LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 1/1 pp. 4-5
  • Ma Jirnexxilhomx Jarrestawh

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ma Jirnexxilhomx Jarrestawh
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Ma Jirnexxilhomx Jarrestawh
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • “Qatt ma kien hawn bniedem ieħor li tkellem bħalu”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Tgħallem Lezzjoni Minn Nikodemu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Hu jgħallem lil Nikodemu billejl
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 1/1 pp. 4-5

Il-​Ħajja u l-​Ministeru taʼ Ġesù

Ma Jirnexxilhomx Jarrestawh

WAQT li l-​Festa tat-​Tabernakli għadha sejra, il-​mexxejja reliġjużi jibagħtu lil xi uffiċjali tal-​pulizija biex jarrestaw lil Ġesù. Hu ma jippruvax jistaħba. Ġesù jibqaʼ jgħallem fil-​beraħ, billi jgħid: “Nibqaʼ ftit ieħor magħkom qabel ma mmur għand dak li bagħatni. Intom se tfittxuni, imma mhux se ssibuni, u fejn inkun intom ma tistgħux tiġu.”

Il-Lhud ma jifhmux, u għalhekk jibdew jistaqsu bejniethom: “Fejn bi ħsiebu jmur dan ir-​raġel, biex aħna mhux se nsibuh? Mhux bi ħsiebu jmur għand il-​Lhud imxerrdin fost il-​Griegi u jgħallem lill-​Griegi, hux hekk? X’ifisser dan il-​kliem li qal, ‘Intom se tfittxuni, imma mhux se ssibuni, u fejn inkun jien intom ma tistgħux tiġu’?” Ġesù, naturalment, qiegħed jitkellem dwar il-​mewt tieġħu li riesqa u l-​irxoxt tieġħu lejn is-​sema, fejn I-egħdewwa tiegħu ma jistgħux isegwuh.

Jasal is-​sebaʼ u l-​aħħar jum tal-​festa. Kull għodwa tal-​festa, qassis ferraʼ l-​ilma, li hu ħa mill-​għadira taʼ Siloam, u dan l-​ilma gelgel lejn il-​bażi tal-​artal. X’aktarx biex ifakkar lin-​nies dwar din iċ-​ċerimonja taʼ kuljum, Ġesù jgħajjat: “Jekk xi ħadd huwa bil-​għatx, ħa jiġi għandi u jixrob. Dak li jpoġġi fidi fija, sewwa sew bħalma qalet l-​lskrittura, ‘Mill-​parti l-​iktar ġewwinija tiegħu se jgelglu nixxigħat taʼ ilma ħaj.’”

Fil-fatt, Ġesù qiegħed jitkellem hawn dwar il-​konsegwenzi grandjużi taʼ meta l-​ispirtu qaddis kellu jiġi msawwab. Is-​sena taʼ wara, dan it-​tiswib tal-​ispirtu qaddis iseħħ nhar Pentekoste. Hemmhekk, nixxigħat taʼ ilma ħaj igelglu meta l-​mija u għoxrin dixxiplu jibdew jimministraw għan-​nies. Imma sa dak iż-​żmien, m’hemm ebda spirtu fis-​sens li ebda wieħed mid-​dixxipli taʼ Kristu ma hu midluk bl-​ispirtu qaddis u msejjaħ għall-​ħajja fis-​sema.

Bi tweġiba għat-​tagħlim taʼ Ġesù, xi wħud jibdew igħidu: “Dan hu ċertament Il-​Profeta,” li b’mod ċar jirreferi għall-​profeta akbar minn Mosè li kien imwiegħed biex jiġi. Oħrajn igħidu: “Dan hu l-​Kristu.” Imma oħrajn jipprotestaw: “Il-​Kristu mhux fil-​fatt ħiereġ mill-​Galilija, hux hekk? Ma qalitx l-​Iskrittura li l-​Kristu ġej min-​nisel taʼ David, u minn Betlehem ir-​raħal fejn David kien ikun?”

Mela tiżviluppa firda fost il-​folla. Xi wħud iridu li Ġesù jiġi arrestat, imma ħadd ma jpoġġi idu fuqu. Meta l-​uffiċjali tal-​pulizija jiġu lura mingħajr Ġesù, il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej jistaqsu: “Għala ma ġibtuhx ġewwa?”

“Qatt ma kien hemm bniedem ieħor li tkellem b’dan il-​mod,” iwieġbu l-​uffiċjali.

Mimlijin rabja, il-​mexxejja reliġjużi jinżlu biex jirredikolaw, jirrappreżentaw ħażin, u jgħajru. Huma jgħidu b’disprezz: “Intom ma ġejtux imqarrqin ukoll, hux? Ebda wieħed mill-​ħakkiema jew mill-​Fariżej ma poġġa fidi fih, hux? Imma din il-​folla li ma tafx il-​Liġi huma nies misħutin.”

Għal dan, Nikodemu, Fariżew u ħakkiem tal-​Lhud (jiġifieri, membru tas-​Sinedriju), jissogra jitkellem għal nom Ġesù. Forsi tiftakar li sentejn u nofs qabel, Nikodemu ġie għand Ġesù bil-​lejl u esprima fidi fih. Issa Nikodemu jgħid: “Il-​liġi tagħna ma tiġġudikax lil bniedem jekk l-​ewwel ma tkunx semgħet mingħandu u saret taf x’inhu jagħmel, hux hekk?”

Il-​Fariżej huma rrabjati saħansitra iktar li wieħed minnhom stess qiegħed jiddefendi lil Ġesù. “Int m’intix ukoll mill-​Galilija, hux?” huma jirrimarkaw b’mod sarkastiku. “Fittex u ara li ebda profeta m’għandu jiġi mqajjem minn ġol-​Galilija.”

Għalkemm l-​lskrittura ma tgħidx direttament li profeta kellu joħroġ minn ġol-​Galilija, hi tipponta lejn il-​Kristu bħala li ġej minn hemm, billi tgħid li “dawl kbir” kellu jidher f’dan ir-​reġjun. U kontra xi idejat żbaljati, Ġesù kien imwieled f’Betlehem, u hu kien nisel taʼ David. Waqt li l-​Fariżej x’aktarx li dan jafuh, huma probabbli li huma responsabbli għat-​tixrid tal-​idejat żbaljati li n-​nies għandhom dwar Ġesù. Ġwann 7:32-52; Isaija 9:1, 2; Mattew 4:13-17.

◆ X’jiġri kull għodwa tal-​festa, u Ġesù kif jistaʼ qed jiġbed l-​attenzjoni lejn dan?

◆ L-​uffiċjali għala ma jirnexxilhomx jarrestaw lil Ġesù, u l-​mexxejja reliġjużi kif iwieġbu?

◆ Min hu Nikodemu, x’inhi l-​attitudni tiegħu lejn Ġesù, u kif jiġi ttrattat minn sħabu l-​Fariżej?

◆ X’evidenza hemm li l-​Kristu kellu joħroġ minn ġol-​Galilija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja