-
Jehovah Jferraʼ Għadbu fuq il-ĠnusIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
16, 17. Edom x’se jsir, u kemm se jdum f’dan l-istat?
16 Il-profezija taʼ Isaija tkompli, billi tbassar li l-annimali salvaġġi se jieħdu post il-popolazzjoni umana taʼ Edom, u b’hekk dan jimplika li ġejja ħerba: “Tkun ħerba għal dejjem minn żmien għal żmien; qatt iżjed ma jgħaddu minnha. Jirtuha l-pellikan u l-qanfud, fiha jgħammru l-kokka u ċ-ċawlun. Il-Mulej jifrex fuqha l-ħabel tal-vojt, u ċ-ċomb tal-baħħ. In-nobbli tagħha ma jkunux aktar, u slaten aktar ma jipproklamawx, u prinċpijiet jiġu fix-xejn. Fil-palazzi tagħha jinbet ix-xewk; għollieq u ħurrieq fil-fortizzi tagħha. Issir kenn għax-xakalli, u bitħa għan-ngħam. Jiltaqgħu hemm il-jena u l-klieb tax-xagħri; u l-mogħoż selvaġġi jsejjħu lil xulxin. Hemm ukoll toqgħod il-kokka tad-deżert, u ssib il-mistrieħ tagħha. Hemm ibejjet is-serp u jbid, isaħħan u jfaqqas il-bajd. Hemm ukoll jiltaqgħu l-isqra, is-sieħeb mas-sieħba tiegħu.”—Isaija 34:10b-15.a
17 Iva, Edom se jsir pajjiż vojt. Se jsir baħħ u se jkun fih biss bhejjem salvaġġi, għasafar, u sriep. Il-pajjiż se jkompli f’dan l-istat taʼ ħerba, bħalma jgħid vers 10, “għal dejjem” taʼ dejjem. Ma se jkun hemm ebda restawr.—Għabdija 18.
-
-
Jehovah Jferraʼ Għadbu fuq il-ĠnusIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
a Sa żmien Malakija, din il-profezija kienet twettqet. (Malakija 1:3) Malakija jirrapporta li l-Edomin ittamaw li jerġgħu jieħdu taħt idejhom pajjiżhom li kien sar ħerba. (Malakija 1:4) Madankollu, din ma kinitx ir-rieda taʼ Jehovah, u iktar tard poplu ieħor, in-Nabatin, bdew jokkupaw l-art li darba kienet il-pajjiż taʼ Edom.
-