LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 12/15 p. 26-p. 29 para. 6
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Malakija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Malakija
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​QASSISIN ‘ĠIEGĦLU LIL ĦAFNA JITFIXKLU’
  • (Malakija 1:1–2:17)
  • “JIDĦOL FIT-​TEMPJU TIEGĦU S-​SID” VERU
  • (Malakija 3:1-24 [3:1–4:6, NW])
  • “Ibżaʼ mill-​Alla l-​Veru”
  • Min Se Jibqaʼ Ħaj fil-Jum taʼ Jehovah?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Jehovah Jobgħodha t-Triq tat-Tradiment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Igglorifika lil Jehovah Billi Tgħix fi Qbil mal-Ħtiġijiet Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Xita taʼ Barkiet Sakemm Ma Jkun Jonqoskom Xejn Iktar”
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 12/15 p. 26-p. 29 para. 6

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja

Punti Prinċipali mill-​Ktieb taʼ Malakija

IT-​TEMPJU mibni mill-​ġdid f’Ġerusalemm kien ilu li tlesta iktar minn 70 sena. Però, maż-​żmien l-​ispiritwalità tal-​Lhud kienet iddgħajfet ħafna. Anki l-​qassisin kienu saru korrotti. Min se jġegħelhom jirrealizzaw f’liema kundizzjoni tassew jinsabu u jipprova jgħinhom jerġgħu jersqu qrib lejn Alla? Ġeħova jagħti dan l-​inkarigu lill-​profeta Malakija.

L-aħħar ktieb taʼ l-​Iskrittura Ebrajka, miktub bi stil qawwi minn Malakija fih profeziji ispirati minn Alla. L-​attenzjoni li nagħtu għall-​kelma profetika taʼ Malakija tistaʼ tgħinna nippreparaw għall-​“jum il-​kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-​biżaʼ,” meta s-​sistema dinjija mill-​agħar se tintemm.—Malakija 4:5, NW.

IL-​QASSISIN ‘ĠIEGĦLU LIL ĦAFNA JITFIXKLU’

(Malakija 1:1–2:17)

Ġeħova jesprimi kif iħossu dwar Iżrael, billi jgħid: “Ħabbejtkom.” Imma l-​qassisin żebilħu l-​isem t’Alla. Kif? ‘Billi fuq l-​artal tiegħu offrew ikel imniġġes’ u billi offrew “vittma magħtuba jew marida” għas-​sagrifiċċju.—Malakija 1:2, 6-8.

Il-qassisin ‘ġiegħlu lil ħafna jitfixklu bit-​tagħlim tagħhom.’ In-​nies kienu qed ‘jaġixxu bil-​qerq bejniethom.’ Xi wħud ħadu nisa barranin. Oħrajn qarrqu bil-​‘mara taʼ żgħożithom.’—Malakija 2:8, 10, 11, 14-16.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

2:2​—Ġeħova b’liema mod ‘seħet il-​barkiet’ tal-​qassisin li ma kinux qed iħarsu l-​liġi t’Alla? Alla għamel dan fis-​sens li l-​barka li jitolbu għaliha dawn il-​qassisin kienet se ssir saħta.

2:3​—X’kien ifisser li l-​qassisin ikollhom ‘il-​ħmieġ imwaddab maʼ wiċċhom’? Skond il-​Liġi, il-​ħmieġ taʼ l-​annimali għas-​sagrifiċċju kellu jittieħed barra l-​kamp u jiġi maħruq. (Levitiku 16:27) It-​twaddib tal-​ħmieġ maʼ wiċċ il-​qassisin kien ifisser li Ġeħova rrifjuta s-​sagrifiċċji u li dawk li offrewhom kienu mistmerrin minnu.

2:13—Taʼ min kien id-​dmugħ li bih l-​artal taʼ Ġeħova ġie miksi? Dan kien id-​dmugħ tan-​nisa li marru fis-​santwarju tat-​tempju u fetħu qalbhom maʼ Ġeħova. X’ġegħelhom jitnikktu b’dan il-​mod? L-​irġiel tagħhom, li kienu Lhud, kienu ddivorzjawhom għal raġunijiet illeġittimi u kienu telquhom. X’aktarx dan għamluh biex jiżżewġu nisa barranin li kienu iżgħar fl-​età.

