LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g21 Nru. 3 pp. 14-15
  • Tagħmillek Differenza Jekk Jeżistix Ħallieq?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tagħmillek Differenza Jekk Jeżistix Ħallieq?
  • Stenbaħ!—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Se jkollok ħajja iktar ferħana
  • Se ssib pariri tajbin li jgħinuk f’ħajtek
  • Se ssib tweġibiet għall-​mistoqsijiet li għandek
  • Se jkollok tama għall-​futur
  • X’Inhi l-​Verità dwar Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
  • Min hu Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2021
g21 Nru. 3 pp. 14-15
Grupp taʼ ħbieb jieħdu pjaċir iħarsu lejn annimali f’siġra.

Tagħmillek Differenza Jekk Jeżistix Ħallieq?

Għala tagħmel differenza f’ħajtek jekk jeżistix Ħallieq? Jekk l-​evidenza tikkonvinċik li Alla jeżisti, jaf tkun trid tara l-​evidenza li l-​Bibbja vera ġejja mingħandu. U jekk vera tafda dak li tgħid il-​Bibbja, tistaʼ tgawdi l-​benefiċċji li ġejjin.

Se jkollok ħajja iktar ferħana

X’TGĦID IL-​BIBBJA: “[Alla] għamel it-​tajjeb u takom ix-​xita mis-​sema u l-​istaġuni tal-​frott u mlielkom qlubkom għalkollox bl-​ikel u bil-​ferħ.”—Atti 14:17.

XI JFISSER GĦALIK: Kull ħaġa li tgawdi fin-​natura hija rigal mingħand il-​Ħallieq. Int se tapprezzahom iżjed dawn l-​affarijiet meta tkun taf kemm jimpurtah minnek dak li tahomlok.

Se ssib pariri tajbin li jgħinuk f’ħajtek

X’TGĦID IL-​BIBBJA: Se “tifhem is-​sewwa u l-​ġustizzja u dak li hu rett, kulma għandek tagħmel biex timxi tajjeb.”—Proverbji 2:9.

XI JFISSER GĦALIK: Peress li ħalqek, Alla jaf eżatt x’għandek bżonn biex tkun ferħan. Meta taqra l-​Bibbja, se titgħallem ħafna affarijiet li se jgħinuk f’ħajtek.

Se ssib tweġibiet għall-​mistoqsijiet li għandek

X’TGĦID IL-​BIBBJA: Se “ssib l-​għarfien t’Alla.”—Proverbji 2:5.

XI JFISSER GĦALIK: Meta ssir taf li jeżisti Ħallieq, se jgħinek issib tweġibiet għal mistoqsijiet importanti ħafna, bħal: Għaliex qed ngħixu? Għala hawn ħafna tbatija? X’jiġrilna meta mmutu? Mill-​Bibbja tistaʼ ssib tweġibiet li jagħmlu sens.

Se jkollok tama għall-​futur

X’TGĦID IL-​BIBBJA: “‘Jien naf il-​ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara, sabiex nagħtikom futur u tama.’”—Ġeremija 29:11.

Ara l-​vidjows Kif nistgħu nkunu ċerti li l-​Bibbja hi vera? u Min hu l-​Awtur tal-​Bibbja? fuq jw.org. Tistaʼ ssibhom billi tikteb “Bibbja vera” jew “awtur Bibbja” fis-​search box.

XI JFISSER GĦALIK: Alla jwiegħed li fil-​futur se jneħħi l-​ħażen, it-​tbatija, u anke l-​mewt. Meta tafda fil-​wegħdi t’Alla, it-​tama li għandek għall-​futur tgħinek tiffaċċja l-​problemi li għandek bil-​kuraġġ.

Kif ibbenefikaw xi nies li jemmnu fil-​Ħallieq

Cyndi.

“Jien nibqaʼ nistagħġeb kif Alla jgħinna b’affarijiet differenti f’ħajjitna. Jgħinna biex inkunu nafu x’inhu l-​iżjed importanti fil-​ħajja, kif ningwalawha m’oħrajn, u kif insiru ħbieb t’Alla.”—Cyndi, l-​Amerka.

Elise.

“Li nemmen f’Ħallieq iġegħelni nieħu pjaċir bil-​ħajja u jagħmilhieli interessanti. Peress li nemmen f’Alla, il-​ħajja mhijiex boring. Dejjem hemm x’nitgħallem dwaru, dwar il-​ħolqien, u dwar il-​Kelma tiegħu.” —Elise, Franza.

Peter.

“Li nagħmel dak li jgħidilna l-​Ħallieq fil-​Bibbja, jagħmilni ferħan. Jgħinni biex ikun inqas negattiv, iżjed attent, u kuntent. Tgħinni wkoll biex inkun missier aħjar.”—Peter, l-​Olanda.

Liz.

“Qabel tgħallimt dwar Alla, kulma kont nagħmel hu niekol, norqod, u dejjem ngħaġġel biex nipprova nasal ix-​xogħol fil-​ħin. Kont inkun stressjata ħafna. Issa nara l-​ħajja bħala rigal sabiħ ħafna li trid tgawdiha u tapprezzaha.”—Liz, l-​Estonja.

Adrien.

“Jien inbati bl-​anzjetà. Imma li nkun naf li se jispiċċa l-​ħażen, l-​inġustizzja, u t-​tbatija jgħinni biex inkampa.”—Adrien, Franza.

Il-​Bibbja twieġeb mistoqsijiet importanti ħafna. Ara l-​vidjow Għala għandek tistudja l-​Bibbja?—Verżjoni Twila.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja