-
“Qatt Ma Kien Hawn Bniedem Ieħor li Tkellem Bħalu”“Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
-
-
9 Darba minnhom, xi kolletturi tat-taxxi staqsew lil Pietru jekk Ġesù kienx iħallas it-taxxa tat-tempju.c Bla ma qagħad jaħsibha, Pietru wieġeb, “Iva.” Iktar tard, Ġesù rraġuna miegħu u qal: “X’taħseb Xmun? Is-slaten taʼ l-art mingħand min jirċievu d-dazju jew it-taxxa fuq kull ras? Mingħand uliedhom jew mingħand l-istranġieri?” Pietru wieġeb: “Mingħand l-istranġieri.” Ġesù qal: “Mela, allura, l-ulied huma ħielsa mit-taxxa.” (Mattew 17:24-27) Ir-raġuni għalfejn saru l-mistoqsijiet żgur kienet ovvja għal Pietru, għax kien magħruf li l-membri tal-familja tas-slaten ma kellhomx iħallsu t-taxxa. Għalhekk, bħala l-Iben uniġenitu tas-Sultan tas-sema li kien jiġi meqjum fit-tempju, Ġesù ma kienx obbligat iħallas it-taxxa. Innota li minflok ma sempliċement ta lil Pietru t-tweġiba t-tajba, Ġesù uża l-mistoqsijiet bit-tattika biex jgħin lil Pietru jasal għall-konklużjoni t-tajba u forsi jara l-bżonn li jaħsibha sew qabel ma jwieġeb fil-futur.
-
-
“Qatt Ma Kien Hawn Bniedem Ieħor li Tkellem Bħalu”“Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
-
-
c Il-Lhud kienu mistennijin li kull sena jħallsu taxxa tat-tempju taʼ żewġ drakmi, li kienu ekwivalenti għal madwar jumejn paga. Xogħol wieħed taʼ referenza jgħid: “Din it-taxxa kienet tintuża prinċipalment biex tkopri l-ispejjeż taʼ l-offerta tal-ħruq li kienet issir kuljum u tas-sagrifiċċji l-oħrajn kollha li kienu jsiru f’isem in-nies.”
-