Lezzjonijiet Għalina:

1:10. Ġeħova ma ħax pjaċir bl-​offerti tal-​qassisin rgħibin, li kienu jitolbu ħlas anki għal servizzi sempliċi bħal li jagħlqu l-​bibien jew iqabbdu n-​nar taʼ l-​artali. Kemm hu importanti li l-​atti taʼ qima tagħna, inkluż dak li nagħmlu fil-​ministeru Kristjan, ikunu mqanqlin minn imħabba mhix egoista għal Alla u għal għajrna, u mhux għal qligħ finanzjarju!—Mattew 22:37-39; 2 Korintin 11:7.

1:14; 2:17. Ġeħova ma jittollerax l-​ipokrisija.

2:7-9. Dawk li jingħataw il-​privileġġ li jgħallmu fil-​kongregazzjoni għandhom ikunu ċerti li dak li jgħallmu jkun fi qbil mal-​Kelma t’Alla, l-​Iskrittura Mqaddsa, u maʼ pubblikazzjonijiet tal-​“prokuratur leali” bbażati fuq il-​Bibbja.—Luqa 12:42; Ġakbu 3:11.

2:10, 11. Ġeħova jistenna li l-​qaddejja tiegħu jieħdu bis-​serjetà l-​parir li jiżżewġu “biss fil-​Mulej.”—1 Korintin 7:39.

2:15, 16. Aduraturi veri għandhom jonoraw il-​wegħda taż-​żwieġ mal-​mara taʼ żgħożithom.

“JIDĦOL FIT-​TEMPJU TIEGĦU S-​SID” VERU

(Malakija 3:1-24 [3:1–4:6, NW])

“Minnufih jidħol fit-​tempju tiegħu s-​Sid [veru, Alla Ġeħova]” maʼ “l-​anġlu tal-​patt [Ġesù Kristu].” Alla ‘se jersaq lejn il-​poplu tiegħu biex jagħmel il-​ġustizzja’ u jsir xhud ħafif kontra dawk kollha li jagħmlu kull tip taʼ ħażen. Iktar minn hekk, se jkun hemm “ktieb it-​tifkiriet” għal dawk li jibżgħu minn Ġeħova.—Malakija 3:1, 3, 5, 16.

Il-jum li qed “jaqbad qisu forn” se jiġi u jiblaʼ lill-​ħżiena kollha. Qabel il-​miġja taʼ dak il-​jum, se jintbagħat profeta biex “idawwar qalb il-​missirijiet lejn uliedhom u qalb l-​ulied lejn missirijiethom.”—Malakija 3:19, 23, 24 (4:1, 5, 6, NW).

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

3:1-3—Meta marru fit-​tempju “s-​Sid [veru]” u “l-​anġlu tal-​patt,” u min intbagħat qabilhom? Ġeħova mar fit-​tempju tiegħu permezz taʼ rappreżentant u fl-​10 taʼ Nisan tas-​sena 33 E.K. naddaf it-​tempju. Din kienet l-​okkażjoni meta Ġesù daħal fit-​tempju u keċċa ’l barra lil dawk li kienu qed jixtru u jbigħu. (Marku 11:15) Dan kien tliet snin u nofs wara li Ġesù kien ġie midluk bħala Sultan-Nominat. Fi qbil maʼ dan, jidher li tliet snin u nofs wara li ġie maħtur bħala Sultan fis-​sema, Ġesù akkumpanja lil Ġeħova fit-​tempju spiritwali u sab li l-​poplu t’Alla kellu bżonn jindaf. Fl-​ewwel seklu, Ġwanni l-​Għammied intbagħat biex jipprepara lil-​Lhud għall-​miġja taʼ Ġesù Kristu. Fi żmienna, intbagħat messaġġier biex jipprepara t-​triq għall-​miġja taʼ Ġeħova fit-​tempju spiritwali tiegħu. Saħansitra lura fil-​bidu taʼ l-​1880, grupp taʼ studenti tal-​Bibbja bdew jieħdu sehem f’xogħol t’edukazzjoni Biblika biex jgħallmu lil individwi sinċieri ħafna veritajiet bażiċi mill-​Bibbja.

