LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Il-​Wegħda għal Prinċep tas-​Sliem
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • 15, 16. (a) Is-​sitwazzjoni f’liema żmien “fl-​aħħar” se tinbidel għall-​“inħawi taʼ Żebulun u Naftali”? (b) L-​art li kienet mimlija għajb kif saret onorata?

      15 L-​appostlu Mattew iwieġeb din il-​mistoqsija fil-​kitba mnebbħa tiegħu dwar il-​ministeru taʼ Ġesù fuq l-​art. Waqt li jiddeskrivi l-​jiem bikrin taʼ dak il-​ministeru, Mattew jgħid: “[Ġesù] telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-​baħar, fl-​inħawi taʼ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-​profeta Isaija, meta qal, ‘Art taʼ Żebulun, u art taʼ Naftali, it-​triq tal-​baħar, art ’il hemm mill-​Ġordan, Galilija tal-​ġnus! Il-​poplu li kien qiegħed fid-​dlam ra dawl kbir; dawk li kienu f’art u dell il-​mewt idda dawl għalihom.’”—Mattew 4:​13-16.

  • Il-​Wegħda għal Prinċep tas-​Sliem
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • Id-​“Dawl Kbir”

      17. “Dawl kbir” kif jiddi fil-​Galilija?

      17 Iżda, xi ngħidu dwar “dawl kbir” fil-​Galilija li semma Mattew? Din ukoll kienet kwotazzjoni mill-​profezija taʼ Isaija, li kiteb: “Il-​poplu li kien miexi fid-​dlam ra dawl kbir; in-​nies li joqogħdu f’art id-​dlam dawl idda fuqhom.” (Isaija 9:1 [9:​2, “NW”]) Sa l-​ewwel seklu E.K., id-​dawl tal-​verità kien ġie moħbi mill-​qerq pagan. Il-​mexxejja reliġjużi Lhud kienu aggravaw il-​problema billi żammew mat-​tradizzjoni reliġjuża tagħhom li biha kienu ‘ġabu fix-​xejn il-​liġi taʼ Alla.’ (Mattew 15:6) L-​umlin kienu maħqurin u konfużi, għax segwew lil “mexxejja għomja.” (Mattew 23:​2-4, 16) Meta deher Ġesù l-​Messija, l-​għajnejn taʼ ħafna nies umlin infetħu b’mod taʼ l-​għaġeb. (Ġwann 1:​9, 12) Ix-​xogħol taʼ Ġesù meta kien fuq l-​art u l-​barkiet li rriżultaw mis-​sagrifiċċju tiegħu huma karatterizzati b’mod addattat fil-​profezija taʼ Isaija bħala “dawl kbir.”—Ġwann 8:12.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja