LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • X’Jistenna Jehovah Minna Llum?
    It-Torri tal-Għassa—1999 | Settembru 15
    • 3, 4. (a) Bażikament x’jistenna Jehovah minna llum? (b) Għala għandna nsegwu l-​passi taʼ Ġesù mill-​qrib?

      3 Matul l-​aħħar sena tal-​ministeru taʼ Ġesù, l-​appostli tiegħu Pietru, Ġakbu, u Ġwanni akkumpanjawh fuq muntanja għolja, x’aktarx xi parti li kienet testendi mill-​Muntanja Ħermon. Hemmhekk huma raw viżjoni profetika taʼ Ġesù fi glorja manjifika u semgħu leħen Alla stess jiddikjara: “Dan hu Ibni l-​għażiż, li fih sibt l-​għaxqa tiegħi: isimgħu lilu.” (Mattew 17:1-5) Bażikament, dan hu li Jehovah qed jistenna minna​—li nisimgħu minn Ibnu u nsegwu l-​eżempju u t-​tagħlim tiegħu. (Mattew 16:24) B’hekk, l-​appostlu Pietru kiteb: “Kristu wkoll bata għalikom u ħallielkom eżempju biex timxu fuq il-​passi tiegħu.”—1 Pietru 2:21.

  • X’Jistenna Jehovah Minna Llum?
    It-Torri tal-Għassa—1999 | Settembru 15
    • 5. Il-​Kristjani taħt liema liġi qegħdin, u din il-​liġi meta bdiet topera?

      5 X’inhu involut f’li nisimgħu minn Ġesù u nimitawh? Ifisser dan li nkunu taħt xi liġi? Pawlu kiteb: “Jien . . . m’iniex taħt il-​Liġi.” Hawn kien qed jirreferi għall-​“Patt il-​Qadim,” il-​patt tal-​Liġi magħmul maʼ Iżrael. Pawlu rrikonoxxa li ‘Kristu kien il-​liġi tiegħu.’ (1 Korintin 9:20, 21; 2 Korintin 3:14) Mat-​tmiem tal-​patt tal-​Liġi l-​qadim, beda jopera “patt ġdid” bil-​“liġi taʼ Kristu” li l-​qaddejja kollha taʼ Jehovah llum huma obbligati jobduha.—Luqa 22:20; Galatin 6:2; Lhud 8:7-13.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja