LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Xandru Dan Fost il-Ġnus”
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
    • 1. Għala l-​fatt li Ġeħova jkellem lill-​profeta tiegħu jistaʼ jiġi mxebbah maʼ ljun jgħajjat?

      QATT smajt iljun jgħajjat? Jingħad li l-​għajta tiegħu hi iktar qawwija mill-​ħoss taʼ ġakkħamer. X’kont tagħmel kieku smajt iljun jgħajjat fil-​qrib fil-​ħemda tal-​lejl? X’aktarx li kont tirreaġixxi bla dewmien. Għamos, wieħed mit-​12-il profeta li qed nikkunsidraw il-​kitbiet tagħhom, uża din l-​analoġija: “Għajjat iljun! Min ma jibżax? Tkellem il-​Mulej Sovran Ġeħova! Min ma jipprofetizzax?” (Għamos 3:3-8) Kieku smajt lil Ġeħova jitkellem, ma kontx tirreaġixxi kif għamel Għamos? Hu aġixxa u pprofetizza immedjatament kontra l-​ġens taʼ Israel b’għaxar tribujiet.

  • “Xandru Dan Fost il-Ġnus”
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
    • 3. Kif tistaʼ tkun involut f’xogħol simili għal dak tal-​profeti li qed nistudjaw il-​kitbiet tagħhom?

      3 Int tassew involut f’xogħol bħal dak tal-​profeti? Forsi ma smajtux jgħajjat l-​iljun fis-​sens li ġejt imnebbaħ direttament minn Ġeħova. Iżda, mill-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, smajt il-​messaġġ urġenti dwar il-​jum taʼ Ġeħova li ġej dalwaqt. Kif rajna fl-​ewwel kapitlu taʼ dan il-​ktieb, il-​kliem “profeta” u “profetiku” għandu diversi tifsiriet. Għalkemm forsi m’intix profeta fis-​sens li kien Għamos jew il-​profeti tal-​qedem l-​oħrajn, xorta tistaʼ titkellem dwar il-​futur. Kif? Tistaʼ xxandar il-​messaġġi profetiċi li studjajt mill-​paġni taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa, inkluż dawk tat-​12-il profeta. Issa hu ż-​żmien biex tagħmel proprju dan.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja