħu fuq l-Edomin permezz taʼ Nabukodonosor, is-sultan taʼ Babilonja. (Ġeremija 25:15-17, 21) Meta l-armati taʼ Babilonja jattakkaw lil Edom, xejn u ħadd ma jistaʼ jsalvahom lill-Edomin! Hija s-“sena tal-ħlas” għal dak il-pajjiż muntanjuż. Jehovah jbassar permezz tal-profeta Għabdija: “Talli biċċirt u ħqart lil ħuk Ġakobb, għad tkun miksi bl-għajb, għal dejjem għad tintemm. . . . Kif għamilt inti, hekk għad jagħmlu lilek, fuq rasek stess għad jaqaʼ għemilek.”—Għabdija 9b, 10, 15 [10, 15, NW]; Eżekjel 25:12-14.
Futur bla Tama għall-Kristjaneżmu
13. Illum min hu bħal Edom, u għala?
13 Fi żmienna teżisti organizzazzjoni li għandha storja bħal taʼ Edom. Liema hi din l-organizzazzjoni? Sewwa, fi żmienna min kien minn taʼ quddiem f’li jkasbar u jippersegwita lill-qaddejja taʼ Jehovah? Ma kienx dan il-Kristjaneżmu, permezz tal-kleru tiegħu? Iva! Il-Kristjaneżmu għolla lilu nnifsu bħallikieku sa fuq il-muntanji fil-kwistjonijiet taʼ din id-dinja. Hu jsostni li għandu pożizzjoni għolja fis-sistema dinjija tal-bnedmin, u r-reliġjonijiet tiegħu jifformaw il-parti ewlenija taʼ Babilonja l-Kbira. Imma Jehovah ordna “sena tal-ħlas” kontra dan Edom taʼ żmienna minħabba l-kondotta ħażina taʼ żebliħ lejn in-nies Tiegħu, ix-Xhieda Tiegħu.
-