LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 61 p. 146-p. 147 para. 5
  • Ġesù jfejjaq lil tifel maħkum minn demonju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù jfejjaq lil tifel maħkum minn demonju
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Tifel Ippossessat Imfejjaq
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ġesù jwettaq għemejjel kbar f’Kafarnahum
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-mirakli—Bil-qawwa taʼ min?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 61 p. 146-p. 147 para. 5

KAPITLU 61

Ġesù jfejjaq lil tifel maħkum minn demonju

MATTEW 17:14-​20 MARKU 9:14-​29 LUQA 9:37-​43

  • FIDI SODA MEĦTIEĠA BIEX JITFEJJAQ TIFEL MAĦKUM MINN DEMONJU

Meta Ġesù, Pietru, Ġakbu, u Ġwanni jinżlu minn fuq il-​muntanja jaraw folla kbira. Inqalaʼ xi ħaġa. Imdawrin mad-​dixxipli hemm xi skribi jargumentaw magħhom. In-​nies mhux qed jistennew li jaraw lil Ġesù, u għalhekk imorru jiġru biex jilqgħuh. “Fuqiex qed targumentaw magħhom?” jistaqsi hu.—Marku 9:16.

Raġel mill-​folla jinżel għarkopptejh quddiem Ġesù u jispjega: “Għalliem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mutu; u kulfejn jaħkmu jsabbtu maʼ l-​art, u t-​tifel jibda joħroġ ir-​ragħwa minn ħalqu u jgħażżaż snienu u jiġi bla saħħa. U għedt lid-​dixxipli tiegħek biex ikeċċuh [jiġifieri, lid-​demonju], imma ma setgħux.”—Marku 9:17, 18.

Milli jidher l-​iskribi qed jikkritikaw lid-​dixxipli peress li ma rnexxilhomx ifejqu lit-​tifel, forsi billi jwaqqgħu għaċ-​ċajt l-​isforzi tagħhom. Allura minflok ma jwieġeb lill-​missier inkwetat, Ġesù jkellem lill-​folla u jgħid: “Ja ġenerazzjoni bla fidi u mgħawġa, kemm irrid indum magħkom? Kemm ħa ndum nissaportikom?” Dan il-​kliem iebes żgur japplika għall-​iskribi li lid-​dixxipli tiegħu kienu qed jagħmlulhom il-​bsaten fir-​roti meta hu ma kienx hemm. Ġesù jħares lejn il-​missier imnikket u jgħid: “Ġibuhuli hawn.”—Mattew 17:17.

Hekk kif it-​tifel jersaq lejn Ġesù, id-​demonju li qed jaħkmu jwaqqgħu fl-​art u jqabbdu aċċessjoni qawwija. It-​tifel jibqaʼ jitmiegħek mal-​art bir-​ragħwa ħierġa minn ħalqu. Ġesù jistaqsi lill-​missier: “Kemm ilu jiġrilu hekk?” Hu jwieġbu: “Minn ċkunitu; u sikwit jitfgħu kemm fin-​nar kif ukoll fl-​ilma biex jeqirdu.” Ir-​raġel jitolbu bil-​ħrara: “Jekk tistaʼ tagħmel xi ħaġa, ikollok ħniena minna u għinna.”—Marku 9:21, 22.

Il-​missier ma jafx fejn se jaqbad jagħti rasu għax lanqas id-​dixxipli taʼ Ġesù ma rnexxielhom jgħinuh. Ġesù jwieġeb it-​talba ddisprata tar-​raġel billi jagħtih din l-​assiguranza inkuraġġanti: “Dak li għedt, ‘Jekk tistaʼ’! Kollox jistaʼ jkun għal min ikollu l-​fidi.” Il-​missier minnufih jgħajjat: “Jien għandi fidi! Għinni fejn neħtieġ il-​fidi!”—Marku 9:23, 24.

Ġesù jilmaħ il-​folla tiġri lejh. B’dawn in-​nies kollha jħarsu, Ġesù jċanfar lid-​demonju: “Ja spirtu mutu u trux, nordnalek, oħroġ minn ġo fih u tidħolx fih iżjed.” Hu u ħiereġ, id-​demonju jġiegħel lit-​tifel jgħajjat u jqabbdu ħafna aċċessjonijiet. Imbagħad it-​tifel jibqaʼ mimdud bla ma jiċċaqlaq. Xħin jaraw hekk, ħafna nies jgħidu: “Miet!” (Marku 9:25, 26) Imma meta Ġesù jaqbad id it-​tifel, hu jqum u ‘jfiq dak il-​ħin stess.’ (Mattew 17:18) In-​nies mhux taʼ b’xejn jibqgħu mistagħġbin b’dak li qed jagħmel Ġesù!

Qabel, meta Ġesù kien bagħat lid-​dixxipli biex jippritkaw, huma setgħu jkeċċu lid-​demonji. Allura issa, meta jkunu waħedhom ġo dar, huma jistaqsuh: “Għala ma stajniex inkeċċuh?” Ġesù jispjega li kien minħabba n-​nuqqas taʼ fidi tagħhom u jgħid: “Dan it-​tip b’xejn ma jistaʼ joħroġ ħlief bit-​talb.” (Marku 9:28, 29) Biex jitkeċċa d-​demonju setgħan, kien hemm bżonn taʼ fidi soda flimkien maʼ talb għall-​għajnuna t’Alla li tagħti l-​qawwa.

Ġesù jikkonkludi: “Tassew ngħidilkom, Jekk ikollkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-​mustarda, tgħidu lil din il-​muntanja, ‘Inqalaʼ minn hawn u mur hemm,’ u din tmur, u xejn ma jkun impossibbli għalikom.” (Mattew 17:20) X’qawwa jistaʼ jkollha l-​fidi!

Ostakli u diffikultajiet li jfixklu l-​progress fis-​servizz taʼ Ġeħova forsi jidhru li ma jistgħux jingħelbu jew jitneħħew, bħal xi muntanja letterali. Però, jekk nikkultivaw il-​fidi, aħna nistgħu negħlbu dawn l-​ostakli u diffikultajiet li qishom muntanji.

  • Ġesù liema sitwazzjoni jiffaċċja xħin jinżel minn fuq il-​muntanja?

  • Id-​dixxipli għala ma rnexxilhomx ikeċċu lid-​demonju mit-​tifel?

  • Il-​fidi tagħna kemm tistaʼ tkun b’saħħitha?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja