-
X’Inhu Meħtieġ Tassew biex Tkun HieniIt-Torri tal-Għassa—2004 | Settembru 1
-
-
Madankollu, għandna mnejn niskantaw kif nies bil-ġuħ u l-għatx għall-ġustizzja jew uħud imnikktin jistgħu jissejħu henjin. Individwi bħal dawn għandhom ħarsa realistika lejn il-kundizzjonijiet tad-dinja. Huma ‘jitniehdu u jitbikkew minħabba l-qżiżijiet kollha li qed isiru’ fi żmienna. (Eżekjel 9:4) Dan il-fatt fih innifsu ma jagħmilhomx henjin. Imma meta jitgħallmu dwar l-iskop li għandu Alla li jġib kundizzjonijiet ġusti fuq l-art u ġustizzja lill-magħkusin, l-hena tagħhom ikun bla tarf.—Isaija 11:4.
-
-
X’Inhu Meħtieġ Tassew biex Tkun HieniIt-Torri tal-Għassa—2004 | Settembru 1
-
-
Nies li jitnikktu, li huma bil-ġuħ u bil-għatx għall-ġustizzja, u li huma konxji tal-bżonn spiritwali tagħhom jafu kemm hu importanti li jkollok relazzjoni tajba mal-Ħallieq. Relazzjoni tajba mal-bnedmin iġġib l-hena, imma kemm iktar iġġib hena relazzjoni tajba m’Alla! Iva, dawk li bis-serjetà jħobbu dak li hu sewwa u huma lesti jaċċettaw il-gwida divina jistgħu jissejħu henjin tassew.
-