3:10—L-​għoti taʼ l-​għexur, jew “id-​dieċmi,” jirrappreżenta l-​għoti taʼ dak kollu li għandna lil Ġeħova? Il-​Liġi Mosajka tneħħiet fuq il-​bażi tal-​mewt taʼ Ġesù; għalhekk, l-​għoti taʼ l-​għexur m’huwiex obbligu bħala parti mill-​qima llum. Madankollu, dan l-​għoti għandu tifsir simboliku. (Efesin 2:15) Dan ma jirrappreżentax li aħna nagħtu dak kollu li għandna. Filwaqt li l-​għexur kienu jingħataw sena wara l-​oħra, aħna nagħtu dak kollu li għandna lil Ġeħova darba biss—meta niddedikaw lilna nfusna lilu u nissimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħna bil-​magħmudija fl-​ilma. Minn dak iż-​żmien ’il quddiem, dak kollu li għandna jsir taʼ Ġeħova. Xorta waħda, hu jħallina nagħżlu porzjon minn dak li għandna—wieħed minn kull għaxra simboliku—biex nużawh fis-​servizz tiegħu. Huwa dak li ċ-​ċirkustanzi tagħna jippermettu u dak li qalbna tqanqalna biex nużaw. L-​offerti li nagħtu lil Ġeħova jinkludu l-​ħin, l-​enerġija, u r-​riżorsi li nużaw fl-​ippridkar tas-​Saltna u fix-​xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli. Inkluż maʼ dan hemm ukoll l-​attendenza għal-​laqgħat Kristjani, iż-​żjajjar li nagħmlu lil sħabna fit-​twemmin li jkunu morda jew imdaħħlin fiż-​żmien, u l-​appoġġ finanzjarju li nagħtu lill-​qima vera.

3:21 (4:3, NW)—Il-​qaddejja taʼ Ġeħova b’liema mod se ‘jisħqu l-​ħżiena’? Il-​poplu t’Alla fuq l-​art mhux se ‘jisħaq il-​ħżiena’ b’mod letterali, jiġifieri, billi jieħu sehem f’li jesegwixxi l-​ġudizzju Tiegħu fuqhom. Minflok, dan jissuġġerixxi li l-​qaddejja taʼ Ġeħova fuq l-​art se jagħmlu dan b’mod figurattiv billi b’qalbhom kollha jipparteċipaw fiċ-​ċelebrazzjoni tar-​rebħa li se tiġi wara t-​tmiem tad-​dinja taʼ Satana.—Salm 145:20; Rivelazzjoni 20:1-3.

3:22 (4:4, NW)—Għala għandna ‘niftakru fil-​Liġi taʼ Mosè’? Il-​Kristjani m’għadhomx marbutin b’din il-​Liġi, madankollu sservi bħala “dell taʼ l-​affarijiet tajbin li għandhom jiġu.” (Ebrej 10:1) Għalhekk, li nagħtu attenzjoni lil-​Liġi Mosajka jistaʼ jgħinna naraw kif l-​affarijiet miktubin fiha qed jitwettqu. (Luqa 24:44, 45) Iktar minn hekk, il-​Liġi fiha “rappreżentazzjonijiet tipiċi taʼ l-​affarijiet fis-​smewwiet.” Huwa essenzjali li nistudjawha jekk irridu niksbu dehen fit-​tagħlim u l-​kondotta Kristjana.—Ebrej 9:23.

3:23, 24 (4:5, 6, NW)—Il-​“profeta Elija” lil min jirrappreżenta? Kien imbassar li “Elija” kien se jagħmel xogħol taʼ tiġdid, dak li jipprepara qlub in-​nies. Fl-​ewwel seklu, Ġesù Kristu identifika lil Ġwanni l-​Għammied bħala “Elija.” (Mattew 11:12-14; Marku 9:11-13) Dak li jirrappreżentah illum intbagħat “qabel jiġi l-​jum il-​kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-​biżaʼ.” (NW) Illum Elija m’hu ħadd ħlief “l-​ilsir leali u għaqli.” (Mattew 24:45) Din il-​klassi taʼ Kristjani midlukin b’mod diliġenti qed tagħmel ix-​xogħol taʼ tiġdid spiritwali.

Lezzjonijiet Għalina:

3:10. Jekk nonqsu li nagħtu lil Ġeħova l-​aħjar tagħna, inkunu qed inċaħħdu lilna nfusna mill-​barka tiegħu.

3:14, 15. Minħabba l-​eżempju ħażin tal-​qassisin, il-​Lhud bdew iqisu s-​servizz li jingħata lil Alla bħala xi ħaġa insinifikanti. Dawk li għandhom pożizzjoni taʼ responsabbiltà fil-​kongregazzjoni Kristjana għandhom ikunu eżemplari.—1 Pietru 5:1-3.

3:16. Ġeħova jżomm isem dawk li jibżgħu minnu u li huma leali lejh fi “ktieb it-​tifkiriet.” Hu jiftakarhom u se jsalvahom meta jġib it-​tmiem lid-​dinja mill-​agħar taʼ Satana. Għalhekk, jalla qatt ma niddgħajfu fid-​determinazzjoni tagħna li nżommu l-​integrità tagħna lejn Alla.—Ġob 27:5, KŻ.

3:19 (4:1, NW). Dakinhar li jagħtu kont lil Ġeħova, kemm il-​“fergħa” u kif ukoll l-​“għerq” se jkollhom l-​istess tmiem—tfal żgħar jirċievu l-​istess ġudizzju tal-​ġenituri tagħhom. X’responsabbiltà għandhom il-​ġenituri lejn uliedhom li huma taħt l-​età! Missirijiet u ommijiet Kristjani jridu jaħdmu iebes biex jiksbu l-​approvazzjoni t’Alla u jkomplu jkollhom relazzjoni tajba miegħu.—1 Korintin 7:14.

“Ibżaʼ mill-​Alla l-​Veru”

Min se jiġi salvat fil-​“jum il-​kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-​biżaʼ”? (Malakija 4:5, NW) Ġeħova jgħid: “Għalikom li tibżgħu minn Ismi titlaʼ x-​xemx tal-​ġustizzja, bis-​salvazzjoni fuq ġwenħajha; u intom toħorġu taqbżu qiskom għoġiela tal-​mandra.”—Malakija 3:20 (4:2, NW).

“Ix-​xemx tal-​ġustizzja,” Ġesù Kristu, jiddi fuq dawk li b’mod riverenzjali jibżgħu mill-​isem t’Alla u jgawdu l-​favur taʼ Ġeħova. (Ġwanni 8:12) Għalihom, hemm ukoll “fejqan fir-​raġġi tagħha”—fejqan spiritwali issa u fejqan fiżiku, mentali, u emozzjonali fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. (Rivelazzjoni 22:1, 2) Eċċitati u ferħanin, huma jaġixxu ‘qishom għoġiela tal-​mandra.’ B’dawn il-​barkiet quddiemna, ejja nagħtu attenzjoni sħiħa għall-​parir tas-​Sultan Salamun: “[“Ibżaʼ mill-​Alla l-​veru,” NW] u ħares il-​kmandamenti tiegħu, għax f’dan jinġabar il-​bniedem kollu.”—Koħèlet 12:13.

[Stampa f’paġna 26]

Il-​profeta Malakija, qaddej żeluż u devot t’Alla

[Stampa f’paġna 29]

Dak li ngħallmu għandu jkun fi qbil mal-​Bibbja

[Stampa f’paġna 29]

Il-​qaddejja taʼ Ġeħova jonoraw il-​wegħda taż-​żwieġ tagħhom

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja