LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 2
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
  • Tama Vera għal Futur Aħjar
    Iktar Suġġetti
  • Tama Sabiħa għas-Sena 2023—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Tama għall-2024—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 2
Lezzjoni 2. Ix-xemx tiela’ fuq għalqa kbira tal-qamħ.

LEZZJONI 02

Il-​Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Ħafna nies għandhom problemi li jagħmluhom imdejqin, anzjużi, u anki jġibulhom uġigħ. Inti qatt għaddejt minn xi ħaġa li ġegħlitek tħossok hekk? Forsi qed tbati minn xi marda jew tlift lil xi ħadd li tħobb. Forsi taħseb, ‘Il-​ħajja qatt se ssir aħjar?’ Il-​Bibbja tagħtina tweġiba inkuraġġanti.

1. Il-​Bibbja x’tama ttina għall-​futur?

Il-​Bibbja tispjega għala hawn ħafna problemi. Imma tgħidilna wkoll li Alla dalwaqt se jneħħi dawn il-​problemi kollha. Il-​wegħdi li nsibu fil-​Bibbja ‘jagħtuna futur u tama.’ (Aqra Ġeremija 29:​11, 12.) Dawn il-​wegħdi jgħinuna nkampaw mal-​problemi tagħna u nkunu ferħanin anki issa. Iwegħduna wkoll li se nkunu ferħanin għal dejjem.

2. Il-​Bibbja kif twiegħed li se jkun il-​futur?

Il-​Bibbja tgħid li fil-​futur mhux se jkun hemm “iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.” (Aqra Rivelazzjoni 21:4.) Il-​problemi li jġibu ħafna tbatija fil-​ħajja tan-​nies mhux se jeżistu iżjed. Dawn jinkludu l-​faqar, l-​inġustizzja, il-​mard, u l-​mewt. Il-​Bibbja twiegħed li n-​nies se jgawdu ħajja għal dejjem f’ġenna fuq l-​art.

3. Kif tista’ tkun ċert li se jiġru l-​wegħdi tal-​Bibbja?

Ħafna nies jittamaw li se jiġru affarijiet tajbin. Imma huma qatt ma jistgħu jkunu ċerti li dak li jittamaw għalih se jsir. Dak li twiegħed il-​Bibbja hu differenti għax żgur se jiġri. Aħna nistgħu nafdaw f’dak li twiegħed billi ‘neżaminaw bir-​reqqa l-​Iskrittura.’ (Atti 17:11) Meta inti tistudja l-​Bibbja, se tkun tista’ tiddeċiedi għalik innifsek jekk temminx dak li tgħid għall-​futur.

TGĦALLEM IŻJED

Ikkunsidra xi affarijiet li l-​Bibbja twiegħed għall-​futur. Ara kif it-​tama li tagħti l-​Bibbja qed tgħin lin-​nies.

Grupp ta’ Stampi: Xeni li juru d-differenza bejn kif qed ngħixu bħalissa u l-ħajja li l-Bibbja twiegħed fil-futur. Dawn ix-xeni jerġgħu jidhru iżjed ’l isfel.

4. Il-​Bibbja twegħedna li nistgħu ngħixu għal dejjem mingħajr problemi

Ara l-​lista li ġejja ta’ wegħdi li nsibu fil-​Bibbja. Liema wegħda togħġbok l-​iżjed? Għala hija importanti għalik?

Aqra l-​iskritturi li huma mniżżlin fejn kull wegħda, u mbagħad iddiskuti dawn il-​mistoqsijiet:

  • Taħseb li dawn l-​iskritturi jistgħu jgħinuk? U taħseb li jistgħu jgħinu lill-​familja u l-​ħbieb tiegħek?

Immaġinak tgħix f’dinja fejn:

ĦADD MHU SE . . .

KULĦADD SE . . .

  • iħoss uġigħ, jixjieħ, jew imut. ​—Isaija 25:8.

  • jara lill-​maħbubin tiegħu jerġgħu jgħixu hawn fuq l-​art permezz tal-​irxoxt.​—Ġwanni 5:​28, 29.

  • jimrad jew jgħix b’diżabilità. ​—Isaija 33:24; 35:​5, 6.

  • ikollu saħħa tajba u mimli enerġija.​—Ġob 33:25.

  • jgħaddi minn inġustizzja. ​—Isaija 32:​16, 17.

  • ikollu biżżejjed x’jiekol, dar komda, u xogħol li jieħu pjaċir bih.​—Salm 72:16; Isaija 65:​21, 22.

  • ibati minħabba xi gwerra. ​—Salm 46:9.

  • jgħix fil-​paċi.​—Salm 37:11.

  • jiftakar l-​affarijiet koroh li jkun għadda minnhom.​—Isaija 65:17.

  • jgħix għal dejjem f’kundizzjonijiet tajbin.​—Salm 37:29.

Tifel li kien marid, issa f’saħħtu qed jgħannaq lil ommu. Raġel li kien avvanzat fl-età, issa żagħżugħ u qed jimbotta karretta bil-ħaxix. Tfal li kienu bil-ġuħ u skjavi, issa qed jaħdmu fi ġnien u jilagħbu football. Mara li kienet dipressa, issa qed titbissem u kuntenta.

5. Il-​wegħdi tal-​Bibbja jistgħu jeffettwawk

Ħafna nies huma skuraġġiti jew anki rrabjati minħabba l-​problemi li jaraw. Ħafna jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jirranġaw l-​affarijiet għall-​aħjar. Ara kif in-​nies qed isibu għajnuna mill-​wegħdi tal-​Bibbja li l-​affarijiet se jsiru aħjar. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

VIDJOW: Ridt Niġġieled l-​Inġustizzja (4:​07)

Grupp ta’ Stampi: Xena mill-vidjow ‘Ridt niġġieled l-inġustizzja.’ 1. Meta kienet tifla żgħira, Rafika kienet taħdem fl-għelieqi man-nies tar-razza tagħha. 2. Rafika ferħana ħafna tara nies minn razez differenti jingwalawha ma’ xulxin hekk kif attendiet konvenzjoni tax-Xhieda ta’ Ġeħova għall-ewwel darba.
  • Fil-​vidjow, x’inġustizzja kellha tiffaċċja Rafika?

  • Il-​Bibbja kif għenitha għalkemm l-​inġustizzja ma waqfitx?

It-​tama li tagħtina l-​Bibbja għall-​futur tgħinna nibqgħu pożittivi u nkunu ferħanin minkejja l-​problemi. Aqra Proverbji 17:22 u Rumani 12:​12, u mbagħad iddiskuti:

  • Taħseb li t-​tama li nsibu fil-​Bibbja tista’ teffettwalek ħajtek? Għala taħseb hekk?

ĦAFNA JGĦIDU: “Dak li tgħid il-​Bibbja dwar il-​futur huwa impossibbli biex isir.”

  • Għala hu importanti li tfittex għalik innifsek?

XI DDISKUTEJNA?

Il-​Bibbja fiha ħafna wegħdi dwar futur sabiħ u li jġib ferħ. Dan itina tama u jagħtina ħajja aħjar anki issa.

X’Tgħallimt

  • Għala għandna bżonn tama?

  • Il-​Bibbja x’tgħid dwar il-​futur?

  • Li jkollna tama għall-​futur, kif jista’ jgħinek bħalissa?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Tgħallem iżjed dwar kif it-​tama tista’ tgħinek meta jkollok il-​problemi.

“It-​Tama​—Verament Teffettwalna Ħajjitna?” (Stenbaħ!, 8 taʼ Mejju 2004)

Ara kif it-​tama għall-​futur tista’ tgħin lil dawk li qed jgħixu b’xi marda.

“Mard Kroniku​—Tista’ Tgħin il-​Bibbja?” (Artiklu fuq jw.org)

Meta tara l-​vidjow ta’ din il-​kanzunetta oriġinali, immaġina lilek u l-​familja tiegħek tgawdu l-​ħajja fil-​ġenna tal-​art li l-​Bibbja twiegħed għall-​futur.

Imagine the Time (3:​37)

Ara kif it-​tama tal-​Bibbja għall-​futur bidlet il-​ħajja ta’ xi ħadd li kien jiġġieled għad-​drittijiet tan-​nies u l-​annimali.

“M’Għadnix Inħoss li Rrid Nirranġa l-​Problemi tad-​Dinja” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja